Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114
13 intervista illum • IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 drastiku u straordinarju f'dak se jkun tard wisq' nagħtuha lura." 'Jekk irid, il-Gvern jiflaħ inaqqas il-kontijiet' Mario de Marco qal ukoll li kien jistenna lill-Gvern joffri aktar miżuri diretti, inkluż traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Fakkar li l-Gvern seta' jagħmel dan faċilment għax il- prezz taż-żejt huwa ħafna inqas. "L-ironija hija li għall-kuntrarju tal-kriżi finanzjarja tal-2009, fejn il-prezz taż-żejt huwa ta' 140 dollaru kull barmil, illum il-ġurnata huwa fil-livell ta' kważi 20 dollaru kull barmil," insista l-Kelliem tal-Oppożizzjoni. "Jekk irid, il-Gvern jaffordja li jnaqqas il-kontijiet. Dawn mhux se jaffettwaw biss lin-negozji, iżda anke lill-familji. Ladarba l-familji qegħdin id-dar, se jikkonsmaw ħafna aktar dawl u ilma." Kompla jisħaq li ħafna mill-familji Maltin, jaslu sal-aħħar tax-xahar mhux biss permezz tal-paga mix-xogħol ewlieni tagħhom, iżda anke permezz tad-dħul mill-overtime u l-part-time. "Il-part-time spiċċa. L-overtime spiċċa. Kulħadd qed imur lura għall-paga bażika tiegħu," insista de Marco u għalhekk tenna li l-Gvern kien messu jipproponi aktar miżuri diretti. "Tkun qed tgħin il-likwidità tal-familji li kollha se jkunu milquta. L-ekonomija hija katina," insista de Marco. 'Il-Gvern iddeċieda li hu biss jifhem, hu biss jaf u hu biss iħabbar' Kien hawn li tkellem ukoll dwar l-importanza tad-djalogu għax, fi kliemu, din hija kriżi nazzjonali. Saħaq li l-Gvern la qed jiddjaloga mal-Oppożizzjoni u lanqas mal-korpi kostitwiti u dan kien ikkonfermat fi stqarrija ċara li għamlet il-Kamra tal- Intrapriżi Żgħar u Medji. "Il-Gvern iddeċieda li hu biss jiem, hu biss jaf u hu biss iħabbar. Jiena għext il-kriżi tal-2008/9. Kont Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu. Konna niltaqgħu mal-Korpi Kostitwiti u l-istakeholders kważi kuljum. Kellek nuqqas fix-xogħol, nuqqas ta' produzzjoni fil-manifattura, tnaqqis tat- turiżmu. Kien hemm lukandi u fabbriki li bdew jaħdmu fuq bażi ta' erbat ijiem. Il-Gvern kien issussidja l-ħames jum. Hekk il-ħaddiem ma naqqasx id-dħul tiegħu," saħaq de Marco. Kien hawn li insista li l-Gvern donnu mhux jirrealizza li dawn huma ċirkostanzi straordinarji, li jirrikjedu miżuri straordinarji. "Il-Gvern donnu qed jilgħabha minn ġimgħa għal ġimgħa. Dawn iċ-ċirkostanzi ma jagħtukx il-lussu li tistenna ġimgħa ġimgħa. Ħafna negozji qed jieħdu d-deċiżjonijiet illum. Mhux se jistennew lill-Gvern biex jaraw x'se jħabbar il-ġimgħa d-dieħla," kompla l-Kelliem. "Hemm paniku u wġigħ hemm barra. Il-Gvern għandu jkun realistiku, drastiku u straordinarju f 'dak li jħabbar illum u mhux il-ġimgħa d-dieħla, għax il-ġimgħa d-dieħla se jkun tard wisq." 'Għawdex għandu bżonn pakkett ta' għajnuna diretta' L-ILLUM staqsietu wkoll fuq Għawdex anke għax il-Kamra tal-Kummerċ u l-Awtorità Għawdxija għat-Turiżmu appellaw lill-Gvern għal pakkett ta' miżuri drastiċi indirizzati biss għal Għawdex. Il-Prim Ministru insista li Malta u Għawdex huma "gżira waħda." X'jaħseb de Marco? Ta raġun minnufih lill-Għawdxin, għax fi kliemu, id-dipendenza Għawdxija fuq it- Turiżmu, hija ogħla minn dik f 'Malta. Spjega kif l-uniku differenza f 'Għawdex hija li apparti t-turiżmu internazzjonali, in-negozji f 'Għawdex jiddependi wkoll mit-turiżmu intern, li wkoll jinsab wieqaf. "Anke l-Ministru għal Għawdex qal lill-Maltin biex ma jmorrux Għawdex jekk mhux għal affarijiet neċessarji," fakkar de Marco. "Għawdex għandu bżonn pakkett ta' għajnuna diretta." San Luqa u Karin Grech: 'sa issa lanqas hemm sodda waħda lesta' Qlibna d-diskors biex tkellimna dwar il- preparazzjoni tal-Gvern u l-fatt li f 'Mater Dei qed jiżdiedu s-sodod f 'żoni li qabel ma kinux jintużaw għal raġunijiet kliniċi bħall-canteen tal-istaff jew inkella l-klassijiet. Saħansitra anzjani nħarġu mid-dar tal-Gvern fl-Imsida biex anke din id-dar tkun lesta għal kull eventwalità. U l-isptar San Luqa? Dan ma setax intuża? "L-isptar San Luqa suppost kien lest. Hemm tara l-għajb tal-kuntatt tal-VGH. Suppost illum dawn it-tliet sptarijiet huma lesti. Il- Gvern, l-istat, il-Poplu Malti, lill-VGH u issa lil Steward, lil dawn in-nies ħallasnihom. Sal-lum ħallasnihom madwar €240 miljun. X'għamlu bihom? San Luqa kif kien għadu. Karin Grech kif kien għadu .... Anke jekk tagħmel paragun. Mela lill-ekonomija Maltija l-Gvern qed jagħtiha €175 miljun u lil Steward tajnihom €240 miljun. Sa issa lanqas hemm sodda waħda lesta," insista de Marco. 'Irridu naħsbu kbir, irridu naġixxu llum u nagħmlu dan flimkien' Fl-aħħar nett, de Marco tenna li dawn huma żminijiet straordinarji u kriżi li l-effetti tagħha se jkunu kbar. Insista li din lanqas ma tista' tkun ipparagunata ma' kriżijiet oħra. "Kriżijiet oħra kellek tnaqqis fil-produzzjoni. Hawn kellna waqfien totali," insista de Marco. Temm jikkwota minn artiklu li qara dan l-aħħar u insista: "Irridu naħsbu kbir, irridu naġixxu llum u nagħmlu dan flimkien. Meta tieħu deċizjonijiet flimkien, hemm ir- responsabbilità kollettiva. Dan mhux żmien il-partiġġjaniżmu."