Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237071

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films illum • IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 Carmel Bonnici Film klassiku tal-gwerra: The Guns of Navarone Il-kittieb prolifiku Skocciż, Alistair MacLean, hu l-awtur ta' hafna kotba li saru bestsellers, fosthom dak fuq it-Tieni Gwerra Dinjija, Where Eagles Dare u dak tal-ispjunaġġ Ice Station Zebra. Fl-1957 kiteb, forsi l-aktar volum rinomat tieghu, e Guns Of Navarone, li bħall-oħrajn li semmejt qablu nħadem għaċ-ċinema fl- 1961. Il-gżira Griega ta' Navarone li fuqha jkun hemm kanuni kbar fir- realtà ma teżistix. Pero', l-istorja hija bbażata fuq missjoni vera tal- Allejati biex jieħdu minn taħt idejn il-Germanizi il-gżira Griega ta' Leros li tinsab fil-Baħar Eġew, fl- 1943. Għalhekk, l-istorja hija bbażata fuq il-Battalja ta' Leros u l-kanuni li kienu jgħassu lill-kosta tagħha. Fosthom kien hemm kanun tal-artillerija navali mill-akbar li ntuża fit-Tieni Gwerra Dinjija (naturalment mhux dak il-kobor li dehru fil-film). Dawn kienu mibnija mit-Taljani u wżati minnhom sakemm l-Italja ċediet u ħakkmuhom in-Nazisti, sakemm imbagħad dawn ġew megħluba. L-istorja tikkonċentra l-isforzi ta' tim tal-Commandos Alleati biex jeqirdu fortizza Ġermaniza li tidher illi ma tistax tintrebaħ, lanqas mill-attakki tal-ajru. Din tkun ta' theddida kontinwa għall-vapuri navali li jgħaddu mill-Baħar Eġew u b'hekk qed timpedixxi l-ħelsien ta' 1,200 suldat Brittanniku - iżolati fuq Kheros - gżira oħra viċina. e Guns Of Navarone jlaqqa' flimkien elementi li għall- quddiem jikkarratterizzaw il- kitba ta' MacLean: nies ta' stoffa, kompetenti u li jafu x'tagħti d-dinja - bħala l-karattri prinċipali, vjolenza gwappa imma mingħajr eċċessi, xi tradiment minn xi ħadd tal-qalba tal-grupp, użu estensiv tal-baħar u ambjenti oħra ta' periklu bħala xenarju. L-istorja .... Ir-Royal Navy qed tippjana biex tibgħat il-bastimenti ħalli jsalvaw lis-suldati, iżda mhux se jirnexxilhom jgħaddu mill-kanal fond ta' bejn il-gżejjer minnħabba l-kanuni kbar ikkontrollati bir- radar. L-attakki ta' qabel tal- Commandos kollha fallew u anki l-bumbardamenti mill-B 24 Liberator Bombers. Il-Kaptan James Jensen, Chief Of Operations stazzjonat fil-Kajr, jiddeċiedi fuq l-aħħar attentat iddisprat li hu ħejja minn qabel, jekk il-bumbardamenti jfallu. Laqqa' flimkien tim speċjalizzat tas-salvataġġ biex jinfiltra fuq il-gżira ta' Navarone, billi jixxabbtu u jitilgħu ma' għolja verament diffiċli u jidħlu fil-fortizza biex jeqirdu l-kanuni. Għandhom inqas minn ġimgħa żmien biex jagħmlu dan. Dawn l-esperti jiltaqgħu flimkien għall-ewwel darba f 'Lixandra, l-Eġittu. Il-grupp jikkonsisti minn: Il-Kaptan Keith Mallory - qabel il-gwerra kien jixxabbat mal- muntanji u mlaqqam e Human Fly. Il-parti maħduma minn Gregory Peck. Andrea, li qabel kien Ajjutant Kurunell fl-Armata