Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 23

17 opinjoni Wara l-COVID-19 … Q ed nikteb dan l-artiklu wara li l-Parlament Ewropew għall-ew- wel darba mexxa plenarja sħiħa b'mod remot. Għamilna l-punt tagħna, ivvutajna u ħareġ ir-riżultat kollox grazzi għat-teknoloġija. Li hu żgur hu li l-imxija tal-Coronavirus imbuttat lill-Par- lament Ewropew biex jipprova sistema li taħt ċirkostanzi normali qatt ma pprova jdaħħal, minkejja li din hi sistema li fadlil- ha ħafna x'titjieb. Ilni ġimagħtejn naħdem mid-dar, għax għażilt li ma nitlax Brussell biex nipproteġi saħħti, is-saħħa tal-familja tiegħi u dawk li niltaqa' magħhom. Minkejja li mhux qed niltaqgħu fiżikament fil-Parlament Ewropew xorta x-xogħol ikompli… biex ma nazzardax ngħid li x-xogħol żdied kemm ilna naħdmu mid-dar. Għalkemm kien hemm bżonn ta' it jiem biex kulħadd isib saqajh, tista' tgħid li r-rutina nstabet, id-diskussjonijiet komplew u x-xogħol fuq il-leġislazzjonijiet li qed naħdmu fuqhom kompla għaddej. Ix-xogħol żdied ukoll għax COVID-19 ġabet magħha sfidi soċjali, ekonomiċi u umanitarji li rridu nindirizzaw. Fil-Grupp politiku tiegħi tas- Soċjalisti u Demokratiċi, fl-aħħar ġimgħa ħdimna fuq pjan t'azzjoni b'miżuri biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea jgħinu b'mod konkret liċ-ċittadini tagħhom. Nedejna taskforce li jien parti minnha biex ħriġna b'miżuri li japplikaw għall- pajjiżi tal-UE, inkluż Malta speċifikament biex jindirizzaw il-kriżi kkawżati minn COVID-19. Dan il-pjan ta' azzjoni huwa vast għax iħares lejn kif nistgħu nipproteġu lill- ħaddiema, lin-negozji, x'mezzi fiskali jistgħu jiġu introdotti, kif jiġi żgurat li jkun hemm distribuzzjoni kontinwa ta' prodotti essenzjali u kif tissaħħaħ l-infrastruttura tas-saħħa pubblika. Hawnhekk kont voċifera dwar punt importanti – dak tax-xiri konġunt (joint procurement) ta' tagħmir mediku. Il- Kummissjoni Ewropea diġà wasslet fi ehim dwar distribuzzjoni ta' tagħmir protettiv bħal maskri u ingwanti; iżda jrid ikun hemm assigurazzjoni fuq apparat mediku bħal ventilators u tagħmir ieħor li jintuża fl-isptarijiet. Dan huwa neċessarju għax f 'sitwazzjoni fejn kull pajjiż għaddej mill- istess kriżi, kien hemm pajjiżi li għandhom kumpaniji li jimmanifatturaw dan it-tip t'apparat li ddeċidew li ma jesportawx ċertu materjal, b'konsegwenzi negattivi għal pajjiżi bħal Malta. Għalhekk, permezz tal-Grupp tal-S&D fost oħrajn, qed ninsistu mal- Kummissjoni Ewropea biex dawn l-affarijiet ma jsirux. Il-problemi huma ħafna, għax tista' tgħid li dan il-virus qed jagħti daqqa ta' ħarta lill- ekonomiji. Fuq livell Ewropew, dan huwa ż-żmien li jiġu mqassma kemm jista' jkun fondi biex il-pajjiżi jkunu jistgħu jinvestu f 'pajjiżhom, jgħinu lil min iħaddem iżomm l-impjiegi, jgħinu lill-ħaddiem biex imantni l-familja u jgħinu lil min tilef l-impjieg. Ħafna qed isibu rwieħhom sfurzati f 'sitwazzjonijiet li m'għandhomx kontrol fuqhom: id-dar mat-tfal għax iċ-childcares magħluqa, fi kwarantina jew f 'lockdown minħabba xi kundizzjoni medika. Mhuwiex faċli taċċettaha daqs li kieku xejn mhu xejn u wieħed irid il-ħin biex jidra. Biex nieħdu ħsieb saħħitna, irridu nagħmlu s-sagrifiċċji. Iżda dan is-sagrifiċċju nistgħu ntaffuh it jekk wieħed ikun jaf li meta kollox jgħaddi, se jkollu post