Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237071

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 intervista IL-ĦADD 19 TA' APRIL 2020 • illum 'Id-djalogu soċjali, flok issaħħaħ kulħadd jaqdef għal rasu' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Naħseb li kulħadd jaqbel li s-saħħa tiġi qabel l-ekonomija għaliex, fl-aħħar mill- aħħar, biex l-ekonomija terġa' tieħu r-ruħ għandna bżonn ħaddiema fil-kwantità u b'saħħithom". Hekk saħaq Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta' UĦM Voice of the Workers, f 'intervista li saret mill-gazzetta ILLUM. Josef Vella jgħid li ikbar ma jkun in-numru ta' 'vittmi' minn din kriżi, iżjed se jkun id-dewmien biex nirkupraw minn din il-burraxka. Kif tiddeskrivi s-suq tax-xogħol bħalissa? Ara, kollox jiddependi minn liema settur topera fih. B'mod ġenerali qed naraw suq tax-xoghol bi kriżijiet u problemi li la biċċiet minnhom ma rajna bħalhom fin-natura u lanqas fl-ammont. Żgur qatt ma rajna lukandi, ristoranti, bars, swali taċ-ċinema, gyms, casinos, banek tal-lottu, skejjel, ħwienet ta' affarijiet mhux essenzjali kollha magħluqin f 'daqqa. Żgur qatt ma rajna sensji, tnaqqis ta' pagi, tnaqqis fil-kundizzjonijiet tal- impjieg u tnaqqis ta' salarji f 'daqqa fuq dan il-livell massiv. Bla dubju ta' xejn din kienet sajjetta fil-bnazzi għax filli kellna full-employment u filli mil-lum għal għada ġara dan kollu msemmi hawn fuq. Qed jiġu fuqek ħaddiema li qed jitilfu xogħlhom? Minn liema setturi l-aktar? X'qed jitolbukom bħalissa? Qed naraw ħaddiema li tilfu xogħolhom minn diversi setturi, l-aktar dawk li kienu ordnati jagħlqu bil-liġi, dawk li kienu joffru servizzi lir-ristoranti u lukandi kif ukoll servizzi ta' manutenzjoni bħal dawk mogħtija minn electricians, plumbers, bajjada, mechanics u technicians. Ħafna minn dawn il-postijiet tax- xogħol bagħtu lill-ħaddiema d-dar. L-iktar li qed ibatu huma dawk is- servizzi li ġew drastikament milqutin fl-introjtu tagħhom u lanqas biss huma koperti mill-iskema tal-wage supplement tat-€800. Ħafna qed jitolbu li l-iskema tat- €800 tiġi estiża biex tkopri firxa iżjed wiesgħa ta' postijiet tax-xogħol fi skema A li għandhom ikopru lil dawk li d-dħul naqas b'50 fil-mija. Hemm każi ta' abbużi fejn impjegaturi keċċew ħaddiema mill-ewwel jew b'mod illegali? Tista' ssemmi xi wħud li inti taf bihom? Bħala union xogħolna hu li naraw li postijiet tax-xogħol li għandhom relazzjoni ta' ħidma magħna, ikkonsultaw u qablu mal-union f 'kull miżura li ttieħdet. Ninsabu sodisfatti li ħafna mill-membri tagħna żammew l-impieg tagħhom, bil-maġġoranza żammew il- paga bażika tagħhom. Iżda dan mhux l-każ ta' kulħadd; hemm ħafna ħaddiema li tkeċċew mill- ewwel anke saħansitra qabel ma ħarget il-COVID-19 f 'pajjiżna. Kellna oħrajn li ġew redundant immedjatament kif faqqgħet l-kriżi. L-aktar gravi huma dawk l-employers illi ħadu l-iskema ta' €800 f 'għajnuna mill-Gvern iżda qabel ma tefgħu lill-ħaddiema fuq tali skema ġiegħluhom jutilizzaw il-vacation leave kollu sa dik l-ġurnata. F'każ bħal dan il-Gvern ħareġ €800 fuq kull ħaddiem, l-employer ħareġ €400 u kien hemm kazijiet ta' ħaddiema li, bejn telf ta' paga u telf ta' vacation leave, tilfu iżjed minn €400. Dan biex ma nsemmux impjegaturi li ħadu l-iskema ta' €800 mill-Gvern u ddeċidew li ma joħorġux l-€400 huma bil-pretest li se jżommuhom fuq il-kotba tagħhom. Dan juri biċ-ċar li