Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

coronavirus 07 illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 numri, fatti, miżuri u appelli Liġi biex persuni vulnerabbli ma joħorġux mid-dar • Għal min tapplika? Din il-liġi daħlet fis-seħħ mill-bieraħ u tapplika għal dawn il-persuni: Persuni ta' aktar minn 65 sena, dijabetiċi fuq l-insulina, persuni li qegħdin fuq mediċina 'biological', pazjenti tal- kanċer f'dawn l-aħħar sitt xhur, persuni li għandhom 'imune supression', persuni li qegħdin fuq 'dialysis', nisa tqal, persuni li għandhom mard respiratorju u li fl-aħħar sitt xhur daħlu l-isptar, persuni b'mard tal-qalb u li fl-aħħar sitt xhur daħlu l-isptar jew li kellhom bżonn intervent kirurġiku, persuni li jmorru l-klinika tal-'heart failure', persuni li qegħdin fuq 'oral steriods' • Hemm eżenzjonijiet? Preferibbilment mid-dar, dawn in-nies ma joħorġux, iżda jekk ma jistgħux jagħmlu mod ieħor japplikaw dawn l-eżenzjonijiet biex: Jattendu appuntamenti mediċi jew biex jirċievu xi kura jew trattament mediku, jixtru ikel, mediċina u neċessitajiet oħra, jattendu ħtiġijiet personali li assolutament essenzjali jew urġenti • X'jgħodd bħala ħtiġijiet personali bażiċi u urġenti? Persuna vulnerabbli tista' toħroġ: għal xogħol essenzjali għal ħin limitat, jekk jeħtieġ teżerċita l-aċċess favur uliedha skont l-ordni ta' Qorti kompetenti, jekk trid titma' u tikkura l-annimali tagħha u li jinsabu f'post ieħor barra mid-dar, jekk ikun hemm bżonn tmur il-bank • U min jgħix magħhom? Persuni li jgħixu magħhom jistgħu jmorru biss: ix-xogħol, jagħmlu xiri essenzjali, jattendu għal appuntamenti mediċi u jeżerċitaw l-aċċess favur uliedhom skont ordni tal-Qorti Edukazzjoni: L-istituzzjonijiet edukattivi mhux se jerġgħu jiftħu għal din is-sena skolastika. L-eżamijiet O Level mhux se jsiru, minflok l-istudenti se jingħataw marka skont metodu ta' assessjar Ibbażat fuq l-eżamijiet mock. L-eżamijiet A Level u Intermediate jkunu posposti għal Settembru. Fil-każ tal-Università, l-eżamijiet se jsiru normali f'Ġunju, ħlief għal xi eċċezzjonijiet fejn il-prattika tat-tagħlim ma jkunx għadu sar. Għall-istudenti tal-MCAST l-assessjar se jsir online jew permezz ta' assenjamenti. Negozji magħluqa: Ħwejjeġ, ilbies sportiv, ġojjellerija, hand bags u prodotti tal-ġilda, costume jewellery u aċċessorji, żraben, nuċċalijiet mingħajr preskrizzjoni, fwejjaħ, prodotti tal-isbuħija, ħwienet tal-ħjata, purtieri u tapezzerija, tagħmir domestiku, ħwienet tas-souvenirs, stabbilimenti li joffru skontijiet, ħwienet tal-bagalji, ħwienet tal-ġugarelli, ħwienet tal-passatempi, għamara, ħwienet tal- pjanti/uri u vaping shops. Multa ta' €3,000 għal kull min jinqabad jikser dawn ir-regoli Postijiet soċjali magħluqa: Jingħalqu diversi postijiet soċjali bil-għan li jonqos it-tixrid tal-coronavirus. L-istabbilimenti magħluqa huma: barijiet, ristoranti, kafetteriji, snack bars, ċinemas, gyms, mużewijiet, wirjiet, klabbs, diskoteki, swieq fil-miftuħ, il-pixxini fil-magħluq, il-pixxina nazzjonali, l-istabbilimenti kollha tal- logħob, inkluż swali tal-bingo, każinos, ħwienet tal-gaming