Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 oroskopju illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 Mument ta' riflessjoni Dak li qiegħed iseħħ madwarna qed jagħtina ċ-ċans għar-riflessjoni. Dan huwa mument mat-twelid ta' dan iż- żodijaku sabiex nirranġaw il-madwar tagħna. Kull wieħed u waħda minna nagħrfu li hemm bżonn tibdil u issa huwa l-waqt li dan iseħħ. Dan ikun aktar meqjum għax ser ngħaddu mill- ewwel newmoon ta' dan iż-żodijaku u dan in-new moon jagħtina dik l-enerġija għal dan it-twettiq ta' bidla meħtieġa madwarna. Fil-ġimgħat li ġejjin se nibda ngħaddilkom pariri dwar kif nistgħu nagħmlu dan mid-djar tagħna stess, issa li ninsabu aktar miġburin. Nixtieq inkun naf int x'taħseb. Ibgħat l-ideat tiegħek fuq PaulJon Aquilina, PO Box, Raħal Ġdid. Namaste L-ewwel oroskopju taż-żodijaku ta' Aries L-oroskopju mill-Ħadd 29 ta' Marzu sas-Sibt 4 ta' April Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku għal Aquarius ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Trid tagħraf aktar kif timxi fl-imħabba fejn din se tkun l-aktar sitwazzjoni delikata f 'dan il-proċess. Kemm mill-att ta' mġiba u anke kif tħossok. Tipprovax tkun forma teatrali għax toħloq aktar ħsibijiet. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-blu u l-isfar. Aquarius magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku għal Pisces ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Però l-aktar li tagħraf hija l-karriera tiegħek. Dan għaliex ser ikun bħal eżami lest għalik. Ser ikun eżami li se tgħraf li għandek abbiltà kbira fil-karriera. Kun int u kemm tista' kun pożittiv. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Kuluri favoriti ma' Pisces huma l-aħdar u l-kannella. Pisces huma magħrufin għall- abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku għal Aries ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. L-aktar huwa l-ħsieb imma li ser ikun affettwat. Dan għaliex moħħok ser jgħaddi minn fażi ta' ħafna ħsibijiet f 'da nil-perjodu. Kemm jista' jkun kun iffokat aktar fuq dak li vera tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Kuluri favoriti ma' Aries huma l-kannella u l-aħmar. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku għal Taurus ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk, però l-aktar li se tkun affettwata huwa fil-ħin. Trid tibda tqassam il-ħin biex issib spazju għalik. Sabiex tirrilassa u anke terġa' tiltqaqa' ma' ħbieb antiki. Dan huwa mument importanti għalik. Agħraf. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Kuluri favoriti ma' Taurus huma l-aħdar u l-oranġjo. Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku għal Gemini ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk speċjalment fejn tidħol karriera. Din il-fażi fejn trid tkun fl-aktar mument pożittiv għal dak li ġej u għall-isfidi li se jibqgħu jersqu. Ser issib li se tgħaddi minn fażijiet delikati. Agħraf irrifletti aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Kuluri favoriti ma' Gemini huma l-oranġjo u l-isfar. Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku għal Cancer ser iġib miegħu bosta ċaqliq speċjalment fejn jidħol dak li tixtieq fik. Għalhekk f 'dan l-istadju int trid tagħraf il-potenzjal tiegħek. Kun aktar int sabiex f 'dan il-mument tasal fejn tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Kuluri favoriti ma' Cancer5 huma l-abjad u l-blu. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku għal Virgo ser iġib għalik bidla ta' kif tippjana l-affarijiet ta' madwarek. Ser jorganizzak aktar. Għalkemm int ma kontx ħażin rigward kif tippjana, se tinħass differenza fil- ħmistax li ġejjin. Agħraf sew dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-isfar u l-kannella. Virgo huma magħrufin li servu ta' pont. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku għal Libra ser iwassal fik li tagħraf aktar min vera int. Inutli toqgħod tinġeba wara dik jew l-oħra. Wasal iż- żmien li tagħmel iżjed kuraġġ fik biex b'hekk ħajtek tevolvi u kun aktar int. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-aħdar u l-abjad. Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Iż-żodijaku għal Sagittarius ser ikollu effett fuqek mill-att emozzjonali. Għalhekk trid tagħraf iżżomm bilanċ għas-sentimentaliżmu li ser jiżdied fik. Jekk ma tkunx kapaċi żżomm il- bilanċ meħtieġ, dan 'il quddiem jista' jkun ta' it inkwiet. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma r-roża u l-isfar. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodijaku għal Scorpio ser iwassal il-mument ta' riflessjoni profonda dwar xi deċiżjoni li int għandek tieħu, issa ma tistax toqgħod tilgħab aktar. Trid tasal għal dik id-deċiżjoni għaqlija u għalhekk trid tkun iffukat sew sabiex tagħraf tasal. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma l-iswed u l-vjola. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Iż-żodijaku għal Capricorn ser ikollu effett fuqek ssabiex tagħraf tgawdi l-ħajja ta' madwarek. Sfortunatament minħabba li int medhi b'ħafna pressjoni madwarek, dan mhux qed jagħtik iċ-ċans ta' spazju biżżejjed għalik, agħraf aħtaf dinh l-opportunità. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma l-aħmar u l-vjola. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku għal Leo ser iġib miegħu bosta ċaqliq u dan l-aktar li ser ikun effettiv huwa bil-mod ta' kif int se tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta' madwarek. Però trid toqgħod attent għax dawn jistgħu jinbidlu minn ħin għall-ieħor. Kun imħejji. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa s-Sibt. Kuluri favoriti ma' Leo huma l-oranġjo u lewn id-deheb. Leo huma magħrufin għall-umiltà tagħhom. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020