Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237071

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 letteratura IL-ĦADD 19 TA' APRIL 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-Indiċibbli Terribbli Wara ħafna taħbit fl-aħħar seħħli nasal, b'ġismi pjaga waħda u mifluġ bil-għejja, f 'dal-lok straman minsi minn Alla, f 'dil- belt fejn anke x-Xitan nesa fejn ħalla l-karkur, f 'dad-distrett Ġermaniż li forsi anke Angela Merkel mhix fiż-żgur qattx semgħet bih. Dħalt nitkaxkar imħaxken mal-ħajt sakemm wieħed minn tlieta oħra – li bħali ntilfu mat-triq f 'kesħa xxoqq l-għadam – għeni nidħol fis-sala u nsib posti bilqiegħda mal-art. Intant id-diskors inawgurali tal- Imgħallem Taoista kien donnu ilu li beda. Ġismi kien jinsab hemm ġew mal-bqija, iżda moħħi kien għadu mxerred bħal xkora rix mixħuta fl-ajru waqt xi riefnu forza Dnegel. Gong! "I mean real silence in which we stop thinking and experience reality as reality is because aer all if I talk all the time I can't hear what anyone else has to say and if I think all the time – and by that I mean specifically talking to yourself sub vocally inside your skull – if I think all the time I have nothing to think about except thoughts and so I'm never in touch with the real world. Now what is the real world? [... ] e real world is not an idea, it is not words. Reality is..." F'daka l-waqt preċiż l-Imgħallem Taoista qata' diskorsu ħesrem u faqqa' daqqa soda għal għarrieda fuq il- gong. Ħasad sala sħiħa. Qomna lkoll xi it mir-raqda. Il-ħoss dewa mal-15-il sekonda. Segwew maż-żewġ minuti skiet... Huwa proprju f 'dan il-punt – minkejja bosta differenzi wiesa' u ċari – fejn il-kittieb u mistiku Fra Gioele u jien niltaqgħu, imqar għal it. Jew aħjar, huwa proprju f 'dan is- skiet fejn diġà konna bħal qisna ltqajna daqsxejn – voldieri dakinhar fil-Ġermanja – qabel ma' mbagħad iltqajna wiċċ imb wiċċ tul it minuti waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015. Mhuwiex ġdid id-diskors kemxejn metafiżiku t'hawn fuq rigward in-natura intrinsika tar-realtà. Mhuwiex lanqas sewwasew tal-Imgħallem Taoista iżda tal-perennjalista Alan Watts. Id-diskors tal-Imgħallem ma niakrux bil-punt u l-virgla. Biss is-suġġett u l-metodu dakinhar kienu simili ħafna għal ta' Watts. Il-gong fil-waqt propizju ndaqqet ukoll tassewwa – sewwasew biex jinħoloq l-istess effett, biex jinsaħaq l-istess punt sagrosant, voldieri dak illi segwa: is-skiet. Flashback Jiġri l-istess matul id-diskors imsemmi ta' Watts When You're Silent It Speaks. Ix-xorti riedet li smajtu fuq l-internet it tax-xhur wara matul perijodu twil ta' konfinament volontarju kważi totali li kien segwa minnufih dik il-ġimgħa taħriġ iebes fix- xjenzi kurativi Taoisti fil-Ġermanja. Għandu mnejn dad-diskors l-Imgħallem Taoista kien semgħu diġà. Ma tridx wisq. Abbli forsi wkoll le ġaladarba l-istrateġiji tal-qtajja' huma tattika komuni f 'diversi metodoloġiji Orjentali, kif jixhdu pirkażu, fost oħrajn, l-istrataġemmi pazzeski tal-Imgħallem Buddista Tibetan Chögyam Trungpa u tal-psikologu perennjalista Russu George Ivanovich Gurdjieff. Hu x'inhu dan ix-xebh, anzi dal-flashback, kien ħasadni qatigħ dik l-għaxija daqs seba' snin ilu. Daqs kemm baqgħu wkoll jaħsduni bil-kbir xejn inqas, f 'dawn l-aħħar ġimgħat ta' konfinament did-darba obbligatorju, bosta paġni siekta tad-djarju tal-eremitaġġ ta' Fra Gioele Galea Tħabbat Xtaqtek – aktarx l-iktar dokument letterarju awtentiku tal-mistiċiżmu Malti. Taqtir is-Skiet Is-skiet. Biex nissellef vers mingħand Achille Mizzi, minn dan id-djarju ta' Fra Gioele "jqattar iqattar is-skiet". Nistgħu ninterpretaw dan ix-xogħol ta' Fra Gioele bħala difiża qawwija tas-skiet. "Is-skiet mhuwiex nuqqas ta' kliem. [...] Is-skiet hawn hu l-ogħla tifsira", jirrevelalna Gioele. Tant ngħoddu żgur b'minnu dad-diskors illi f 'dar-rigward m'iniex ser ngħid wisq u għalli ġej, kemm jista' jkun, inħalli lil ħaddieħor jitħaddet għalija – sewsew lil dawk illi, bħal Gioele dan l-aħħar, kienu għallmuni daqsxejn x'inhu, x'fih u x'jaf jagħmillek is-skiet. Hekk jew hekk ġa għedt ħafna, ġa għedt wisq. Terġa', bħalma jgħidilna Gioele, "mas-skiet ma nitwaħħadx jekk mhux bis-skiet. [...] Il-kelma hi dejjem inqas mis- skiet.". Dan mhux is-skiet illi s-soltu xi daqqiet inżommu meta difaċċ l-iskerzi tal-ħajja qajla nkunu nafu x'ser naqbdu ngħidu. Lanqas is- skiet illi forsi ġieli nosservaw, bis-sewwa jew bid-dnewwa, tul it minuti b'rispett meta xi ħadd jisfa' nieqes. Huwa daka s-skiet illi għandu ħabta jaqa' sobtu meta kollox jisfa' nieqes, mhux biss in-nies. Daka s-skiet illi jaħkimna meta naħsbu minn kollox fuq kollox u intant nimu it li xejn, imqar fuq l-inqas ħwejjeġ. Huwa daka s-skiet illi lkoll neħtieġu biex insikktu mhux biss il-fomm iżda anke l-menti. Merton u Gioele id f'id Fuq kollox huwa s-skiet illi jgħallimna nisimgħu. "Jekk is-skiet li ngħix fih lejl u nhar ma jgħallimnix nisma', min, min se jgħallimni?" jistaqsi Fra Gioele fi Tħabbat Xtaqtek. F'intervista li kienet saritlu minn Antonella Axisa dwar għas-sensiela Wiċċ Imb Wiċċ kien esprima l-fehma li "daqs kemm jinfed is-smiegħ ma jinfidx il-ħars". Hawnhekk jidhirli li bħala kittieb reliġjuż Fra Gioele jista' – anzi ngħid illi ħaqqu u tabilħaqq għandu – jinġieb f 'paragun mat-Trappista Amerikan omas Merton: "Id-diskors t'Alla huwa s-skiet. Il-kelma tiegħu hija s-solitudni" (Entering the

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020