Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 opinjoni IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 • illum Ħidma flimkien OWEN BONNICI HUWA L-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL M inkejja li bħalissa l-iskejjel u l-Istituzzjonijiet Edukattivi jinsabu magħluqin bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-COVID-19 u biex nipproteġu saħħet uliedna u l-edukaturi tagħna, l-ħidma tal-Ministeru tibqa' għaddejja. Ħidma li minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji li għaddej minnhom pajjiżna qed issir differ- enti mis-soltu. Imma nkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna billi naddattaw ukoll il-ħidma kif mitlub mill-Awtoritajiet tas- Saħħa. Ilbieraħ ħabbart x'se jsir mill-eżamijiet. Deċiżjonijiet iebsa li kellna nieħdu ddettati miċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom bħalissa. Il-Gvern nhar l-Erbgħa 18 ta' Marzu kien ħabbar li l-iskejjel u l-istituzzjonjiet edukattivi se jibqgħu magħluqin sas-17 ta' April. Ħabbarna li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi kollha se jibqgħu magħluqin sal-aħħar ta' Ġunju, jiġifieri sa tmiem is-sena skolastika. Kull min qiegħed Year 4 se jitla' Year 5, u kull min qiegħed Year 5 se jitla' Year 6 b'mod awtomatiku fl-istess klassi li qiegħed. Fil-każ tal-istudenti kollha tal-Year 6 se tittieħed il-marka tal-assessment. Dan ifisser ukoll li l-benchmark tal-Year 6 mhux se jsir. Fil-każ tal-istudenti li qegħdin Year 7, Year 8, Year 9 u Year 10, dawn se jitilgħu fis-sena li jmiss. L-eżamijiet tas-SEC (O Levels) mhux se jsiru fis-sessjoni li tibda fit-23 ta' April. Minflok se jsir predictive assessment mill- MATSEC ibbażat fuq il-marki tal-mock exams. Biex tasal għar-riżultat, il-MATSEC se tara l-marki tal-istudenti, il-karti tal- eżamijiet ikkoreġuti, u l-marking schemes li ntużaw. Abbażi ta' dawn, il-MATSEC se joħroġ ċertifikat li juri jekk l-istudent għaddiex, jekk ġabx Livell 2 jew jekk ġabx Livell 3. Dan se jservi biex l-istudenti jkollhom l-opportunità li jidħlu fl-iskejjel post-sekondarji. L-istudenti se nagħtuhom ukoll l-opportunità li jekk iridu, joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC fis-sessjoni ta' Settembru. Fejn jidħlu l-eżamijiet tal-intermediate u A Levels, dawn mhux se jsiru fis-sessjoni li tibda fit- 23 ta' April u dik is-sessjoni qed tiġi posposta għal Settembru tal-2020. L-istudenti se jirċievu t-timetable u d-dettalji kollha. Re-sit session se ssir f 'Diċembru u se jsiru l-provedimenti kollha biex dawn l-istudenti xorta waħda jingħataw l-opportunità li jibdew l-Università, l-MCAST jew Istituzzjonijiet oħra fis-sena akkademika li jmiss. Fejn jidħlu studenti li bħalissa jinsabu għaddejjin bl-istudju tagħhom fl-Università, fl-MCAST jew Istituzzjonijiet oħra, se jkun hemm l-arranġamenti neċessarji biex jissoktaw bl-istudji tagħhom. Sadanittant it-tagħlim online se jibqa' għaddej u nkomplu nħeġġu lit-tfal biex jissoktaw bit-tagħlim tagħhom. * * * Wara li tħabbar l-għeluq tal-iskejjel, bdiet il-ħidma biex l-istudenti jkunu jistgħu jibqgħu jsegwu mas-sillabu billi jsiru lezzjonijiet ta' tagħlim b'mezzi onlajn mal- edukaturi rispettivi tagħhom. Żort klassi fl-iskola Primarja Sant' Anna f 'Marsaskala li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Tumas More. Hemmhekk kienet qed issir lezzjoni bejn l-edukatur u l-istudenti li kienu qed isewgu minn djarhom stess. Tajjeb li ngħid li dawn il-lezzjonijiet onlajn