Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234800

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 23

17 opinjoni 13 Jikkontemplaw suwiċidju I va sewwa qed taqra. 13 il-persuna. 13 il-mara mhux minn madwar id-dinja imma 13 il-mara maltija. 13 il-mara maltija li fittxew l-għa- jnuna, għax xi darba wettqu abort. Sensazzjoni iebsa li ma ħalliehomx jimxu l'quddiem f ' ħajjithom. Forsi bħalissa jkun hemm min jiġġudikhom, iżda min jagħmel dan, ikun qed jagħmel il-pass mqarraq. Ir-rispett u t-talb huma żewġ imġibiet minn naħa tagħna, li nkunu qegħdin ngħinu fis-sitwazzjoni tagħna. Immur oltre minn hekk; fejn minkejja li jien voċiferu u kontra l-abort, imma nemmen li m' għandi l-ebda dritt nimponi fuq ħadd, dwar dak kollu li nemmen fih jien. Irrid insemmi li f ' pajjiżna l-Crisis Resolution li kemm ilu jaħdem f ' pajjiżna (f ' dawn l-aħħar 9 snin) raha 13 il-mara li kkontemplaw jagħmlu suwiċidju, minħabba li wettqu abort. Sens ta' Ħtija Ma ninsa qatt mara, li kont nafha meta konna żgħar fl-iskola li jum fost oħrajn iltaqgħet miegħi u afdatni. Minkejja li kien kważi għaddew għaxar snin minn mindu wettqet dan l-att, kienet qaltli li "ma tgħaddix ġurnata, li ma naħsibx fit-tarbija li ċaħħadtha milli tgħix". Kontinwament tgħix f ' rabja kbira u tensjoni. Kienet tatni xi nformazzjoni li wettqet dan l-abort fi klinika fl-Ingliterra, u minn dak in-nhar sal-lum qatt ma ħadet ir-ruħ, tirrabbja mix-xejn, dejjem bl- uġiegħat ta' ras, qatt ma tista' tissetilja fil-ħajja. Dan apparti li tħoss sens ta' ħtija kbira, u peress li twieldet f ' ambjent reliġjuż, tħoss ukoll li kważi kważi mieġġielda ma' Alla. Mhiex l-ewwel storja li smajt li kriżi tissarraf f ' sens ta' ħtija, u din tibqa ġġorra miegħek tul ħajtek kollha. Ċert u din jgħiduha professjonisti li l-abort iġib riskju kbir ta' mard mentali u kriżi. Apparti l-mard mentali, dan kollu wkoll iġib il-faqar, għaliex ħaġa ġġib lill-oħra. Bla dubju, insibu wkoll lil dawk li jibqgħu għaddejjin b' ħajjithom, għaliex iħossu skuża li jistgħu jiggranfaw magħha, bħal rape, jew minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja jew inkella għax iħossu li kull ma ser jagħmlu hu, li se jneħħu biċċa laħam u mhux tarbija. Il-kuxjenza tagħhom tkun differenti minn dik ta' oħrajn. Tgħannieqa t' Omm Irrid insemmi wkoll Dar Tgħanniqa t'Omm li wieħed isib fi Triq Papa Gwanni XXIII, il-Mosta. Id-dar fil-Mosta hija mmexxijja minn Life Line Malta, fergħa tal-Life Network Foundation u tilqa' fiha nisa li jkunu għaddejjin min żmien diffiċli, u li jkunu qed jikkunsidraw li jagħmlu abort, jew li jkunu qed jaffaċċjaw kumplikzzjonijiet fil-ħajja jew fit-tqala tagħhom. Id-dar bħalissa qed toffri kenn lil 6 ommijiet, uħud minnhom bit-tfal żgħar, u oħrajn li huma tqal. Iżda, l-funzjoni ta' Life Line ma tieqafx hemm. Minbarra li toffri saqaf fuq ras dawn in-nisa, id-dar tagħti wkoll għajnuniet oħra, fosthom counselling kemm lil dawn in-nisa, kif ukoll lill-familjri tagħhom. Life Line toffri wkoll sapport lil nisa u rġiel li fil-passat ikunu għażlu li jitterminaw tqala billi jagħmlu abort. Dan jagħmluh permezz ta' professjonisti li jgħinu biex il-persuna tgħeleb it- trawma psikoloġika li jġib miegħu l-abort. Biex tkun tista' tagħmel dan kollu, Life Line tiddependi fuq l-għajnuna tal-volontier u fuq id-donazzjonijiet mill-pubbliku. It-tama hi li fil-qrib ikunu jistgħu jiftħu dar akbar, hekk kif il-binja fil- Mosta ma tistax tilqa' fiha aktar minn 6 ommijiet. L-ommijiet jibqgħu fid-dar sa sena u Life Line tibqa' tgħinhom sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintergraw ruħhom fil- komunità. Jien żort lil din id-dar fejn nipprova nżomm ukoll kuntatt fl-aħjar possibbli. Dan huwa xogħol imprezzabbli minn grupp ta' voluntieri li saru parti minn familja ta' dawn in-nisa li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli marbuta ma' tqala, fejn isibu s-sostenn li qed toffri Life Line. Bla dubju, wara dan kollu mingħajr ma trid jiġuk f ' moħħok dawk il-koppji li jagħmlu minn kollox biex ikollhom wild. Sewwa u xieraq li l-qarrejja kollha ta' dan l-artiklu nibqgħu sensittivi mas-sitwazzjoni kollha, fl-istess ħin ma nippreġudikawx, u filwaqt li nirrispettawhom, għal min jemmen jibqa jitlob għalihom. Bla ebda mod ma ridt li nkun kontroverżjali. Dan huwa suġġett uman. Tkellimt dwar qlub li hemm fija u fik, bid-differenza li tkellimt dwar qlub li qatt ma kellhom iċ-ċans jieħdu t-twelid bħali u bħalek. illum • IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 Ivan Bartolo Tkellimt dwar qlub li hemm fija u fik, bid-differenza li tkellimt dwar qlub li qatt ma kellhom iċ-ċans jieħdu t-twelid bħali u bħalek Ivan Bartolo huwa Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Akkomodazzjoni Soċjali, l-ġlieda kontra l-faqar, is-Solitudni u l-Esklużjoni Soċjali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020