Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237071

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 opinjoni IL-ĦADD 19 TA' APRIL 2020 • illum Ninvestu fl-edukazzjoni – ninvestu f'uliedna OWEN BONNICI HUWA L-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL Owen Bonnici I l-miżuri li ttieħdu mal-għeluq tal-iskejjel u l-istituzzjonijiet bl-inten- zjoni li l-istudenti jkomplu għaddejjin bit-tagħlim tagħhom kellhom rispons pożittiv ferm min dawk kollha li qed igaw- du minnhom, ibda mill-istudenti nfushom u wkoll l-edukaturi li daħlu għal dan l-im- penn pjuttost ġdid ta' tagħlim onlajn. Kien ukoll ovvju li l-ġenituri u l-kustodji tal-istudenti għamlu l-parti tagħhom ukoll, għaliex anki dawn, sabu ruħom jgħixu stil ta' ħajja ġdid, dejjem minħabba l-miżuri preventivi li qed jittieħdu mill-Awtoritajiet tas-Saħħa fis-sitwazzjoni miġjuba mill-imxija tal-COVID-19. Ħidma kbira mill-Ministeru għall- Edukazzjoni u d-Dipartimenti konċernati, li wasslet biex skont iċ-ċirkostanzi, nkomplu għaddejjin minn din is-sena skolastika straordinarja. Imma l-miżuri għadhom għaddejjin, kif ħabbart nhar il-Ġimgħa. Ma qagħdniex biss fuq id-diversi għejjun ta' informazzjoni u appoġġ li qed nagħtu, imma komplejna b'aktar innovazzjonijiet biex naraw li kulħadd ikun moqdi u wkoll infurmat. Għalhekk, wara li l-Ministeru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol ra li, bi qbil mal- istakeholders ewlenin, jissokta t-tagħlim bil-metodi online kemm fl-iskejjel u istituzzjonijiet edukattivi u kif ukoll fejn jidħlu lezzjonijiet għall-adulti, ħabbart li se jiġu offruti lezzjonijiet onlajn b'xejn lill- edukaturi u lill-ġenituri biex dawn jiksbu iktar ħiliet fil-kamp edukattiv. L-għoti ta' lezzjonijiet qosra onlajn b'xejn lill-edukaturi u lill-ġenituri huwa l-pass li jmiss fil-ħidma tal-Gvern biex f 'dan il-perjodu partikolari ndawru sfida f 'opportunità għal iktar tagħlim utli għal kulħadd. Dawn il-lezzjonijiet se jingħataw mill- Istitut għall-Edukazzjoni u se jinqasmu f 'żewg gruppi - grupp ta' lezzjonijiet qosra onlajn għall-edukaturi u grupp ieħor ta' lezzjonijiet oħra għall-ġenituri. Il-lezzjonijiet għall-edukaturi se jservu biex dawn ikomplu jtejbu l-kompetenzi tagħhom filwaqt li javvanzaw fil-karriera tagħhom bħala parti mill-Accelerated Progression Scheme. F'dawn il-lezzjonijiet, l-edukaturi jistgħu jitkellmu mal-lettur u bejniethom, jiddiskutu, jistaqsu u jagħmlu sessjoni daqs li kieku qegħdin fil-klassi flimkien. B'kull taħriġ li jagħmlu, l-edukaturi jakkumulaw is-sigħat ta' tagħlim sakemm jgħaqdu 360 siegħa u b'hekk ikunu jistgħu jipprogressaw għall-iskala li jmiss wara sitt snin, flok wara tmien snin. B'kollox, għal dan il-għan, se jiġu offruti 17-il lezzjoni sinkronizzata bejn April u Ġunju u jkopru l-oqsma tal- inklużjoni, kif nistgħu naħdmu mal- ġenituri, komunikazzjoni interkulturali, kif niżviluppaw lit-tfal biex isiru kapaċi jitgħallmu b'mod indipendenti u jkunu responsabbli tat-tagħlim tagħhom u kif niffaċilitaw it-tagħlim għal min qiegħed fuq l-autism spectrum. Tajjeb li nsemmi li f 'inqas minn ġimgħa applikaw 178 edukatur għal dawn is-sessjonijiet. It-tieni sett ta' lezzjonijiet li l-Istitut għall-Edukazzjoni nieda huma mmirati għal ġenituri li jixtiequ jgħinu lil uliedhom fit-tagħlim li qed isir bħalissa. Dawn il- lezzjonijiet, li jammontaw għal 41 bejn April u Ġunju, qed jiġu offruti wara talba ġenerali li saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol minn diversi ġenituri li xtaqu li jkollhom l-opportunità li jitgħallmu