Illum previous editions

ILLUM 22 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 intervista IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 • illum 'Il-Gvern għandu jkun realistiku, drastiku li jħabbar ... il-ġimgħa d-dieħla se YENDRICK CIOFFI "Dawn huma żminijiet straordinarji li jirrikjedu miżuri straordinarji." Hekk beda jwieġeb mal-gazzetta ILLUM il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Mario de Marco meta din poġġiet miegħu biex tiddiskuti l-pakkett finanzjarju li l-Gvern ħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa biex, fi kliemu, jgħin lin-negozji u lill-ħaddiema biex jilqgħu għall-impatt ekonomiku negattiv li l-imxija tal-Covid-19 ġabet magħha. De Marco kien ċar u tond fl- opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri u insista li "l-miżuri ma jindirizzawx il-vera problema." Spjega kif bla dubju ta' xejn, l-aktar settur li qed ibati minn dan kollu huwa s-settur tat-turiżmu u dawk is-setturi l-oħra kollha li huma relatati miegħu. "Il-lukandi mhux qed ibatu min-nuqqas ta' turisti. Fil-lukandi ma hemmx turisti. Prattikament bħalissa għandna l-lukandi vojta," insista de Marco. "Il-problema tal- lukandi, ristoranti, kafetteriji u oħrajn bħalissa hija l-pagi tal-ħaddiema tagħhom. Jekk għandek 10, 50, 100 jew 200 impjegat, l-uġigħ ta' ras tal-impjegaturi hija kif se jżommu lil dawk il-ħaddiema. Għandek id-dħul wieqaf iżda trid tibqa' toħroġ kif kont toħroġ qabel." Fi kliem il-Kelliem tal-Oppożizzjoni, hemm min forsi għandu r-riservi u allura issa huwa l-mument li jużahom, iżda ħafna ma għandhomx għax ikunu investew. "Ir-rata tal-imgħax fl-aħħar snin kienet baxxa. Allura ħafna kumpaniji investew fil- prodott tagħhom, żiedu s-sulari, għamlu manutenzjoni u ħafna affarijiet oħra," insista de Marco waqt li tenna li l-uġigħ ta' ras immedjata hija kif se jkomplu jħallsu l-pagi tal-ħaddiema, issa li kollox huwa wieqaf. 'Anke jekk insolvu l-problema f'Malta, kollox jiddependi minn pajjiżi oħra' Iżda hemm problema oħra li wieħed jeħtieġ li jagħti kas. Din hija sitwazzjoni ġdida u ħadd ma jaf kemm se ddum, jekk hux ġimgħa, ġimgħat, xhur, sas-sajf, sa wara s-sajf, sal- aħħar tas-sena jew aktar. "Anke kieku kellna nsolvu l-problema hawn f 'Malta. Anke kieku kellna nqumu għada u ma jkollniex pazjent wieħed bil-coronavirus, nafu li l-industrija tagħna mhijiex ibbażata fuq turiżmu intern, iżda fuq it-turiżmu internazzjonali u għalhekk kollox jiddependi mill-pajjiżi l-oħra minn fejn inġibu t-turisti. Aħna xorta waħda se nkunu affettwati mil- lockdown internazzjonali anke jekk ma jkollniex lockdown nazzjonali," kompla de Marco. Kien hawn li saħaq li l-miżuri li ħabbar il- Gvern ma solvew l-ebda problema. Fi kliemu, ħadd ma jrid ikeċċi lill-ħaddiema, għax kull impjegatur ikun investa fihom, inkluż fejn jidħol it-taħriġ, iżda fl-istess waqt ħadd ma jiflaħ pagi mingħajr dħul ta' xejn. "L-aktar ħaġa li kellna bżonn kienet għajnuna fuq il- ħlas tas-salarji biex hekk l-ebda ħaddiem ma jitlef xogħlu," insista de Marco. 'L-impjegatur se jibqa' jġorr 80% tal-piż tas- salarji' Hawn il-gazzetta ILLUM tfakkru li l-Gvern ħabbar ukoll miżuri biex jissussidja l-ħlas ta' dawk il-ħaddiema li jaħdmu f 'setturi jew negozji milquta ħażin, iżda mill-ewwel insista li dan mhuwiex biżżejjed, aktar u aktar meta wieħed iħares lejn dak li għamlu pajjiżi oħra. De Marco beda jwieġeb billi ħares lejn dak li kien qed ikun propost, inkluż il-Kamra tal- Kummerċ li pproponiet li l-Gvern jissusidja sa nofs is-salarji bbażat fuq paga medja. Paga medja fis-settur tat-Turiżmu hija ta' madwar €1,500 fix-xahar. Kompla jisħaq li dan huwa fl-istess linja ta' dak li qiegħed isir f 'pajjiżi oħra. Semma, pereżempju, id-Danimarka, fejn il-Gvern issussidja sa 75% tal-pagi. "Fi Franza qed jgħidu li l-ebda ħaddiem mhu se jitlef ċenteżmu mill-paga tiegħu. L-Italja wkoll. Ir-Renju Unit ukoll se jipprova jagħmel l-istess ħaġa," insista de Marco. Mill-banda l-oħra, kompla jispjega, għandek il-Gvern Malti li se jkun