etċ. Multa ta' €3,000 għal kull min jinqabad jikser dawn ir-regoli Miżuri oħra mħabbra fil-jiem li għaddew u li jibqgħu fis-seħħ: • Attivitajiet: Ma hemmx massimu jew minimu. L-attivitajiet kollha tal-massa ma jsirux inkluż dawk tal-futbol • Vjaġġar: Wieqfa t-titjiriet kollha lejn il-pajjiż. Permessi biss titjiriet għall- merkanzija, raġunijiet umanitarji u għal każijiet ta' ripatrijazzjoni • Anzjani: Iż-żjajar fid-djar tal-anzjani jkunu sospiżi sakemm jingħata avviż ieħor • Mater Dei: Viżitatur wieħed ħdejn kull pazjent; ħinijiet iqsar għall-viżitaturi: mill- 11:30 sa 12:00 u mill-17:00 sas-18:00 • Knisja: Il-quddies kollha fil-knejjes qed ikun sospiż sakemm jingħata avviż ieħor mill-Kurja. • Festi: Iċ-ċelebrazzjonijiet esteri u interni kollha marbuta mal-festi għas-sena 2020 ma jsirux. Il-festa, jekk l-attivitajiet tal- massa jkunu jistgħu jsiru, se jkunu ridotti għal ġurnata waħda u ssir biss quddiesa tal-festa u pellegrinaġġ ta' talb bil-vara Kwarantina obbligatorja / iżolament • Spot checks u multa ta' €3,000 għal kull min jinqabad jikser il-kwarantina obbligatorja • Spot checks u multa ta' €10,000 għal kull pazjent tal-coronavirus li jinqabad jikser l-ordni ta' iżolament • Barranin li jgħixu u għandhom permess biex jaħdmu f'Malta, jekk jiksru l-kwarantina obbligatorja, se jeħlu l-multa, ikollhom il-permess tax-xogħol revokat u jiġu ddeportati lura mill-pajjiz. • Il-kwarantina obbligatorja jridu jsegwuha wkoll dawk kollha mitluba biex jagħmlu dan mill-awtoritajiet tas-saħħa minħabba li setgħu ġew esposti għall-virus, bħal dawk il-persuni li jgħixu fl-istess residenza ma' persuni li rriżultaw pożittiv għall-Covid-19 Appelli mill-Gvern mill-Awtoritajiet tas-Saħħa • Jekk mhux neċċessità, evita li toħroġ mid-dar • Jekk tħoss sintomi, tmur imkien. Ibqa' d-dar u ċempel 111 • Teleworking: jekk possibbli, aħdem mid- dar • Tfal: it-tfal ma għandhomx iżuru lill- anzjani, la dawk li jgħixu fir-residenzi tagħhom u lanqas dawk fid-djar tal-anzjani • Trasport Pubbliku: Tivvjaġġax bil-karozza tal-linja jekk ma tiflaħx Helplines 111: Ċempel BISS biex tistaqsi dwar xi sintomi li qed tħoss. Qabel żur is-sit covid19.gov.mt 153: Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri finanzjarji amministrati mid-Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali 144: Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri finanzjarji amministrati mill-Malta Enterprise 21411411: Għal dawk li jinsabu fi kwarantina obbligatorja u għandhom bżonn xi ħtiġijiet 25981000: Għal domandi dwar is-settur edukattiv 21692447: Għat-turisti u l-lukandiera li għandhom bżonn jistaqsu dwar il-miżuri 25903030: Għall-anzjani li ma għandhomx min idur bihom u għandhom bżonn qadjiet ta' kuljum 2546911: Għall-kumpaniji tal-gaming li jeħtieġu informazzjoni u għajnuna 79241281: Għal dawk li jkollhom mistoqsijiet urġenti relatati mal-ħidma tal-Arċidjoċesi Każi relatati mas-safar • Żewġ persuni, tfajla ta' 18-il sena u raġel ta' 73 sena li marru l-Ingilterra • Żewġ persuni, raġel Żvediż li jgħix Malta ta' 50 u Malti ta' 22 sena li siefru l-Italja ta' fuq • Tifel Ungeriż li jgħix Malta