għalkemm sar ftehim bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali, mhux kulħadd żamm mal-parametri tiegħu tant li kien hemm min kissru u ħa vantaġġ mis-sitwazzjoni. Dawn l-ezempji rajnihom f 'lukandi, uħud mill-iskejjel tal-Ingliż, casinos, ristoranti u ħaddiema impjegati ma' persuni self-employed u negozji żgħar. X'qed tagħmel il-unjin li tmexxi biex tara illi dak kollu li qed jittieħed mill-ħaddiema - bħal leave u tnaqqis fil-pagi - jingħata lura ladarba jgħaddi kollox? L-ewwelnett, kif diġà spjegajt iżjed 'il-fuq, il-membri tal-union mhumiex milqutin drastikament u, it-tieni, kwalunkwe arranġament li qed isir matul il-perijodu ta' COVID-19, qed ikun irreġistrat bi skrittura u fejn hemm bżonn jiddaħħal id-Dipartiment ta' l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER). Eluf ta' ħaddiema għadhom mhux qed igawdu minn ebda miżura tal-Gvern, ħafna negozji, aġenti ta' proprjetà, fabbriki u oħrajn. Eluf ta' ħaddiema għandhom l-impjieg imdendel. X'qed tagħmel il-unjin biex tgħin lil dawn in-nies? Il-union tista' topera bħala tali fejn il- ħaddiema fil-post tax-xogħol ikollhom pjaċir biha. F'dawn il-postijiet elenkati, minbarra l-fabbriki, ħafna minnhom sfortunatament mhumiex unionised. Bla dubju ta' xejn li fi żminijiet bħal dawn l-iżjed li se jbatu huma ħaddiema li m'għandhomx protezzjoni tal- union u lanqas m'għandhom min jirrapreżentahom u jressqilhom il-każ quddien id-DIER. Dawk il-ħaddiema bi ftehim kollettiv ġew affettwati? Kif? Għandna postijiet tax-xogħol bi ftehim kollettiv li, iżda, ma ġewx milquta mill- COVID-19 fejn tidħol il-produttività; anzi x-xogħol żdied mhux naqas. Eżempju ta' dan huma s-servizzi mogħtija mill-frontliners u servizzi essenzjali oħrajn. Minn dawn il-postijiet, tista' tgħid li l-kundizzjonijiet kollha tal-ftehim kollettiv ġew miżmuma b'xi aġġustamenti fejn jidħol roster bħala prekawzjoni sabiex xift ma jiltaqax ma' ieħor. Fil-maġġoranza tal-postijet tax- xogħol l-oħra, li huma koperti bi ftehim kollettiv, saru taħditiet li biex jiġu segwiti d-direttivi tal-awtoritajiet tas-Saħħa ddaħħlu proċeduri oħrajn ta' kif isir ix-xogħol. L-aktar eżempju ċar huwa l-possibbiltà li x-xogħol isir mid-dar. Hemm ċertu istanti li xi allowances marbutin ma' dmirijiet partikulari jew xift jistgħu jiġu mnaqqsa, għax tali sitwazzjoni koperta minn dik l-allowance m'ghadhiex teżisti, bħal shift allowance meta x-xift m'għadux jinħadem. Il-union tappella lill-Gvern biex ma jiħux miżura fejn jaqta' allowances across the board mingħajr ma jikkunsidra s-sitwazzjoni partikulari u jikkonsulta mal-union. Dan ifisser li ġaladarba li l-Gvern jieħu miżura unilaterali, allura jkun hu li jabbanduna l-proċess tad-djalogu soċjali. X'inhi l-akbar theddida vera għaż-żmien li ġej għax-xogħol u l-investiment? L-akbar thedida hija l-inċertezza li ħadd ma jaf kemm se jdum dan l-perijodu u kemm se ndumu biex nirkupraw, u jekk hux se tibqa' bħala esperjenza impattata f 'moħħna li tbiddel l-attitudnijiet tal- għixien u tnaqqsilna l-kuraġġ tar-riskju fl-investiment. Problema oħra hija dwar kemm se jkun hawn 'vittmi' ekonomiċi, 'vittmi' tal-qgħad u 'vittmi' ta' falliment. Wara li l-ġimgħa l-oħra l-ILLUM kellmet lill-GWU, din il- ġimgħa nagħtu ħarsa lejn is-suq tax-xogħol u r-realtajiet tal-ħaddiem bħalissa mal-Kap Eżekuttiv ta' UĦM Voice of the Workers Josef Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020