Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237080

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 ambjent IL-ĦADD 19 TA' APRIL 2020 • illum GĦADD ta' strutturi li nbnew mingħajr permess tal-ippjanar, uħud minnhom imorru lura sal-bidu tas-snin tmenin, matul il-ġimgħat li għaddew tneħħew wara li l-uffiċjali tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar wissew lis-sidien li kien hemm bżonn ta' azzjoni diretta immi- nenti. Struttura rurali ta' aktar minn 120m² li nbniet fil-bidu tas- snin tmenin, viċin it-Tempji ta' Ħagar Qim, limiti tal-Qrendi, ġiet imwaqqgħa u s-sit treġġa' lura għall-istat oriġinali tiegħu. Din l-istruttura li nbniet min- għajr permess tal-ippjanar, f'żona verġni tul Triq il-Kbira, kienet ġiet notifikata b'avviż ta' infurzar fl-1999. Fuq art agrikola f'sit barra miż-żona ta' żvilupp tul Triq tal-Għarix, limiti tal-Qren- di, numru ta' kmamar oħra li reċentament inbnew min- għajr permess ta' żvilupp ġew imwaqqgħa u s-sit reġa' beda jintuża skont l-użu preċedenti tiegħu.Fix-Xlendi, Għawdex, tneħħiet ukoll tinda mibnija mingħajr permess tal- ippjanar barra restorant fuq art pubbli- ka. Din tneħħiet wara li appli- kazzjoni tal-ippjanar biex tiġi ssanzjonata l-illegalità, kif ukoll l-appell kontra l-avviż ta' infurzar, ġew irtirati. Ġiet imposta wkoll multa ta' kuljum wara l-ħruġ tal-avviż ta' infurzar. Tneħħew ukoll di- versi sinjali u tabelli illegali, u t-tqegħid ta' mwejjed u siġġijiet li kienu jagħmlu parti mat-tin- da. Tneħħew ukoll għadd ta' karozzi mhux użati, makkinar- ju tal-kostruzzjoni u vetturi oħra li tħallew abbandunati f'sit ġewwa Wied il-Għasel, limiti tal-Mosta. Is-sit hu parti minn żona, b'aktar minn 1.5km tul, fejn l-Awtorità tal-Ippjanar kienet tat permess tal-ippjanar għal proġett ta' riabilitazzjoni u riġenerazzjoni li kellu jsir fl- 2017. Iż-żona tibda minn Wied Għajn Riħana ħdejn il-Victoria Lines, bejn il-Mosta u l-Bid- nija, u testendi sal-viċinanza tal-Kappella ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra, Skeda- ta Grad 1, li tinsab fil-wied lil hinn mill-barrieri. Is-sena li għaddiet, sabiex tindirizza l-każijiet tal-in- furzar li kellha pendenti, l-Aw- torità tal-Ippjanar imxiet fuq strateġija kif għandha tindi- rizza l-każijiet l-antiki. Dan ta' r-riżultati mixtieqa billi n-numru ta' avviżi ta' infurzar pendenti tnaqqas b'61% meta mqabbel mat-tnaqqis fin-num- ru ta' każijiet tas-sena ta' qabel. Fil-ġimgħat li ġejjin, id-Di- rettorat għall-Konformità u l-Infurzar se jkompli jaħdem b'attenzjoni, mhux biss biex jiżgura li x-xogħlijiet kollha ta' żvilupp li jkunu għaddejjin qegħdin isiru skont l-kundiz- zjonijiet tal-permess, iżda se jkompli jindirizza wkoll każijiet antiki fejn l-iżvilupp illegali sar u għadu mhux regolarizzat jew imneħħi. Numru ta' żviluppi illegali mneħħija fl-aħħar ġimgħat Ir-ritratti juru iż-zoni qabel u wara l-azzjoni tal-Awtoritá tal-Ippjanar fil-Mosta (fuq nett), Qrendi (it-tieni u t-tielet ringiela) u Xlendi (isfel nett)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020