Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234800

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 opinjoni IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 • illum Żminijiet straordinarji OWEN BONNICI HUWA L-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL Owen Bonnici Q ed ngħixu fi żminijiet straordi- narji li jeħtieġu miżuri straordi- narji. Il-pandemija COVID-19 li laqtet lid-dinja kollha ġiegħlet lil kulħadd jibdel l-istil tal-ħajja tiegħu. Qegħdin ngħixu 'l hinn minn dik li aħ- na nsejħulha ħajja 'normali'. Mill-mod kif qed għixu l-ħajja fid-djar, sal-mod kif qed ngħixu l-ħajja tax-xogħol tagħna u wkoll l-edukazzjoni tagħna. Nittamaw li kollox jgħaddi b'wiċċ il-ġid ħalli ma ndumux ma mmorru lura għall-ħajja li konna mdor- rijjin biha. Imma mogħnija b'esperjenzi li din is-sitwazzjoni qed tgħaddina minn- hom u li qed jgħallmuna wkoll. Il-Gvern mall-ewwel beda jieħu passi biex jipproteġi lilna lkoll minn din l-imxija. Mhux biss protezzjoni għal saħħitna, im- ma wkoll protezzjoni f'aspetti oħra li din il-pandemija messet. U mal-istruzzjonijiet li bdew ħerġin mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, aħna bħala Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol ukoll bdejna ħidma ma tieqafx li għadha għaddejja, biex nieħdu ħsieb is-set- turi li jaqgħu taħt il-Ministeru – l-eduka- zzjoni u x-xogħol. Ridna naraw kif, mhux biss nilqgħu, imma wkoll nieħdu passi – straordinar- ji – biex ma jieqafx kollox. Fuq quddiem nett is-settur tant importanti għal uliedna. L-edukazzjoni tagħhom. Mal-għeluq tal-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi, skatta pjan ta' ħidma b'għaq- da sħiħa mal-imsieħba f'dan is-settur. U ngħid b'wiċċi minn quddiem li din il-ħid- ma kemm interna fil-ministeru u wkoll flimkien ma' dawk kollha li jmissu ma' dan is-settur, tat u qed tagħti l-frott tagħha. Il-miżuri li ttieħdu huma bla preċendent. Miżuri li jpoġġu fuq nett lill-istudenti ul- iedna, lill-edukaturi u l-kustodji tat-tfal tagħna. Meħuda biex dawn ma jbatux. Dan kien l-ewwel punt tat-tluq tad-disk- ussjonijiet li saru, marbuta mal-ħsieb im- wettaq li f'dak kollu li nkunu se nimpli- mentaw, ikun ukoll ġust għal kulħadd. B'hekk, skont iċ-ċirkostanzi, t-tagħlim baqa' għaddej. Mhux it-tagħlim tradizz- jonali li ilna nafuh għalkemm dejjem żvi- luppa maż-żmien – imma t-tagħlim onla- jn. Nieħu gost bl-impenn qawwi muri f'din il-biċċa xogħol. Impenn ta' wara l-kwinti li serva biex illum-il ġurnata t-tfal tagħna, huma f'liema sena jew istituzzjoni edukat- tiva, qed ikomplu għaddejjin bl-edukazzjo- ni tagħhom. Ħadt gost nara b'għajnejja l-għożża tal-edukaturi. B'paċenzja u wkoll b'de- terminazzjoni li ma jħallux lit-tfal tagħna ltiema mill-edukazzjoni. Impenn li ħaduħ bis-serjetà wkoll kemm l-istudenti nfush- om u wkoll il-ġenituri jew il-kustodji tagħhom. Internet u kolazzjon Imma ma kontx kuntent. Għax naf li fis-soċjetà li ngħixu fiha, mhux kulħadd sfortunatament għandu l-istess tip ta' ħajja. Hemm min minħabba ċirkustanzi varji li mhux se nidħol fihom, li ma se- tax jingħaqad mal-istudenti sħabu. Imma hawn ukoll, ħidma li wettaqna li wasslet biex ipprovdejna bla ħlas is-servizz tal-in- ternet fid-djar fejn kien hemm studenti li ma kellhomx. B'hekk ħadd ma waqa' lura minħabba im- pediment li aħna stajna nieħdu ħsiebu. Anki hawn ħassejna li għandna