u li missieru kien mar l-Ungerija u kellu sintomi • Fillandiż ta' 24 sena li mar Vjenna • Malti ta' 51 sena li ġie mill- Marokk • Malti ta' 19-il sena. Siefer fit- tramunatana tal-Italja. Kien fi kwarantina • Maltija ta' 56 sena. Siefret l-Ingilterra. Ma kellix kuntatti ma' persuni oħra ħlief żewġ membri tal-familja • Ingliż ta' 56 sena. Siefet l-Ingilterra. Kien bis-sintomi fuq it-tijira u għalhekk għaddej il- contact tracing mal-passiġġiera • Koppja, Maltija ta' 32 sena u Taljan ta' 30 sena. Siefru Madrid • Malti ta' 28 sena. Jgħix l-Ingilterra iżda ġie lura Malta. Il-persuna kien fi kwarantina. Għaddej il- contact tracing mal-passiġġiera • Irlandiża ta' 60 sena. Siefret f'diversi postijiet. Il-mara kienet fi kwarantina mandatorja • Maltija ta' 20 sena li tgħix Londra u rritornat Malta. Meta bdiet bis-sintomi kienet fi kwarantina. Setgħu ġew esposti biss dawk li jgħixu magħha • Amerikan ta' 49 sena. Jgħix Malta u mar l-Awstrija. Obda r-regoli tal-kwarantina. Setgħet ġiet esposta biss persuna waħda li tgħix miegħu. • Maltija ta' 47 sena li kienet l-Ingilterra • Tfajla Maltija 23 sena li kienet l-Ingilterra • Ingliż li jgħix Malta ta' 54 sena u ibnu ta' 22 sena li kienu l-Ingilterra • Spanjola li tgħix Malta ta' 40 sena li ġiet minn Spanja • Raġel ta' 52 sena u żagħżugħ ta' 19-il sena li ġew mill-Awstrija • Malta ta' 56 sena li kienet il- Polonja • Griega ta' 28 sena li tgħix Malta. Kienet Ċipru. Bdiet bis-sintomi l-għada li waslet u għalhekk qed isir il-contact tracing mal-persuni li jaħdmu magħha • Malti ta' 60 sena. Kien siefer mal-familja l-Ingilterra u huwa relatat ma' żewġ pazjenti oħra li rriżultaw pożittiv. Kollha kemm huma kienu fi kwarantina • Ħaddiema tas-saħħa ta' 60 sena. Ma kinitx xogħol meta kienet bis-sintomi. Iddaħħlet l-isptar ftit wara li wasslet minn barra minħabba kundizzjoni medika oħra. Sarilha t-test iżda rriżulta fin-negattiv u lbieraħ reġa' sarilha t-test u ħareġ pożittiv. Meta ddaħlet l-isptar, peress li kienet imsiefra, inżammet mill- ewwel f'iżolament. • Tliet persuni mill-Filippini. Mara ta' 40 sena, raġel ta' 41 sena u raġel ta' 47 sena. • Ingliż li jgħix Malta ta' 59 sena. Kien l-Ingilterra mal-familja tiegħu ta' tliet persuni. Kien fi kwarantina • Malti li ġie minn Franza ta' 30 sena. Kien fi kwarantina minn meta ġie lura. Qed isir contact tracing mal-familja u anke ħbieb tiegħu li siefru miegħu Trasmissjoni lokali f'pazjenti li kienu identifikati mill-contact tracing • Tfajla ta' 26 li hija relatata ma' pazjenta li kienet irriżultat pożittiv wara li marret il-Belġju • Tfajla ta' 64 sena li kellha kuntatt ma' raġel ieħor li rriżulta pożittiv u li kien mar il-Ġermanja • Mara ta' 55 sena li ma sifritx iżda s-sieħeb tagħha jkollu kuntatt frekwenti ma' turisti • Maltija ta' 61 sena. Kellha kuntatt ma' grupp ta' persuni relatat ma' safar • Malti ta' 56 sena. Ma sifirx iżda kellu kuntatt fuq il-post tax-xogħol ma' persuna li kien imsiefer. • Malti ta' 40 sena. Kellu kuntatt ma' żewġ każijiet li kienu pożittivi fil-familja tiegħu u li kienu relatati mas-safar • Studenta ta' 20 sena li kienet Londra ma' grupp ta' studenti