normalment isiru mir-residenza tal- għalliema. Nieħu gost nara li għalkemm l-iskejjel huma magħluqa u l-istudenti ma jistgħux imorru fiżikament biex jitgħallmu, xorta waħda sibna mezz biex it-tagħlim ikun possibbli li jibqa' jsir xorta waħda. Ninsab kuntent bix-xogħol li baqa' jsir mill- edukaturi tagħna biex l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu bit-tagħlim u l-edukazzjoni tagħhom. Din il-ħidma hija, wara kollox, għall-benefiċċju ta' wliedna u wlied uliedna. Fil-klassi kelli ċ-ċans insegwi l-proċess li bis-saħħa tas-sistema iLearn, l-edukaturi jistgħu jibagħtu xi xogħol lill-istudenti biex jgħinuhom fl-akkademja. Hekk kif jidħlu fl-iLearn, l-istudenti jkunu jistgħu jibdew jaħdmu fuq li jkun ingħatalhom mill- għalliema u jibagħtuh lura permezz tat-tablet li għandhom. Intenni r-ringrazzjament lill-għalliema kollha tax-xogħol siewi li qed jagħmlu kif ukoll lill-ħaddiema tal-iskola Primarja f 'Marsaskala flimkien mal-amministrazzjoni tal-Kulleġġ San Tumas More għaliex bis- saħħa tagħhom kienet possibbli li x-xogħol jibqa' jsir kif ukoll li l-istudenti jkollhom din l-esperjenza, anki kontinwazzjoni tas-sillabu tagħhom. Nonqos jekk ma nirringrazzjax lill-ġenituri u lill-kustodji għall-koperazzjoni tagħhom u għall-mod kif ħafna qed jappoġġaw lit-tfal tagħhom waqt li jkunu f 'darhom. * * * F'mument fejn Malta qed tiġġieled kontra t-tixrid tal-virus COVID-19, ministeri differenti qed jikkollaboraw flimkien f 'inizjattivi maħsuba biex jonqos it-tixrid tal- virus u l-pajjiż ikun imħejji aħjar. Fost din il- kollaborazzjoni hemm dik bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi. Waqt żjara fi stazzjon temporanju tad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-iskola sekondarja ta' Ħad-Dingli, li tagħmel parti mill-Kulleġġ ta' San Nikola, flimkien mall- kollega tiegħi l-Ministru Byron Camilleri, tkellimt mal-ħaddiema li bħalissa qed jaqdu dmirijiethom minn dan il-post. Parti mill-binja tal-iskola nbidlet fi spazju temporanju għad-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili. Sinċerament nirringrazzja lil kull min kien involut biex dan sar possibbli kif ukoll lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili li qed jagħmlu xogħol impressjonanti ħafna fiċ-ċirkustanzi li ninsabu fihom bħala pajjiż. U din torbot ukoll ma' kollaborazzjoni oħra li ħabbarna it tal-jiem ilu, din id-darba ma' persuni li qed jgħinu f 'din is-sitwazzjoni b'mod volontarju. Fl-iskola sekondarja f 'Ħal Kirkop li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Benedittu, il-faċilitajiet industrijali tal-kċina li normalment jintużaw għat-tagħlim, infetħu għall-voluntiera li qed jippreparaw l-ikel biex jingħata lill-ħaddiema tas-saħħa li qed jaħdmu qatigħ f 'dan il-perjodu. U din hija xi ħaġa tassew inkoraġġanti li dawn l-individwi qed imorru f 'din il- kċina fil-ħin liberu tagħhom biex jagħtu sehemhom fiċ-ċirkustanzi li qegħdin naffaċċjaw. Kif ingħalqet il-kafeterija fl- Isptar Mater Dei biex jinħoloq iżjed spazju għas-sodod, qed naraw persuni kif ukoll stabbilimenti u ristoranti joffru ikel lill- ħaddiema li għandna fl-isptar. Minn din il-kċina qed joħorġu 700 platt kuljum! Grazzi u Prosit. F'dan il-mument ta' prova, ningħaqdu flimkien biex nipproteġu saħħitna, ngħejnu lil xulxin u wkoll inkomplu nieħdu ħsieb lil uliedna. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol fuq quddiem f 'din il-ħidma. Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020