nkom- plu ngħinu. F'pajjiżna, ukoll minħabba ċirkostanza jew oħra, għandna madwar 500 tifel u tifla li ma jkollhomx il-kollazz- jon biex jitrejqu meta jkunu fil-klassiji- et tagħhom. Dawn kollha li jinsabu taħt skema 9, ukoll bqajna nipprovdulhom kollazzjon li qed inwassluhulhom fid-djar tagħhom. Huwa veru li din il-pandemija biddlet l-istil tal-ħajja li mdorrijjin ngħixu biha. Li żgur li ma biddlitx hija l-ġenerożità li hija parti minn demmna bħala poplu Malti u Għawdxi. L-għajnuna ma taqta' xejn kompliet ukoll permezz tal-mezzi teknoloġiċi. L-edukatu- ri għandhom appoġġ kontinwu tant li jist- għu jitolbu għajnuna direttament permezz tal-iskejjel tagħhom imma wkoll permezz ta' sit virtwali li tgħinhom f'dan it-tagħlim online li qed jagħmlu: https://digitallitera- cy.skola.edu.mt/. Hemm ukoll repositorju ta' riżorsi edukattivi bla ħlas fuq www.curriculum. gov.mt li kontinwament qed ikun aġġor- nat. Is-sit virtwali tal-Ministeru fuq face- book – 'Edukazzjoni' – huwa sors tajjeb ferm ta' referenza għal dak kollu li qed nagħmlu. Dan lanqas ma kien biżżejjed. Il-helpline 2598 1000 iservi biex min ikollu diffikulta- jiet marbuta mal-edukazzjoni jista' jużaħ u jsib għadd ta' professjonisti dedikatissimi biex jitkellmu u jiddiskutu ma' dak li jkollu bżonn l-għajnuna. Imma kollox sar u qed isir bi pjan. Fil- fatt, għadd ġmielu ta' laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma u wkoll laqgħat ma' rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, dawk tal-iskejjel tal-Knisja u skejjel Indipenden- ti, rappreżentanti tal-MATSEC, MCAST, l-Università ta' Malta, l-MUT, il-Kunsill tal-Istudenti Universitarji u wkoll il-Kun- sill tal-Istudenti tal-Junior College, wasslu għal ftehim għall-ġid tal-istudenti. Ftehim ta' Pjan Nazzjonali li se jwassal għall-ftuħ tas-sena skolastika u sena akka- demika 2020-2021. Il-pjan huwa mifrux sew. Ikopri s-settur edukattiv mill-kindergarten sal-Primarja u jibqa' għaddej sal-Università ta' Malta u l-MCAST. Pjan li jispjega x'se jiġri għas-se- na skolastika u akkademika li jmiss, pjan li jwieġeb il-mistoqsijiet li jista' jkollhom mhux biss l-istudenti imma wkoll dawk li jieħdu ħsiebhom. Dan qiegħed hemm fuq il-mezzi soċjali tal-Ministeru għall-Eduka- zzjoni u jista' jidħol fih kulħadd. Tajjeb li nuri li l-ħidma tagħna hija mi- fruxa sew. Tant li anki f'dak li huwa Life- long Learning ħsibna biex it-8,500 adult li qed jieħdu kors bħalissa, mill-197 ofruti, jistgħu jibqgħu jagħmlu dan għaliex qlibna kollox online. Anki l-iskejjel ma ħallejnihomx vojta. Minnhom qed nagħtu servizzi lill-ko- munità u lil-poplu. Stazzjon temporan- ju tal-Protezzjoni Ċivili fl-iskola ta' Ħad Dingli, childcare għall-ħaddiema tal-Ma- ter Dei fl-iskola ta' San Gwann, l-użu tal-kċina tal-iskola ta' Ħal Kirkop għall- ikel lill-ħaddiema ta' Mater Dei, l-iskola ta' Ħaż-Żabbar qed tintuża biex fiha ġbarna l-printers 3D kollha fis-settur edukat- tiv u qed nipprintjaw maskli protettivi għall-ħaddiema fis-settur tas-saħħa. Imma l-iskejjel wkoll qed issir ħidma kbira ta' tis- bieħ u manutenzjoni li hemm bżonn. Napprezza u nirringrazzja lil dawk kollha li wara l-kwinti qed jgħaddsu rashom f'ħid- ma għal dan is-settur. Nagħlaq billi nixtieq lill-qarrejja koll- ha l-Għid it-Tajjeb. Iċċelebrawħ, imma għamlu dan billi tħarsu saħħitkom!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020