Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237071

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 intervista illum • IL-ĦADD 19 TA' APRIL 2020 issaħħaħ kważi kkrolla ... Bla dubju, ikbar ma jkun in-numru ta' vittmi iżjed se jkun id-dewmien biex nirkupraw minn din l-kriżi. Taħseb li l-mod kif il-Gvern qed iħabbar l-għajnuna - biċċa, biċċa - tagħmel sens? Dak li qed jinkwieta lil din il-union huma żewġ affarijiet. L-ewwel, li sar ftehim bejn l-imsieħba soċjali u l-Gvern, fejn sfortunatament ħafna huma dawk li qed jinterpretawh kif jidhrilhom huma. Konsegwentament għandna ħaddiema li mhumiex qed jibbenefikaw minn dan il- pakkett skond kif miftiehem. Għandna ħaddiema li waqt li nżammew fuq il-kotba tal-post tax-xogħol, mhumiex qed jieħdu €400 mingħand l-impjegatur; għandna ħaddiema li ġew sfurzati li minbarra li jċedu l-€400 tal- paga jċedu wkoll il-leave kollu bla ħlas u mingħajr lanqas biss jeħduh. Għandna ġenituri li t-tnejn jaħdmu mal-Privat u m'għandhomx ma' min iħallu 'l uliedhom. Filwaqt li l-miżura titlob li wieħed mill-ġenituri jmur d-dar bil-benefiċċju ta' €800, il-verità hi li dan l-impjegatur qed jgħidilhom li jekk tmur d-dar b'din il-miżura jien nagħmlek redundant jew mhux approvat. It-tieni fattur li qed jinkwieta lill-union hu li f 'din il-konfużjoni kollha d-djalogu soċjali, flok issaħħah kważi kkrolla u kulħadd qed jaqdef għal rasu u jfittex li jipproteġi l-interessi tiegħu biss. Il-union ukoll tinsab inkwetata li l-aħħar pakkett miftiehem kien nieqes minn dettalji u ħallejna lil kulħadd jimla l-vojt ta' dawn d-dettalji għal rasu. Infakkar li l-istess Gvern, bħala employer, ukoll qed jagħti direzzjoni sabiex jinqatgħu l-allowances across the board mingħajr ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-unions. Dan żgur mhux aċċettabbli għal din il- union. X'inhu l-appell tiegħek lill-ħaddiema, il-pensjonanti u self-employed f 'dan il- mument iebes? L-ewwel appell huwa wieħed ta' saħħa fejn kulħadd għandu jsegwi d-direzzjoni mogħtija lilna mill-awtoritajiet tas- Saħħa. Dan huwa l-mument fejn kulħadd għandu jkun responsabli u jara li la jesponi lilu nnifsu b'riskju żejjed, u lanqas lil ħaddiehor. Huwa żmien importanti fejn il- ħaddiem irid jifhem iċ-ċirkustanza u li żgur li se jkun hemm min jintlaqat ħażin. Filwaqt li huwa importanti li l-ħaddiema jridu jagħtu l-biċċa tagħhom, importanti wkoll li jaraw li dak li hu dovut lilhom jasal għandhom. F'sitwazzjoni bħal din, li ħaddiem jieħu parir mingħand il-union tiegħu huwa l-ideali. Kemm biex l-union tiggwida lil dak li jkun għal inqas impatt possibbli, kif ukoll biex il-union tkun infurmata b'dak li jkun għaddej fis-suq tax-xogħol u tkun tista' tirrapreżenta lill-ħaddiema aħjar fuq il- mejda tan-negozjati nazzjonali. Bħalissa qed jingħad il-kliem stay safe, stay home. Nifhmu li għandna diversi ħaddiema li ma jistgħux jagħmlu dan minħabba in- natura tax-xogħol tagħhom. Għal dawn in-nies, ir-realtà hija differenti. Lil dawn il-ħaddiema għidulhom grazzi u we can stay safe because you responsibly cannot stay at home. Il-fatt li ħafna immigranti issa qegħdin fuq kwarantina, kif affettwa l-postijiet tax- xogħol fejn jaħdmu? Ovvjament kull ħaddiem li jiġi kwarantinat huwa ħaddiem nieqes mis- suq tax-xogħol bid-diffikultajiet li dan iġib miegħu. Iżda naħseb li kulħadd jaqbel li s-saħħa tiġi qabel l-ekonomija għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, biex l-ekonomija terġa' tieħu r-ruħ għandna bżonn ħaddiema fil- kwantità u b'saħħithom. L-aktar gravi huma dawk l-employers illi ħadu l-iskema ta' €800 f'għajnuna mill-Gvern iżda qabel ma tefgħu lill-ħaddiema fuq tali skema ġiegħluhom jutilizzaw il-vacation leave kollu sa dik l-ġurnata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020