Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 l-ispeċjalisti u t-tobba qalu illi tip ta' mediċina użata fil-Ġappun kontra l-influwenza tista' tkun effettiva fuq pazjenti bil-Coronavirus. Zhang Xinmin, uffiċjal Ċiniż fil-Ministeru għax-Xjenza u t-Tekonoloġja qal illi l-mediċina Favipiravir żviluppata minn Fuji Film ipproduċiet riżultati msejħin 'inkoraġġanti' mill-provi kliniċi f 'Wuhan u Shenzhen li involvew 340 pazjent. Zhang spjega kif dawk li ngħataw din il-mediċina f 'Shenzhen irriżultaw fin-negattiv mill-virus wara medja ta' erbat ijiem, filwaq li dawk li ma ħadux kura rriżultaw fin-negattiv wara medja ta' 11-il jum. Apparti minn dan, X-rays li saru wrew titjib fil-kundizzjoni tal-pulmun f 'madwar 91% ta' dawk li kienu qed jużaw il-Favipiravir. Minkejja dan, sors ikkwotat minn e Guardian mill-Ministeru tas-Saħħa Ġappuniż qal illi din mhijiex effettiva fuq nies b'sintomi aktar severi. "Tajna Avigan lil bejn 70 u 80 persuna, imma ma ħadmux meta l-virus immultiplika." Fl-Istati Uniti: l-ewwel prova fuq l-umani Fl-Istati Uniti, intant, bdew l-ewwel testijiet fuq umani. Il-ġimgħa l-oħra erba' pazjenti ngħataw titqiba fil-Faċilità tar-Riċerka Kaiser Permanente, f 'Seattle. Il-vaċċin għandu kodiċi tal-ġenetika kkopjata mill-virus. Dan il-vaċċin jismu mRNA-1273 u sar f 'laboratorju. Ix-xjentisti qed jittamaw illi din il-ġenetika kkopjata tgħin biex tibni immunità tal-Covid-19 fil- ġisem. L-esperti qalu illi biex ikun deċiż dan il- vaċċin jaħdimx jew le, se ndumu xhur sħaħ, anke jekk ix-xjentisti qegħdin iħaffu ħafna fil- proċess biex isibu vaċċin kontra dan il-virus. Fil-fatt huwa mium illi biex ikun aċċessibbli għall-pubbliku dan jista' jdum madwar sena u 18-il xahar. L-mRNA-1273, kien maħluq mill- kumpanija Amerikana tal-Bioteknoloġija Moderna u kampjuni ntbagħtu lill-Istitut Nazzjonali tal-Allerġiji u Mard Infettiv (NIAID). Vera li l-mediċina kontra l-HIV taħdem? Il-Lopinavir/ritonavir li jintużaw bħala mediċina kontra l-HIV għal xi żmien intqal li jistgħu jkunu r-risposta għall-Coronavirus. Iżda studju li sar minn ammont ġmielu ta' tobba f 'isem Nejm Group, juri illi f 'każi sejri din il- mediċina mhix effettiva. Fil-konklużjonijiet ta' rapport ippubblikat fin-New England Journal of Medicine, jintqal illi f 'adulti fl-isptar bil-Covid-19 ma kienx hemm benefiċċju bejn dawk li kienu qed jingħataw il-Lopinavir/ritonavir u dawk li kienu qed jingħataw kura normali - fost dawk li għandhom sintomi gravi ta' Covid-19. Minkejja dan l-istudju jinnota xi differenzi żgħar skont meta ttieħdet il-mediċina. Il-Coronavirus u l-Ebola... Bħalissa, fit-tentattivi biex jinstab vaċċin, qed issir rabta bejn droga li tittieħed għall- Ebola u l-Covid-19. Qabel ma nagħtu ħarsa iżda lejn din il- mediċina, tajjeb infakkru x'inhi Ebola. Ebola huwa virus ta' emoraġija virali u l-ewwel sintomi tiegħu jkunu influwenza, uġigħ fil-griżmejn, uġigħ fil-muskoli u deni - prattikament l-istess sintomi tal-Covid-19. Bħal Covid-19 ġejja mill-annimali u jingħad illi l-bidu tagħha taf l-eżistenza għal tipi ta' friefet il-lejl, hekk kif kien instab li dawn kapaċi jġorru l-marda imma ma jimirdux minnha. Studji juru wkoll illi anke klieb setgħu jġorru u jgħadduha, kif ukoll ħnieżer għalkemm baqgħet qatt ma saret rabta bejn dawn it-tnejn. B'differenza iżda l-Ebola taf il-bidu tagħha fl-Afrika, fejn hawn ukoll il-kuntatt bejn il- bniedem u ċerta annimali huwa ikbar. Remdesivir ... Id-droga esperimentali Remdesivir, li ntużat biex tfejjaq l-Ebola, qed isiru studji fuqha biex jaraw tistax tiġġieled il-Covid-19 ukoll. Il-kumpanija Gilead Sciences qalet it ġimgħat ilu illi r-Remdesivir uriet ukoll ammont ta' suċċes fit-trattament tas-SARS u l-MERS li huma tipi oħrajn ta' Coronavirus. Intant din il-ġimgħa din il-mediċina ngħatat status speċjali ta' Orphan Drug. Dan l-istatus huwa magħmul għal mediċini li jfejqu ċertu mard u allura l-produzzjoni tad- droga tkun inċentivata. (Il-gazzetta ILLUM u s-sit illum.com.mt se jkomplu jaġġornawkom fiż-żmien li ġej bl-iżviluppi fil-qasam mediku fir-rigward tal- Covid-19)

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020