universitarji. Persuna oħra minn dan l-istess grupp irriżultat pożittiv fil-jiem ta' qabel. Kienet marret lecture ġurnata qabel bdew is-sintomi u sar il-contact tracing mal-istudenti sħabha. • Żagħżugħ ta' 21 sena. Relatat ma' żewġ pazjenti oħra residenti fir- residenza tal-Aġenzija Sapport • Malti ta' 58 sena. Relatat ma' ħaddiem tas-saħħa ieħor li kien irriżulta pożittiv • Malti ta' 63 sena. Kellu kuntatt fil- gym ma' persuna oħra li rriżultat pożittiv • Maltija ta' 52 sena. Kienet tiġi minn persuna oħra li rriżultat pożittiv • Anzjan ta' 72 sena. Jinsab f'qagħda kritika. Kien identifikat waqt il-contact tracing b'rabta ma' pazjent ieħor bil-Covid-19 u li kien imsiefer • Tliet persuni mill-Filippini. Mara ta' 40 sena, raġel ta' 41 sena u raġel ta' 47 sena. Jiġu minn raġel li kien imsiefer Trasmissjoni lokali fejn is-sors tal-virus għadu mhux magħruf • Ħaddiem tas-saħħa ta' 27 sena • Indjan li jaħdem Malta ta' 42 sena • Maltija ta' 33 sena • Maltija ta' 52 sena • Maltija ta' 60 sena • Anzjan ta' 74 sena • Somalu li jgħix Malta ta' 28 sena • Ħaddiema tas-saħħa ta 32 sena. Fil-contact tracing ġew identifikati żewġ membri tal-familja u anke kollegi għax ġurnata qabel ħarġu s-sintomi kienet ix-xogħol • Malti ta' 34 sena. Beda contact tracing mal-familjari u l-kollegi. Ġieli jkollu kuntatti ma' barranin • Ukrena ta' 38 sena. Tkun f'kuntatt regolari ma' barranin fuq il-post tax-xogħol • Maltija ta' 52 sena. Ma kellha kuntatt mal-ebda persuna li kellha s-sintomi. Qed isir contact tracing mal-kollegi u l-qraba • Grupp ta' tliet persuni: Tfajla ta' 14-il sena, mara ta' 49 sena u żagħżugħ ta' 21 sena. Kienu identifikati mill-contact tracing b'rabta ma' pazjent li rriżulta pożittiv u li ma kienx siefer • Malti ta' 27 sena • Taljan li jgħix Malta ta' 38 sena • Ħaddiema tas-Saħħa ta' 24 sena • Ħaddiem tas-Saħħa Ċiniż li jgħix Malta ta' 23 sena • Malti ta' 47 sena • Maltija ta' 60 sena • Anzjan Malti ta' 81 sena li jinsab rikoverat Mater Dei. • Malti ta' 23 sena. Relatat ma' każ ieħor li ħareġ pożittiv u li ma kien relatat mal-ebda safar. • Maltija ta' 26 sena. Kienet marret ix-xogħol bis-sintomi u għalhekk qed isir contact tracing mal- persuni fuq il-post tax-xogħol • Ħaddiema tas-saħħa ta' 34 sena. Qed isir contact tracing fuq il- post tax-xogħol u fost il-qraba • Malti 36 sena. Sieħeb ta' pazjenta oħra li rriżultat pożittiv fl-aħħar jiem u li ma kinitx siefret. • Żewġ Indjani li għandhom 36 u 31 sena. Kienu jgħixu ma' pazjent ieħor li kien irriżulta pożittiv. Il-każ beda minn fuq post tax- xogħol. Dan huwa grupp ta' seba' każijiet li kollha rriżultaw pożittiv fl-aħħar jiem. Ħarsa lejn il-każi ġodda f'Malta fl-aħħar ġimgħa (Mit-Tnejn) Miżuri mħabbra fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Għall-ewwel darba Malta għandha pazjent f 'qagħda kritika, biex hekk, fl-ITU, hemm tliet pazjenti. Sa issa fiequ żewġ persuni. Is-sintomi l-aktar komuni baqgħu is-sogħla, il-qtugħ tan-nifs u d-deni. Madanakollu kien hemm ukoll diversi pazjenti li esperjenzaw nuqqas fis-sensi tax-xamm u t-togħma.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020