Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 • illum 'Xhur' biex nippruvaw li dak illi joqtol virus ġewwa test tube huwa effettiv f'pazjenti tal-Covid-19 Mad-diskussjoni dwar il-Coronavirus hemm ukoll diskussjoni dwar dan kollu meta se jgħaddi. Meta se nsibu fejqan? Meta se nsibuh dal-vaċċin? U għalfejn il-proċess idum? L-iżviluppi fit-tfittxija għall-vaċċin... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM It-triq għall-qerda tal-Covid-19 - tip ta' Coronavirus - permezz ta' vaċċin ġdid se tkun waħda twila u forsi xi it agonjuża, kemm għal dawk li jitilfu ħajjithom kif ukoll għall- ekonomija tad-dinja, inkluż ta' pajjiżna. F'dan l-artiklu se nagħtu ħarsa lejn l-iżviluppi mediċi f 'testijiet li qed isiru biex ikun megħlub dan il-virus. Franza u l-ittestjar permezz tal-Hydroxychloroquine Il-Hydroxychloroquine - droga li tintuża kontra l-malarja - kienet użata fuq 24 persuna f 'Marsilja fi Franza bir-riżultati joħorġu fil-Ġurnal Internazzjoali tal-Aġenti Antimikrobjali. L-istudju kkonkluda illi minkejja li l-kampjun kien żgħir il-Hydroxychloroquine flimkien ma' antibiotic urew tnaqqis jew tneħħija kompleta tal-virus minn diversi pazjenti. "Wara sitt ijiem kien hemm differenza sinjifikanti bejn dawk li ħadu t-trattament u dawk li le," qal l-espert Didier Raoult li jmexxi l-istituzzjoni fejn saru dawn it-testijiet. Huwa qal illi 75% tal-pazjenti raw titjib fil-kundizzjoni tagħhom wara t-trattament. Huwa qal ukoll dan it-titjib kien konsiderevoli wara 48 siegħa. L-Istitut Walter and Eliza Hall ta' Melbourne għaddejjin bi prova billi qed jgħaddi lil 2,250 ħaddiem fil-qasam tas-saħħa l-Hydroxychloroquine qabel u waqt li jkunu esposti għall-pazjenti bil-virus. Il-Professur Mark Pellegrini, li qed imexxi l-istudju qal illi waqt li din id-droga tista' tkun effettiva biex tittratta kundizzjonijiet tal-immunità, ir-riċerkaturi għadhom ma jafux għaliex qed tkun effettiva. "Il-it li nafu huwa li din id-droga tbiddel il- mod kif iċ-ċelloli tal-ġisem jipproduċu u jqassmu l-proteini essenzjali." Minkejja kollox iżda l-proċess hemm fejn jieħu xhur sħaħ - kemm biex ikun hemm riżultati ċari mill-provi, kif ukoll biex ikunu trattati kwistjonijiet ta' etika. Xhur jekk mhux snin ... Importanti li kull darba nfakkru li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq soluzzjoni f 'qasir żmien imma fuq soluzzjoni li tista' tieħu żmien twil. Ir-regolatur tal-Mediċini fl-Istati Uniti wissa dwar dan u għamilha ċara li għalissa l-Hyrdroxychloroquine tista' tagħmel iktar deni milli ġid. Fakkar illi hemm xhur jekk mhux snin biex wieħed jipprova illi dak li joqtol virus ġewwa test tube jista' jkun, kemm sigur kif ukoll effettiv f 'pazjenti tal-Covid-19 X'inhi u x'tagħmel eżatt il-Hyrdoxychloroquine? Hydroxychloroquine hija użata biex tratta l-Lupus Erythematosus - magħrufa aħjar bħala Lupus - u tip ta' artrite. Hija użata wkoll biex tkun ikkurata l-malarja. Din il-mediċina toqtol il-parassiti tal-marda. Iċ-Ċina tirrapporta riżultati pożittivi b'mediċina Ġappuniża Intant fiċ-Ċina - minn fejn beda dan il-virus - L-iskola mhix se terġa' tiftaħ għal din is-sena skolastika ... l-O u l-A Levels posposti għal Settembru Ilbieraħ il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar illi l-iskejjel se jibqgħu magħluqin sa Ġunju, li jfisser illi allura mhux se jkunu qed jerġgħu jiħu għal din is-sena skolastika. Bonnici ħabbar ukoll tibdil fl-eżamijiet O u A Level. Eżamijiet O Level L-eżamijiet O Level mhux se jsiru nhar it-23 ta' April, minflok l-istudenti se jingħataw marka skont metodu ta' assessjar ibbażat fuq l-eżamijiet mock. Il-Bord tal-MATSEC ikun jista' jara dawn ir-riżultati hu, kif ukoll il-marki mogħtija biex imbagħad ikun hu stess li jagħti ċ-ċertifikat bil-marki 2 jew 3 - bil-livell 2 ikun il-marki tradizzjonali ta' 6 u 7 u l-livell 3 l-marki tradizzjonali ta' 1 sa 5. "Minkejja dan, l-istudenti xorta se jkollhom l-ooportunità li jagħmlu l-eżamijiet tagħhom tal-O Level f 'Settembru," qal Bonnici. Eżamijiet A Levels F'dak li jirrigwarda l-eżamijiet A Level u Intermediate dawn mhux se jibdew fit-23 ta' April, imma minflok ikunu posposti wkoll għal Settembru. Il-Ministru qal illi s-sessjonijiet tal-eżamijiet se jkunu iktar kumpatti biex ma jfixlux is-sena skolastika li tibda f 'Ottubru. Università u MCAST Fil-każ tal-Università, l-eżamijiet se jsiru normali f 'Ġunju, ħlief għal xi eċċezzjonijiet fejn il-prattika tat-tagħlim ma jkunx għadu sar. Għall-maġġoranza tal-każijiet l-eżamijiet se jsiru fiż-żmien normali imma l-istudenti mhux se jkollhom għalfejn imorru fis-swali tal-eżamijiet. Minflok se jingħataw marki skont xogħol diġà sottomess onlajn, bis-sistemi VLE. Għall-istudenti tal-MCAST l-assesjar se jsir onlajn jew permezz ta' assenjamenti. Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020