Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237071

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 23

02 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' APRIL 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy, Melita Street, Valletta St. Gaetan Pharmacy, Ħamrun St. George's Pharmacy, Qormi Collis Williams St Mark's Pharmacy, Swatar Remedies Pharmacy, Msida Potter Chemists, San Ġiljan Edward's Pharmacy, Sliema St. Joseph Pharmacy, Lija Medicine Chest Pharmacy, Għargħur Parkes Pharmacy, San Pawl il-Baħar Brown's Paola Square Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Kalkara May Day Pharmacy, Żabbar Blossoms Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi De Rohan Pharmacy, Żebbuġ Anici Pharmacy, Mtarfa Batu Pharmacy, Victoria, Gozo Sokkors Pharmacy, Kerċem, Gozo MIA Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 4 li jsir Punent forza 4 għal 5 Baħar Moderat li jsir ħafif għal moderat Imbatt Baxx mill-Majjistral L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita possibilment bir- ragħad Viżibilità Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent Majjistru forza 3 għal 4 li jsir Majjistral forza 4 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - L-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu tniedi l-kampanja 'Oħlom issa ... żurna 'l quddiem' Oħlom issa ... żurna 'l quddiem' huwa l-isem ta' kampanja promozzjonali li nediet illum l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu bil-għan li tfakkar lil turisti prospettivi dwar is-sbuħija li qed tistennihom f 'Malta ladarba jkun possibbli li wieħed jivvjaġġa mill-ġdid. Permezz ta' filmat ta' minuta li nħadem f '14-il lingwa differenti, il- kampanja se tkun konċentrata l-aktar onlajn, u se tkun akkumpanjata minn serje ta' posts fuq midja soċjali li jwasslu l-istess messaġġ. F'kumment dwar il-kampanja, Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli, stqarret li ħafna drabi, meta tiġi sfida bħal ma qed niffaċċjaw bħalissa t-tendenza umana hija li twaqqaf il-kampanji pubbliċitarji kompletament. "Din ma kinitx il- filosofija tal-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu kif ukoll tal-Gvern Malti. Anzi, bil-maqlub, ħsibna li noħolqu kampanja f '14-il lingwa, orjentata lejn oqsma differenti, bil-ħsieb li ndewqu lit-turist prospettiv ix-xeni tipiċi sbieħ tal-Gżejjer Maltin, li jista' jarahom issa u jżurhom fiżikament aktar 'il quddiem." Carlo Micallef, Deputat Kap Eżekuttiv u Chief Marketing Officer tal-Awtorita' Maltija għat- Turiżmu, żied jgħid li minkejja li t-turiżmu internazzjonali jinsab wieqaf għar-raġunijiet li jaf kulħadd, "il-ħidma tat-tim tal-Marketing fi ħdan l-Awtorita' baqgħet għaddejja bla waqfien u bħalissa qegħdin invaraw diversi kampanji f 'pajjiżi differenti fejn hemmhekk inżommu lill- Gżejjer Maltin fi ħsieb dawk li għada pitgħada se jerġgħu jkunu turisti lejn pajjiżna." Johann Buttigieg, Kap Eżekuttiv tal-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu, spjega kif minbarra l-aspett tar-reklamar, l-Awtorita' tinsab ukoll għaddejja b'ħidma fuq proġetti mmirati lejn titjib fl- infrastruttura, kif ukoll titjib fil-livell tas-servizz provdut lit-turist, permezz ta' korsijiet għall- impjegati li jaħdmu fis-settur turistiku. "Ma ninsewx li, hekk kif tgħaddi l-kriżi tal- COVID-19, il-kompetizzjoni bejn destinazzjonijiet turistiċi se tkun waħda qawwija. U għalhekk aħna rridu nkunu fuq ta' quddiem biex, flimkien mal- kollaboraturi tagħna fl-industrija, bħal-lukandi, ir-ristoranti u oħrajn, noffru l-aqwa prodott possibbli biex nerġgħu nattiraw it-turiżmu bħal ma konna nagħmlu qabel ma faqqgħet il-pandemija."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020