dwar kif jistgħu jgħinu lil uliedhom aħjar. S'issa diġà applikaw 479 ġenitur għal dawn is-sessjonijiet. Is-suġġetti li se jiġu koperti f 'dawn il-lezzjonijiet huma dwar kif tista' tgħin lit-tfal bl-awtiżmu fid-dar, kif tħajjar lit-tfal jaqraw u jiktbu, kif tgħin lit-tfal li b'diffikultajiet ta' tagħlim, kif ittejjeb il-ħiliet matematiċi tat-tfal, kif nikkollaboraw mal- iskejjel u kif ittejjeb l-ortografija tal-Malti. Min hawn ukoll ninkoraġixxi biex kull min huwa interessat li japplika għal xi wieħed mil-lezzjonijiet jista' jagħmel dan fuq https://bit.ly/2Ve5km6 għal-lezzjonijiet tal-ġenituri u fuq https://bit.ly/34pA0oD għal-lezzjonijiet tal-edukaturi. Il-korsijiet se jibdew f 'April u jibqgħu għaddejjin sa Ġunju. Dawn is-sessjonijiet huma opportunità sabiħa għall-edukaturi u l-ġenituri. Grazzi lil dawk kollha involuti li permezz tagħhom wasalna wkoll għal dawn il-lezzjonijiet. +++ Ma niddejjaqx nirrepeti kemm huwa importanti l-qari – għodda essenzjali fl- edukazzjoni tat-tfal u huwa l-bażi li fuqha jinbena kull suċċess edukattiv. U bħalissa li l-istudenti jinsabu fid-djar tagħhom, għandhom ħafna aktar opportunità li jagħmlu propju dan. U biex nemfasizza l-importanza tal-qari, din il-ġimgħa pparteċipajt fil-programm 'Naqraw Ftit' li jixxandar kuljum fuq l-istazzjon nazzjonali TVM (b'repetizzjoni fuq TVM2) u li hu mtella' mill-Aġenzija Nazzjonali tal- Litteriżmu. L-għan tal-programm huwa li jippromwovi l-qari fost tfal ta' diversi etajiet, partikolarment f 'dan il-perjodu fejn l-iskejjel huma magħluqin. Infaħħar il-ħidma tal- Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u grazzi wkoll lil PBS Ltd tal-koperazzjoni li uriet biex jiġu promossi l-qari u l-litteriżmu f 'pajjiżna. Apparti t-tfal, tajjeb li anki l-kbar jaraw lill-ktieb bħala woeħed mill-akbar ħbieb tagħhom! +++ Minkejja li ninsabu bl-iskejjel weqfin, imma xorta għadu għaddej xogħol kbir, mhux biss ta' rinovar u tisbieħ fl-iskejjel, imma anki xogħol infrastrutturali ieħor. U għalekk tajjeb li nsemmi l-iskola primarja ġdida fil-Qawra għat-tfal ta' din iż- żona. Ix-xogħol fuq din miexi b'ritmu tajjeb ħafna u huwa mistenni li dan il-proġett li qed isir b'investiment ta' €13-il miljun ikun lest din is-sena stess. L-edukazzjoni hija parti essenzjali minn ħajjitna u b'hekk ix-xewqa hija li uliedna jkollhom l-aħjar ambjent possibli biex jitgħallmu u jikbru fih. Kburi li dan il-proġett qed iseħħ u irrid nirringrazzja lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada tax- xogħol siewi li qed jagħmlu. Minkejja d-diffikultajiet kollha li qegħdin ngħixu bihom f 'dan iż-żmien minħabba l-Covid-19, il-ħaddiema tal-FTS baqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom biex dawn il-proġetti essenzjali ma jiqfux, imma bil- miżuri neċessarji kollha biex jitħarsu s-saħħa tal-ħaddiema kollha u tal-kuntratturi. L-iskola primarja ġdida tal-Qawra la tkun lesta minn hawn u it xhur oħra, se tilqa' madwar 500 student u se tikkumplimenta l-iskola ezistenti f 'San Pawl il-Baħar li se tibqa' topera. Apparti l-klassijiet li wieħed jistenna li jsib fi skola, f 'din il-binja se jkun hemm ukoll kindergarten u ċentru għall- ħarsien tat-tfal. L-iskola se jkollha 39 klassi, sala li tkun tista' tintuża għal skopijiet differenti, u faċilitajiet sportivi kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa. Se jkollha wkoll lis biex tkun aċċessibli għal kulħadd. Taħt l-iskola hemm żewġ livelli ta' parkeġġ għall-karozzi jakkomodaw madwar 400 karozza.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020