Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 opinjoni Inizjattivi b'risq in-nies I d-dinja u pajjiżna jinsabu f 'sitwazz- joni li qed toħloq sfidi iebsa u kbar. Għandna gwerra kontra għadu in- viżibbli li l-akbar periklu tiegħu huwa li jinxtered minn persuna għall-oħra b'rata qawwija. Dan jista' jwassal għal konseg- wenzi serji. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-aqwa ħaġa li nistgħu nagħmlu bħala poplu huwa li nobdu d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa. Irridu bil-fatti nkunu solidali u ngħinu lil xulxin mill-aħjar li nistgħu biex niżguraw li kulħadd ikun miġbur ġewwa daru. Jeħtieġ li nimtlew bit-tama li l-affari- jiet se jkunu aħjar wara li ngħaddu minn dan is-saram li qed jaħkem lid-dinja. M'għandniex kliem biżżejjed biex nirringrazzjaw lil dawk li qed jagħtu servizzi essenzjali f 'dan iż-żmien diffiċli - il-mijiet ta' professjonisti, tobba, infermiera, care workers, ħaddiema tal- protezzjoni ċivili, pulizija, membri tal-forzi armati u kull min qed jagħti sehmu f 'din il-kriżi. Minkejja r-riskji personali kbar għalihom u għall-familji tagħhom jibqgħu għaddejjin bla waqfien u xi kultant bla serħan biex nassiguraw is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-Gvern għandu prijorità assoluta li jara li l-qasam tas-saħħa jkollu dak kollu meħtieġ biex inwieġbu għal din is-sitwazzjoni u nkunu imħejjija bl-aqwa mod. Se jintużaw ir-rizorsi kollha meħtieġa biex dan l-iskop jintlaħaq u qed isir xogħol kbir għal dan il-għan. Fl-ewwel pakkett ekonomiku mħabbar fit-18 ta' Marzu, il-Gvern wiegħed li kien qed jallokka €35 miljun oħra, barra dawk li kienu tħabbru fil-baġit, biex għall-qasam tas-saħħa jsir dak kollu li huwa meħtieġ biex tiġi miġġielda din il-battalja kontra l-Coronavirus. Dan juri bil-fatti li dan il-Gvern għandu verament għal qalbu s-saħħa tal-Maltin u Għawdxin u li dik hija l-prijorità f 'dawn iż-żminijiet diffiċli. Il-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar jiem ħabbret numru ta' miżuri f 'din is-sitwazzjoni diffiċli. Tħabbru diversi inizjattivi dwar strumenti finanzjarji biex jgħinu lill-pajjiżi membri fil-likwidità finanzjarja li għandhom bżonn għad- diversi oqsma tax-xogħol. Barra minn dan, l-Unjoni Ewropea interveniet ukoll b'inizjattiva ta' joint procurement, fejn l-apparat mediku li għandhom bżonn il-pajjiżi Ewropej se jkun qed jinxtara u jitqassam permezz ta' proċess wieħed. Dan huwa maħsub biex kull pajjiż ikollu l-apparat li għandu bżonn u l-proċess ikun wieħed aktar mgħaġġel. Malta qed tipparteċipa f 'dan il-proċess ta' joint procurement għal ventilators, maskli, ingwanti, u anki apparat li jintuża fil-laboratorju bħat-testing kits. Qed isir dan kollu biex nassiguraw is-saħħa kemm ta' dawk kollha li qed jaħdmu fil-qasam mediku kif ukoll is-saħħa tal-pazjenti Maltin u Għawdxin li jintlaqtu minn dan il-virus. Fuq livell Ewropew qed nagħmlu ħilitna kollha biex il-Kummissjoni Ewropea tkompli żżid il-flessibilta' fir-regolamenti li pproponiet fl-aħħar ġranet f 'dawk li huma użu ta' fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet bidla fir-regoli tagħha dwar għajnuna mill-istat biex il-pajjiżi membri kollha fosthom Malta jkollhom l-ispazju kollu meħtieġ biex isalvaw kemm jista' jkun impjiegi u oqsma sħaħ tal-ekonomija. Fuq il-front lokali, il-Gvern kien pro-attiv u mill-ewwel fi stadji differenti beda jieħu miżuri biex itaffi kemm jista' jkun it-tbatija ta' dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna, kemm nies li setgħu jitilfu l-impjieg, is-self-employed, intrapriżi ta' daqs żgħir jew medju u anke industriji kbar. F'pakketti ta' miżuri differenti l-Gvern ipprova jgħin kemm jista' jkun lil dawk l-oqsma li l-aktar qed jintlaqtu ħażin minn din il-kriżi. B'responsabbiltà kbira, il-Gvern qed jitlob lil kulħadd biex jerfa' r-responsabbilità tiegħu għax f 'dan il- mument, kulħadd huwa mitlub li jagħmel it sagrifiċċju biex il-piż jinġarr minn kulħadd imma l-inqas li għandhom iġorru huma dawk l-aktar fil-bżonn. Bil-fatti l-Gvern f 'dan il-mument qed iwettaq il-mizuri li huma meħtieġa f 'dan iż-żmien diffiċli. Ikoll kemm aħna rridu nagħtu l-kontribut tagħna biex negħlbu l-isfidi u d-diffikultajiet li din il-pandemija qed iġġib magħha. Aktar ma naħdmu flimkien, aktar niżguraw li noħorġu minn din is-sitwazzjoni bl-aħjar mod possibbli fl- iqsar żmien possibbli. Irridu nikkollaboraw bi sħiħ u nimxu mad-direttivi li jingħataw minn ħin għall-ieħor. L-inizjattivi kollha li qed nieħdu huma kollha inzijattivi b'risq in-nies. Flimkien se naħdmu biex nirbħu saħħitna. IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 • illum Stefan Zrinzo Azzopardi Dr Stefan Zrinzo Azzopardi huwa Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ilkoll kemm aħna rridu nagħtu l-kontribut tagħna biex negħlbu l-isfidi u d-diffikultajiet li din il-pandemija qed iġġib magħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020