Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226886

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fil-politika x-xorti jew tidħaklek jew tobsoqlok f 'wiċċek u fil- politika wkoll, kif għidna diversi drabi f 'analiżijiet, iż-żmien illi fih ikun qed jopera politiku huwa kruċjali biex jiddetermina l-karriera politika tiegħu. Il-PM u Mexxej Laburista Robert Abela ma setax kellu bidu aktar iebes minn hekk - pandemija li ġabet lid-dinja u l-ekonomiji tad- dinja għarkopptejhom. Din biddlet ix-xenarju politiku kollu - mhux biss minħabba l-aspett ta' saħħa imma wkoll għaliex ġabet ekonomija fi stat prekarju bl-ajruport - u allura l-pulmun tal-pajjiż- magħluq. Naturalment dan kollu jitfa' l-pożizzjoni ta' kwalunkwe Prim Ministru f 'qagħda pjuttost kerha u allura l-fortuni politiċi se jiddependu ħafna fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu bħalissa u kif il-pajjiż se jkun qed joħroġ minn din il-kriżi - l-akbar fl- istorja politika moderna. It-tul tal-kriżi huwa l-agħar għadu politiku u soċjali Għall-PM Abela u għal kull PM ieħor l-akbar problema hija t-tul ta' din il-kriżi u allura l-inċertezza. Fi żmien ta' inċertezza il-konsum lokali jonqos, il-fiduċja tieħu tisbita, l-investiment jieqaf u allura r-rota tibda tiġġammja. Naturalment ir-rota ekonomika hemm limitu kemm tiflaħ tibqa' ġġammjata qabel jibda kroll. L-agħar xenarju politiku għal Abela huwa li din l-inċertezza ttul aktar minn Mejju u allura probabbilment toqtol ix-xhur tas- sajf għat-turiżmu. Dan ikun ifisser li t-telf jikber, in-negozju jibqa' staġnat u hu jkollu jibqa' joħroġ il-fondi biex jiffinanzja l-pagi - b'konsegwenza li dan jia' pressjoni kbira ħafna fuq il-finanzi tal-pajjiż. Iktar kemm ittul, aktar se jikber il-bżonn ta' interventi statali u aktar se tkun diffiċli biex il-pajjiż jerġa' jiġi għal dak li kien sa it żmien ilu. Dan kollu- fl-aħħar mill-aħħar - se jaffettwa l-but u kif ngħidu, tajjeb jew ħażin, taqbel jew le, meta niġu għall-vot il-but se jgħodd. Jekk ittul is-sitwazzjoni, fl-2021 jista' jkun illi l-finanzi jkunu wisq minn taħt u l-Gvern ikun irid jagħmel tajjeb għal dan b'taxxi ġodda jew miżuri b'livell ta' awsterità. Dan ovvjament mhux se jinżel tajjeb ma' ħafna nies. Għalkemm malli jgħaddi kollox il-konsum mistenni jerġa' jiżdied - jekk ittul ħafna l-kriżi - is-sitwazzjoni jaf iddum biex tiġi f 'postha. Kunsiderazzjonijiet elettorali Naturalment politiku se jgħid illi hu ma jinteressahx mill-iskadenzi elettorali, li ovvjament mhux il-każ. L-iskadenza elettorali ta' Abela hija fl-2022. Allura l-kalkolu se jkun: b'dan li qed jiġri bħalissa u bl-effett tiegħu meta jaqbillu l-Partit Laburista li ssir elezzjoni? Hemm diversi xenarji. Hemm ix-xenarju li pajjiżna joħroġ minn din is-sitwazzjoni aħjar minn pajjiżi oħrajn, li l-awtoritajiet jirnexxilhom jikkontrollaw kemm jistgħu mill-każi, li l-famuża kurva tkun iċċattjatha biex kemm jista' jkun is-servizzi tas-saħħa ma jbatux u ma jiġġebbdux. Jekk pajjiżna jirnexxielu jikkontrolla din is-sitwazzjoni u jibda jiġri - ekonomikament - malajr, jista' jkun illi jinħass li l-Gvern għamel biċċa xogħol tajba u allura ħafna jħossu li dan waħdu jimmerita li l-Partit Laburista jerġa' jingħata l-fiduċja. It-tieni xenarju - u forsi it iktar realistiku - huwa li pajjiżna joħroġ imbenġel waħda sew minn din il- kriżi u l-affarijiet sa bħal daż-żmien sena jkunu għadhom qed jirkupraw. L-ewwel nett il-pajjiż mhux se jkollu aptit imur għal elezzjoni u t-tieni nett l-ekonomija tkun għadha ġġammjata, il- kunfidenza tal-konsumatur tkun għadha baxxa, nies bla xogħol jibdew ifittxu u t-turiżmu jkun għadu biss beda jirpilja. Din żgur li tkun riċetta biex Abela jitlef ħafna mill-appoġġ li kellu Joseph Muscat. F'dan ix-xenarju allura l-PM jistenna sal-2022 u allura sal- aħħar u jimmassimizza l-2021 biex jerġa' jikseb ekonomija b'saħħitha u joħloq sens ottimist li jagħtih l-appoġġ meħtieġ. L-aħħar xenarju huwa dak fejn l-ekonomija tkun għadha batuta u mbenġla iżda l-bżonn ta' miżuri fiskali iebsin ikun ifisser li għal Abela jkun jaqbel li jmur