tax-xogħol lejn x'hiex jirritorna. Proprju l-ġimgħa konta f 'laqgħa virtwali ma' impjegatur kbir f 'pajjiżna. Jimpjega mal-elf ħaddiem u l-akbar inkwiet tagħhom huwa għal żmien kemm din is-sitwazzjoni se ttul. Għalhekk li jagħmel sens li l-miżuri jindirizzaw l-impjiegi tal-ħaddiema u s-self employed f 'pajjiżna, ħalli meta din il-kriżi tgħaddi, il-kumpaniji jkunu jistgħu jerġgħu lura fuq saqajhom biex ikomplu bil-ħidma tagħhom. Ħafna kienu dawk li ġew imħeġġa jagħmlu teleworking. Kemm ilna nsemmu t-teleworking bħala mezz alternattiv ta' xogħol: għal ġenituri li jaħdmu, għal min jixtieq xogħol flessibbli jew anke min ibati minn xi kundizzjoni medika u jkollu jqatta' ħafna ħin id-dar. Jien l-ewwel waħda meta niltaqa' mal-kumpaniji dejjem nistaqsi jekk joffrux miżuri ta' teleworking. Mill-messaġġi li qed nirċievi mingħand in-nies iżda qed nirrealizza li fil-verità, ħafna kumpaniji ma kinux qed jinvestu f 'sistemi ta' telework. It- telework mhuwiex biss laptop u konnessjoni tal-internet: ċertu xogħolijiet li jagħmlu użu minn informazzjoni sensittiva jeħtieġu pjattaformi siguri, mezzi ta' komunikazzjoni interni u sistemi li jagħmlu t-tqassim ta' informazzjoni faċli u sigur. Nemmen – jew tal-anqas nittama - li wara li jgħaddi dan il-perjodu se nidħlu f 'era differenti. F'era fejn għandna l-opportunità li nbiddlu ħafna l-mod kif noperaw u kif inħarsu lejn it-teknoloġija. Jekk qabel kien hemm min jaħseb li t-telework huwa xi forma ta' vaganza għall-ħaddiema, issa se jinduna li huwa t-teleworking huwa possibbli u joffri aktar flessibilità. Min it-teleworking mhux possibbli għalih, nittama li jagħmel minn kollox biex il-post tax-xogħol ikun sigur u jagħti importanza massima lis- saħħa tal-ħaddiema anke fil-metodi u l-prattiċi ta' ħidma. U fuq kollox nittama li din il-kriżi ġġegħelna nirrealizzaw kemm għandna nkunu aktar konxji mill-ambjent ta' madwarna. Kemm għandna nagħmlu sforz kollettiv biex inaqqsu t-tniggis, l-istorbju, it-trabijiet u flok inkerrhu pajjiżna nagħmlu sforz biex insebbħuh. L-aktar ħaġa evidenti f 'dawn il-jiem kienet in-nuqqas ta' traffiku fit-toroq, bl-impatt li l-arja qiegħda titnaddaf. In-nies se tirrealizza li jekk verament nieħdu miżuri neċessarji, it-tniġġis fl-arja jista' jonqos. Hemm ħafna metodi differenti ta' kif nistgħu nnaqqsu l-karozzi mit-toroq tagħna jekk kollha niġbdu ħabel wieħed u nkunu miuħa għal ideat ġodda. Jekk illum il-ġurnata wieħed qed joqgħod attent x'ikel jikkonsma biex inaqqas il-vjaġġi għand is-supermarket, allura qed nitgħallmu nnaqqsu l-ħela tal-ikel. Il-Malti qed jinvesti wkoll aktar fil-prodott lokali, bil-bdiewa u raħħala lokali għadhom għaddejjin bix-xogħol tagħhom għax id- domanda tax-xogħol tagħha qed tiżdied: ħafna jridu jieklu ikel bnin u qed jiżdiedu s-servizzi ta' xiri online u delivery services. Il-mixja li rridu nimxu se tkun waħda twila, iżda nispera li se tkun it-triq ta' sostennibiltà, ta' deċiżjonijiet li jipproteġu l-ambjent u l-impatt soċjali u ta' saħħa. Nemmen li dawn it-tlieta huma ċ-ċavetta għall-ekonomija li tista' tinbena u tirnexxi wara perjodu diffiċli. illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 Miriam Dalli hija l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Miriam Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020