Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237071

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 letteratura illum • IL-ĦADD19 TA' APRIL 2020 Fil-paġna ta' din il-ġimgħa Saliba jirrifletti dwar id-djarju tal-eremitaġġ Tħabbat Xtaqtek ta' Fra Gioele Galea. B'tifkiriet minn jiem peżanti mqatta' m'Imgħallem Taoista u b'memorji mqanqla mill-ġdid tul bosta xhur wara b'riħet daqqa gong minn Alan Watts, Saliba jinċensa u jqim is- skiet huwa jqalleb – bil-mistiku Trappista Thomas Merton fi ħsiebu – il-paġni siekta tad-djarju ta' Fra Gioele. Iżda l-folja tinqaleb ma ddumx, b'Saliba issa jitbiegħed minn Gioele u kważi jisħet is-skiet... sa ma f'ħin bla waqt jiftakar f'possibbiltà indiċibbli u terribbli. Silence: Becoming a Monk and a Writer). "Għandi biss spazju ieħor: dan ta' ħajti. Ta' ħajti maħtufa mis-skiet, priża tas-solitudni. [...] Akbar mhu s-skiet, akbar is-sejħa biex nirtira fil-qalba tas-solitudni tiegħi", jissokta jisfidana Gioele. Merton ma jagħmillux għajb: "Din is-solitudni tikkonferma s-sejħa għas-solitudni. Iżjed ma nfannad fiha iżjed insir inħobbha. Għada pitgħada għad tippossedini kollni kemm jien u ħadd qatt m'għad jerġa' jarani b'nemes" (A Search for Solitude). F'dar-rigward qiegħed niġbed l-attenzjoni dwar Merton mhux biss minħabba li nqisu bħala l-kittieb reliġjuż tas-skiet u s-solitidni pereċċellenza, iżda wkoll għax jista' jaqdi tajjeb ħafna – anke jekk biss sa ċertu punt – ir-rwol ta' pont interspiritwali bejn Gioele u bejni bħala qarrej. Dan għax minkejja l-isfond Kristjan illi twelidt fih – xi it bħal Merton innifsu – maż-żmien ersaqt qatigħ lejn it-tradizzjonijiet tal-Orjent. Ukoll bħal Merton, nemmen illi hemm lok pjuttost wiesa' fejn it-tradizzjonijiet kontemplattivi tagħna jistgħu jiltaqgħu mal-prattiki meditattivi tal-Orjent, u mhux biss ma' dawk strettament Darmiċi. Għandi fidi wkoll illi Fra Gioele għandu bosta kredenzjali meħtieġa – b'mod partikulari fuq il-livell empiriku – sabiex jiaħ dan id-djalogu interreliġjuż f 'pajjiżna. Mid-dlam għad-dawl u lura Iżda żewġ faċċati għandha l-munita. Ma' Gioele niltaqa' fis-skiet... u fis-skiet ukoll ninfired minnu. Aktarx nistgħu biss – almenu s'issa – niltaqgħu nofs triq. Gioele jfittex is-solitudni u s-skiet għaliex, kif qal lil Axisa, irid jaqta' "l-għatx li hemm f 'kull bniedem" għal diversi ħwejjeġ – is-sbuħija, l-immortalità, l-imħabba, it- tifsira. "Il-Misteru mhuwiex dlam għalija, iżda għajnejn mgħammxin", kien kompla jgħidilha. Il-bużillus huwa li b'għajnejna mgħammxin xorta waħda ma narawx – għaldaqstant anke d-dawl jista' jkun dlam. "Ħadd ma jrid jara xejn wiċċ imb wiċċ", kien ilmenta Georges Bataille. "Lix-xemx, għajn il-bniedem erħilha taħrabha... il-qorriegħa t'Alla tixpakka... u kieku ħadd jisma'" (It- Tiġriba Ġewwiena, Summa Ateoloġika). Terġa', anke fil-Misteru hemm id-dlam, u kemm-il darba William Blake kellu raġun, bid-dawl biss ma nagħmlu xejn: "mingħajr kuntrarji addiju l-avvanzi" (Żwieġ il-Ġenna u l-Infern). "Xi ġmiel das-skiet! Xi ġmiel dil-ħemda!..." – veru minn daqshekk. Iżda s-skiet jgħollina u s-skiet isabbattna. Il- Ġenna u l-Infern jenħtieġ jiżżewġu. Il-meraq ta' dak li int "Is-sikta mhix siekta", wissiena l-illustriju Robert Fripp. "Meta jiġi jżurna s-skiet, jitħaddet magħna sal-grad li kapaċi nisimgħu" (Guitar Cra Aphorisms). Jidhirli li kien Oliver Friggieri li darba kiteb jew qal illi "s-skiet mhux mejjet. Agħtih iċ-ċans u tara kemm jagħmel storbju". Niġu f 'dan, Fra Gioele stess avżana fi Tħabbat Xtaqtek: "Is-skiet iqajjem ħsibijiet strambi kultant. [...] Kun af: hawnhekk is-skiet jissikka madwarek bħal morsa. Jissikka, biex minnek jagħsar il-meraq ta' dak li int". Tassew. Is-skiet kaxxa magħluqa, bħall-meskalina. Xi drabi jissikka. Xi drabi trid tkun tal-azzar biex tiflaħ għalih. Mhux lakemm tmur tpoġġi fuq iz-zafu biex tiżżattat fil-prattiki Zazen. Appena tiffissa ħbub għajnejk 'il ġewwa fis-skiet jenħtieġ titħażżem u tistenna minn kollox: mill-kori anġeliċi sat-tirgħin tax-xjaten. Il-pellikoli jitħawdu. Ħajtek kollha tgħaddi żiffa mill- qigħan ta' moħħok. Ġieli jaħbtu għalina l-irwiefen u x-xjaten kollha. Ibda biex "min ifalli fl-imħabba [...] lanqas f 'monasteru ma jirnexxi", wissiena Fra Gioele. L-Indiċibbli Terribbli Permezz tal-esperjenzi mistiċi li ġarrab fis- skiet, Fra Gioele sar jemmen bis-sħiħ illi Alla huwa mħabba – il-bqija indiċibbli. Nippreferi naqleb parti minn din l-ekwazzjoni, għax fis-smiegħ tiegħi kif inhi abbli ma treġix: ejja ngħidu biss li l-imħabba hija Alla... imbagħad is-skiet. Lanqas ħaqq noqogħdu nħaqquha dwar teodiċità u mhux teodiċità, dwar fattiċità u mhux fattiċità. Dwar dal- ħwejjeġ aktarx jaqbel nisktu, bħalma kien għamel Wittgenstein. Hu x'inhu, Fra Gioele mhuwiex kittieb reliġjuż fis-sens dogmatiku tal-kelma. Għaldaqstant għandu żgur jiflaħ jisma' dina l-lehma – illi ġieli tħobb tiġi żżurni bla ma nkun xtaqtha tħabbat – mil- Liber Novus ta' Carl Jung: "Kristu għallem: Alla huwa mħabba. Iżda jenħtieġ tkun taf illi l-imħabba wkoll hija terribbli". Forsi hekk ġieli jkun Alla wkoll, Gioele. Gong!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020