għal elezzjoni li jista' jirbaħ fuq l-għajta li żamm lill-pajjiż - b'xi mod - fil- wiċċ, milli jidħol fiċ-ċans li jitlef l-elezzjoni u jtemm l-"era Laburista" u ma jkunx rebaħ l-ewwel elezzjoni tiegħu, minħabba miżuri iebsin u mhux popolari qabel l-elezzjoni. Biċċa biċċa mill-war chest... Din il-ġimgħa l-PM qal illi din li qed iħabbar il-miżuri biċċa biċċa hija parti minn strateġija. Jekk vera hija hekk vera ma jinħassx li huwa hekk. Iktar deher li qed jirreaġixxi għall- fatt li l-imsieħba soċjali kollha qajmu l-irwiefen u qalu li t-tieni pakkett finanzjarju ma kienx biżżejjed. Wieħed jista' jiem illi l-Gvern ikun irid jippjana aħjar u jqassam aħjar mill-flus li għandu għax kif qal waqt il-konferenza tal-aħbarijiet nhar it-Tlieta, ħadd ma jaf is- sitwazzjoni kemm se ttul. Il-problema b'din "l-istrateġija" iżda hija illi kull darba settur jew setturi qed iħossuhom li tħallew barra. 'U allura għalfejn mhux jien? Għalfejn mhux issa? Mela jiena mhux ukoll?' Dan huwa sentiment ovvju li se jqum kull darba li se jħabbar xi ħaġa. Dan apparti li, kif kien hemm min innota, il-mod ta' kif il-miżuri se jiġu implimentati qed jitħallew għall-immaġinazzjoni tan-nies - kulħadd jistaqsi, ħadd ma jaf xi jrid jagħmel eżatt, jekk iridx japplika hu jew le għall-għajnuna. Jidher li hemm problema ta' komunikazzjoni, xi ħaġa li l-PL kien qed jeċċella fiha dawn l-aħħar snin. Bħalissa huwa importanti illi l-poplu jibqa' jisma' u jiem kull dettall tal- miżuri - l-ewwel nett biex kulħadd ikun jaf id-drittijiet tiegħu u t-tieni anke bħala relazzjonijiet pubbliċi. Huwa bħalissa li l-elezzjoni ġenerali li jmiss se tintrebaħ jew tintilef minn partit li fl-2017 kiseb madwar 36,000 vot aktar mill-PN/ PD - skont il-miżuri, l-attitudni, il-komunikazzjoni u l-abbilità li nitilqu niġru malli tintemm din it- traġedja. 09 illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 analiżi The Foundaon for Tomorrow's Schools (FTS), responsible for the building and renovaon of new and exisng State schools, is searching for a Chief Execuve Officer to deliver the vision, mission and strategic objecves of the Foundaon. The selected candidate will guide and provide oversight of all FTS operaons and assure quality of service, manage performance and overall resources, set and integrate strategy and direcon, and guide the FTS towards long-term success. The CEO shall have overall responsibility for the Foundaon and ensure effecve management structures. As the highest-ranking execuve official, the successful candidate will need to promote a strong work culture, vision and values and provide visible and inspired leadership. The FTS Chief Execuve Officer has the following key responsibilies: • provide overall direcon, effecvely manage, promote and implement the organisaon's aims and objecves, and develop the Foundaon's growth plan; • ensure that the operaons and acvies of the FTS are driven firmly and fully aligned with strategic policy objecves of the Ministry for Educaon and Employment as its main client; • raise and maintain the quality of service provision; and • lead, guide and direct the senior execuve team of the organisaon, movate subordinates and advance employee engagement. Interested persons must meet the following requirements: • hold a Bachelor's or Master's degree in the field of management or construcon or engineering or law or administraon or a relevant discipline; and • have at least five years proven experience in a senior management posion, with experience in corporate governance in the Public Service or the Public Sector being considered an asset. Interested persons may apply by sending an applicaon leŒer and CV by email to hr.s@gov.mt. Applicaons by post or by hand will not be accepted. All applicaons received by email will be acknowledged. Applicaons must be received by not later than Wednesday 15th April 2020. VACANCY OF A CHIEF EXECUTIVE OFFICER JOBSPLUS VACANCY PERMIT NUMBER: 480/2019 Il-magħmudija tan-nar ta' Robert Abela - se jsalva?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020