Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 • illum CALL FOR QUOTATIONS FOR THE SUPPLY OF SILVER PLATES COMPLETE WITH PRESENTATION GIFT BOX TO THE HOUSE OF REPRESENTATIVES, PARLIAMENT OF MALTA (Ref. HR/66/20) The House of Representatives is seeking quotations for the design, manufacture and supply of 20 high-quality Silver Plates complete with a Presentation Gift box. The dimensions of each Silver Plate are as follows: 19cm in diameter with the official coat-of-arms of the Parliament of Malta and an inscription engraved, and the weight being not less than 100 grams. Each Silver Plate is to be supplied with a Presentation Gift Box preferably, in dark green or black in colour. Interested persons may obtain copy of the tendering document either by calling at the Finance and Administration Office, House of Representatives, Parliament of Malta, Freedon Square, Valletta VLT 1010 (Tel. 25596222/3) or download the document from the website of the House of Representatives https://www.parlament.mt. Quotations are to be received by not later than Friday, 17 April 2020 at 12.00h (noon). Friday, 27 March 2020 Numru ta' negozji kbar fil-kostruzzjoni, turiżmu u divertiment għadhom ma ħallsux il-bolla tal-ħaddiema li jimpjegaw ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Hekk kif il-Gvern ħabbar inizjattivi ta' differiment ta' ħlasijiet f 'taxxa u bolla lil ċerti kumpaniji, dokumenti juru li sal-aħħar tal-2018 il-Gvern kien għadu ma ġabarx it aktar minn €1 biljun f 'taxxa u bolla suppost imħallsa mill-privat kif ukoll minn min jaħdem għal rasu. Dawn l-arretrati jingħaqdu ma' €2.7 biljun oħrajn li l-Gvern għadu ma ġabarx jew inkella li lanqas biss jemmen illi jista' jiġbor f 'VAT. Ġeneralment flus, ma jkunux jistgħu jinġabru minħabba diversi fatturi fosthom l-għeluq ta' negozju, mewt, bdil ta' indirizz, falliment, nuqqas ta' lokalizzazzjoni tal- persuna li trid tħallas u aktar. Fl-iskema li ħabbar il-Gvern ma għamilx differenza bejn kumpanija li għandha arretrati ta' taxxa u bolla u oħra li ħallset il-bolol kollha tal- ħaddiema. Ħarsa lejn l-arretrati biljunarji f'bolla, taxxa u VAT Flimkien ma' espert fil-qasam finanzjarju din il-gazzetta tat ħarsa lejn il-karatteristiċi ta' dawn il- biljuni li l-Gvern baqa' qatt ma ġabar minkejja li kienu dovuti lilu. Fiż-żewġ każi dawn il-biljuni jmorru lura għall-1998 u jibqgħu sejrin sat-tmiem tal-2018, 20 sena. It-total ta' bollol u taxxi mhux imħallsa minn wara l-1998 telgħu għal €1,052.8 biljun u jinqasmu hekk: Mill-perjodu li l-Gvern kien introduċa s-Self Assesment System wara l-1998 - jiġifieri li kulħadd inkluż il-ħaddiem jimla formola hu ta' kemm daħħal flus li mbagħad jibgħatha lid-Dipartiment - il-Gvern għadu ma ġabarx €599 miljun. Din is-sistema imbagħad inbidlet għall-Final Settlement System, l-istess sistema tal-lum - li minnha l-Gvern għadu ma ġabarx f 'taxxi, it inqas minn €135 miljun. Jekk inħarsu lejn il-bolol imbagħad naraw li min iħaddem għadu ma ħallasx €223.2 miljun f 'bolol. Min jaħdem għal rasu għad irid jagħti lill-Gvern €95 miljun. Dan kollu jitla' għat-total ta' it iktar minn €1.052 biljun, li fil-fatt mhuwiex l-arretrati kollha għaliex magħhom trid iżżid €154 miljun li hija bolla u taxxa li għadha ma tħallsitx minn qabel l-1998. Minn dawn il-miljuni kollha l-Gvern qed jgħid li €915-il miljun ma jistgħux jinġabru. L-espert li tkellem ma' din il-gazzetta qal illi dan ikun għal diversi raġunijiet fosthom kumpaniji li jagħlqu, bdil ta' indirizz jew pajjiż li jagħmilha diffiċli biex id-Dipartiment jintraċċa l-flus u raġunijiet oħra. Jidher illi l-akbar ammont ta' flus li ma jistgħux jinġabru ġej miż- żmien fejn kulħadd kien jimla' l-formola tat-taxxa hu. Fil-fatt mill-€599 miljun, €494 miljun ma jistgħux jinġabru. F'dak li jirrigwarda VAT imbagħad tajjeb wieħed jinnota li bir-reġim ta' VAT li daħlet fl-1998, wara li kien elett mill-ġdid Gvern Nazzjonalista li neħħa s-CET li daħħal Gvern Laburista - sal-2018 il-Gvern kien għadu ma ġabarx €159.4 miljun. Il-Gvern għadu ma ġabarx b'kollox €2.6 biljun f 'VAT, li qed jaħseb illi mhux se jiġbor, €66 miljun li maqbudin f 'każi li nfetħu l-Qorti u €98.6 miljun li għandu minn min jiġborhom u li beda azzjoni biex dawn jinġabru! L-espert finanzjarju temm jammetti illi dawn l-ammonti huma kbar. Minkejja dan saħaq li wieħed jeħtieġ ukoll ipoġġihom fil-kuntest ta' numru ħafna akbar li nġabru f 'ekonomija li qiegħda tikber. Min huma dawk li għadhom ma ħallsux il-bolla tal- ħaddiema tagħhom? Din il-gazzetta tinsab infurmata li fost dawk li għadhom ma ħallsux il-bolla hemm negozji kbar fid-divertiment u turiżmu kif ukoll kumpaniji kbar tal-kostruzzjoni. Il-ħaddiem jitħallas xorta? U s-self employed? Iva, jekk min iħaddmek ma jħallasx il-bolla bil-liġi inti xorta kopert u xorta tieħu l-benefiċċju u l-pensjoni. Naturalment dawn il-flus xorta jibqgħu piż ta' miljuni sup-post imħallsa fil-Kaxxa ta' Malta. Jekk persuna hija self employed jeħtieġ tħallas it-taxxa u l-bolla biex tieħu l-pensjoni u benefiċċji oħrajn. X'inhi l-iskema li ħabbar il-Gvern dwar diferimenti? Il-Gvern ħabbar illi l-kumpaniji kollha li raw tnaqqis drastiku fix- xogħol - jistgħu jib-benefikaw minn diferimenti ta' ħlas ta' VAT u anke bolla għax-xagħarejn li ġejjin - inkwantu minn jekk il- kumpanija għandhiex arretrati xi tħallas f'taxxa, VAT u bolla.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020