Griega, ġellied bla ħniena u ħabib ta' Mallory - Anthony Quinn tassew iqaxxar din il-parti. Corporal "Dusty" Miller - espert fl-isplussivi. Amerikan li ġie ttrasferit minn mal-Royal Air Force għal Long Range Desert Group. Bniedem ċiniku li jieħu għalih malajr u jiddubita mis-suċċess ta' din il-missjoni. Jaħdem il-parti David Niven. Petty Officer u Telegrafista Casey Brown - Inġinier tar-Royal Navy u veteran tal-Special Boat Service. Skocciż minn Clydeside li qabel il-gwerra kien inginier li jinstalla magni u apparat ieħor. Stanley Baker huwa l-attur f 'din il-parti. Lt. Andrew Stevens, uffiċjal navali zagħzugħ, navigatur tajjeb li bħal Mallory jitkellem tajjeb bil- Grieg. Fil-film dan il-karattru nbidel ma' Spyrous Pappadimos, qattiel gustuż minn New York u li kapaci jixxabbat mal-muntanji. James Darren ħadem din il-parti. Itiru għal Castelrono B'titjira ta' ajruplan, dan it-tim jinżel f 'Castelrono, gżira taħt idejn il-Brittaniċi. Fuq dingy huma jsalpaw lejn Navarone b'karti ta' identita' foloz fejn jitwaqqfu minn Patrol Boat Ġermaniża. Huma jispiċċaw joqtlu lill-ekwipaġġ kollu. Maltempata kbira teqridilhom ħafna mill-affarijiet bżonnjużi biex imbagħad ikunu arrestati f 'Navarone. Traditur jagħmillhom ħsara fl-apparat, pero' wara jinqabad u jinqatel. Mallory u Miller jirnexxilhom jidħlu fil-fortizza fejn l-isplussusivi li jaħbi Miller kollha jinstabu ħlief waħda, taħt il-li, li teqred il- fortizza. Meta ħareġ dan il-film barra minn Malta fl-1961 [hawn Malta fl-1962] il-films tal-gwerra bdew jinħadmu b'mod elaborat u jieħdu xejra epika bħal e Bridge On e River Kwai [1957] li rebaħ seba' Oscars. e Guns Of Navarone kellu wkoll dan it-trattament u kien tassew avventuruż għal żmienu. Hawn Malta intlaqa' verament tajjeb u l-kelma dwaru malajr ġriet. Oscar għall-Aqwa Effetti Viżwali J. Lee ompson kien id-direttur ta' e Guns Of Navarone, bl- iscreenplay ta' Carl Foreman u atturi oħrajn kienu jinkludu lil Irene Papas, Gia Scala, Anthony Quayle, James Robertson-Justice u Bryan Forbes. Dan kien l-aktar film li daħħal flus għall-kumpanija Columbia Pictures f 'dik is-sena bi profitt ta' $23 miljun dollaru. Dan ix-xoghol rebaħ Oscar ghall-Aqwa Effetti Viżwali. Is-suċċess tal-ktieb giegħel lil Alistair MacLean jikteb sequel - Force 10 From Navarone li iżda ma rnexxiex bħala film. X'qalu l-gazzetti ? Il-gazzetti Brittanici kienu mimlija entużjazmu u esprimew hekk dwaru Guns of Navarone: DAILY MIRROR - 'Kanuni kbar! Produzzjoni stupenda!' THE GUARDIAN - 'riller mill-aqwa'. DAILY HERALD - 'Dawn huma l-ingredjenti ta' avventura potenti. Lili għoġobni ħafna.' NEWS OF THE WORLD - 'Dan hu tassew film tal-għaġeb!' THE TIMES - 'Avventuri tal- prima klassi.' THE PEOPLE - 'Film kbir fl- iskop tiegħu.' SUNDAY PICTORIAL - 'Film tassew eċitanti.' DAILY SKETCH - 'Fih minn kollox. Titilfuhx! Nitlobkom tarawh!'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020