qed jagħti jumejn f 'ġimgħa xogħol ibbażata fuq paga ta' €800 (li hija l-paga minima) meta għandek il-paga medja fis-settur li hija ta' €1,500 fix- xahar. "Mela dan ifisser li l-Gvern qed joffri biss €320 fuq paga medja ta' €1,500, li jekk tikkalkula tfisser madwar 20% tas-salarju. Dan ifisser li l-lukanda li ma għandha l-ebda dħul, x'aktarx għal xhur, se tibqa' tnaqqas l-ispejjeż. Jekk l-impjegatur se jibqa' jġorr 80% tal-piż tas-salarji tal-ħaddiema tiegħu, ifisser li dawn se jkollhom jibdew jieħdu deċiżjonijiet diffiċli," insista de Marco waqt li saħaq li din mhijiex l-opinjoni tal-Oppożizzjoni biss iżda anke tal-korpi Kostitwiti, inkluż il-Kamra tal-Kummerċ, l-Assoċjazzjoni Maltija tal- Lukandiera u r-Ristoranti (MHRA) u anke tal-Assoċjazzjoni Maltija ta' Min Iħaddem (MEA). 'Jekk tagħsar l-€1.8 biljun jibqa' ħafna inqas' Kien hawn li de Marco insista li anke jekk il-Gvern "b'ħafna pompa" qal li qed iħabbar pakkett ta' €1.8 biljun, meta tagħsru, se jkun qed jagħti ħafna inqas. Spjega kif, €700 miljun minnhom huma sospensjoni ta' taxxa għan-negozji, liema taxxa trid titħallas lura. "Anke hawn. Qed titkellem fuq taxxa meta qed tassumi li hemm profitt. Jekk ma hemmx profitt ma għandekx xi tħallas lura," kompla de Marco. Apparti minn dawn, kompla jispjega kif €900 miljun huma garanziji bankarji. "Jekk tmur għand il-bank biex tissellef il-flus, il- Gvern se jiggarantilek, mhux is-self kollu, iżda sa 20% ta' dak is-self. Għidli bħalissa liema bank se jkun qed jagħti self lil kumpanija li għaddejja minn kriżi, meta għandu garanzija biss ta' 20%," kompla jispjega l-Kelliem tal- Oppożizzjoni. Fi kliemu, dan ifisser, li realistikament, bħala injezzjoni ta' flus, il-Gvern qed jagħti biss €175 miljun, għax trid tneħħi wkoll €35 miljun li sejrin lejn is-settur tas-saħħa. "Aħna xtaqna naraw aktar miżuri kuraġġużi drastiċi biex jissalvagwardjaw lil pajjiżna. Fl-aħħar mill-aħħar, min iħaddem u min jaħdem, huma żewġ naħat tal-istess minuta. Jekk se ngħinu lin-negozji, se ngħinu wkoll lill-ħaddiem u viċi-versa. Allura rridu naraw dawn il-miżuri li jgħinu lin-negozji jħallsu u jissussidjaw il-pagi, bħala għajnuna diretta lil min hu impjegat. Għax din, minn kriżi ta' saħħa se ssir ukoll kriżi ekonomika u finanzjarja," insista de Marco. 'Il-Gvern huwa rrassenjat li se nitilfu x-xogħol' Iżda l-ILLUM fakkret ukoll lil de Marco f 'miżuri diretti għal dawk li jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom f 'dan il-mument, bil- Gvern iħejji fond biex dawk li jispiċċaw bla xogħol jieħdu €800 fix-xahar. "Il-Gvern huwa rrassenjat li se nitilfu x-xogħol. Mentri aħna rridu naraw kif lill- ħaddiem se nsalvawlu x-xogħol. Il-ħaddiem ma jridx li jitlef xogħlu, jerġa' jsib xogħol u jibda kollox mill-bidu. L-ideal huwa li jibqa' mal-istess negozju fejn ilu jaħdem u minn dan igawdi wkoll min iħaddem," insista de Marco. 'Ma nistgħux naħsbu bħal pajjiżi oħrajn' Fakkar ukoll li s-settur tat-Turiżmu f 'Malta jikkontribwixxi ħafna aktar lejn l-ekonomija ta' Malta minn pajjiżi oħra. F'pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, il-kontribut huwa ta' madwar 8%. F'Malta, mill-banda l-oħra, tikkontribwixxi għal madwar 20% tal-Prodott Domestiku Gross. "Dan ifisser li ma nistgħux naħsbu bħal pajjiżi oħrajn, iżda rridu naħsbu b'mod differenti. L-impatt ekonomiku huwa ħafna akbar," insista l-Kelliem waqt li insista li f 'dan is-settur u dak tal-bejgħ bl-imnut, jaħdmu madwar 60,000 persuna. "Qed nitkellmu fuq ċifri enormi. Irridu ngħinuhom lil dawn in- nies. Irridu ngħinu lil din l-industrija li tat ħafna lill-pajjiż u issa wasal iż-żmien li aħna Ftit wara li l-Gvern ħabbar pakkett ta' miżuri biex jgħin lin-negozji u lill- ħaddiema milquta ħażin mill-imxija tal-COVID-19, il-gazzetta ILLUM tpoġġi bilqiegħda mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Mario de Marco u tistaqsih dwarhom. Dawn biżżejjed? X'seta' ppropona aktar il-Gvern? Se nsolvu l-problemi?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 March 2020