Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 importanti li qed twettaq il-Pulizija? L-ILLUM tistaqsi Prattiċi biex jitnaqqas il-kuntatt bejn in-nies biex jonqos it-tixrid tal-COVID-19. Dan jinkludi li tillimita li nies jiltaqgħu fi gruppi kbar, li jingħalqu postijiet u jitħassru avvenimenti. Meta taħdem fil-ġnien, Taqra ktieb, Tisma' l-mużika, Video chats fi grupp, Iċċempel ħabib, Tnaddaf id-dar, Korsijiet onlajn, Tara film, Attività fiżika d-dar, Logħob, Iżżur mużewijiet onlajn Distanza soċjali Azzjonijiet li tista' tieħu s-soċjetà biex jitnaqqas it-tixrid tal-COVID-19 EVITA Picnics, Attivitajiet soċjali, Sleepovers, Tfal jilagħbu flimkien, Kunċerti, Stabbilimenti tax-xiri, Użu ta' trasport pubbliku li mhux neċessarju (inklużi dgħajjes pubbliċi), Viżitaturi fid-djar KUN KAWT Tiġbor xi mediċini, Tixtri mis-supermarket TKUN ĦIELES MINN PERIKLU C M Y CM MY CY CMY K Coronavirus - New Advert Eng & Mlt - 2020 (3).pdf 2 26/03/2020 05:56:17 Mistoqsija fiex waslet din l-investigazzjoni, il-Pulizija saħqet li din għadha waħda attiva. Kelliem għall-Pulizija spjega mal-gazzetta ILLUM li attwalment ma hemm l-ebda persuna taħt arrest, iżda hemm 34 persuna, li kollha kemm huma kienu parti mis-Sezzjoni tat-Traffiku, li jinsabu taħt police bail. Skont il-liġi, persuna ma tistax tinżamm arrestata għal aktar minn 48 siegħa mingħajr ma tittella' l-Qorti. Għaldaqstant, jekk l-investigazzjoni tkun għadha għaddejja, is-suspettati jingħataw il-police bail, fejn minkejja li ma jkunux taħt arrest, jintalbu jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-Pulizija. Skont rapporti fuq midja, li qatt ma kienu miċħuda mill-Korp tal-Pulizija, il-whistleblower li espona l-korruzzjoni fit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija, qed jallega li l-korruzzjoni tmur lil hinn mill-extra-duty. Skont ir- rapporti, diversi uffiċjali kienu qed jiġbru flejjes mingħand kumpaniji kbar tal-kostruzzjoni u anke kumpaniji ta' trasport biex jagħlqu għajnejhom għal kontravenzjonijiet tat-traffiku u ksur ta' liġi. L-istess rapporti kienu qed jisħqu kif il-flus kienu qed jiddaħħlu f 'kont bankarju ta' uffiċjal partikolari biex aktar tard jitqassam mal-bqija ta' sħabu. Intant, skont il-gazzetta oħt MaltaToday, pulizija tat-traffiku kienu qed jirċievu pagamenti għas- sahra biex ikunu preżenti waqt xogħlijiet fit-toroq li għalihom ma kinux imorru. Hu mium, skont l-istess rapport, li l-pagamenti għas-sahra li ma saritx, ilaħħqu l-miljuni. Minkejja li kien qed ikun irrapportat li l-investigazzjoni nfirxet għal sezzjonijiet oħra, sa issa ma hemm l-ebda indikazzjoni li dan huwa l-każ, anke għax fit-tweġibiet tal-Korp lil din il- gazzetta, ingħad li l-Pulizija taħt police bail huma kollha mis- sezzjoni tat-traffiku. Każ Miriam Pace: 6 persuni għadhom fuq Police Bail Jekk hemm każ f 'Malta li dwaru kulħadd irid li ssir ġustizzja, bla dubju ta' xejn dan huwa l-każ ta' Miriam Pace. Qabel feġġ l-ewwel każ tal- Covid-19 f 'Malta, il-mewta traġika ta' Miriam Pace kienet fuq fomm kulħadd. Kulħadd kien ixxukkjat u fl-istess waqt irrabjat li mara u omm, li kienet fil-kwiet tad-dar tagħha, spiċċat mirduma, bla ħajja, taħt it-terrapien, hekk kif darha ġġarrfet għal ġo sit ta' kostruzzjoni li kien jinsab biswit. Anke jekk dan ma kienx l-ewwel każ ta' binja, biswit sit ta' kostruzzjoni, li ġġarrfet, għall- ewwel darba ġew arrestati persuni b'rabta mal-inċident, anke jekk hija ħasra li l-affarijiet kellhom jiċċaqilqu għax persuna innoċenti tilfet ħajjitha. L-inċident seħħ nhar it-2 ta' Marzu. Minkejja l-arrest ta' sitt persuni, erba' ġimgħat wara, sa issa ħadd għadu ma ttella' l-Qorti b'rabta ma' dan il-każ. Mistoqsija mill-gazzetta ILLUM, il-Pulizija assigurat li l-investigazzjonijiet dwar dan il- każ għadhom għaddejjin. Fil-fatt, kemm il-Perit, is- Site Technical Officer, iż-żewġ kuntratturi u anke ż-żewġ ħaddiema li jinsabu bil-police bail. Fi stqarrija ministerjali, l-għada li Pace nstabet mejta, il-Prim Ministru Robert Abela kien saħaq li se jibqa' jiġri wara l-Korp tal- Pulizija u mhux se jaċċetta tkaxkir tas-saqajn, biex kull min naqas iħallas, mhux b'sentenza ħafifa, iżda skont dak li ħaqqu. "Mhux se nittollera xi sitwazzjoni fejn xi ħadd ikaxkar is-saqajn. Fejn il-Pulizija tgħid li hemm inkjesti pendenti..." saħaq Abela. Abela kien appella wkoll biex ikun hemm distakk bejn il- professjoni u n-negozji u mhux ikun hemm sitwazzjonijiet, bħal fil-każ ta' Miriam Pace, fejn il- perit ikollu wkoll sehem mill-istess proġett ta' kostruzzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020