Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237080

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ċifri li għandha f 'idejha l-gazzetta ILLUM jikkonfermaw li mill-2013 'l hawn, il-Forzi Armati ta' Malta wettqu 484 operazzjoni ta' salvataġġ li minnhom kienu salvati 13,353 persuna minn fuq il- baħar. Minn 13,353 persuna minn fuq il- baħar, 12,940 kienu immigranti rregolari, 65 kienu baħrin jew ħaddiema li jaħdmu fuq il-baħar, 311 kienu nies pajżana u kien hemm 37 sajjied. Minn fost dawn in-numri kollha l-patrol boat P52 u l-ekwipaġġ tagħha, li bħalissa jinsabu f 'nofs kontroversja, salvaw 2,547 persuna waħidhom mill-2013 sal-lum. Tabella sena b'sena tas-salvataġġi li saru mill-2013 'l hawn tindika dawn l-operazzjonijiet ta' salvataġġ li wettqu l-Forzi Armati ta' Malta. Kmieni din il-ġimgħa, il-Kelliem għall- Ġustizzja Jason Azzopardi, flimkien mal-eks-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier u l-Avukat Andrew Borg Cardona - ilkoll bħala avukati u f 'isem Repubblika - għamlu denunzja quddiem il-Kummissarju tal- Pulizija illi fiha talbu li jkunu investigati kriminalment il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta partikolarment dawk li jaħdmu fuq il-Patrol Boat P52, li ġew akkużati bi qtil volontaru. Magħhom il-Kelliem għall- Ġustizzja qed jitlob li jkunu investigati l-Prim Ministru Robert Abela u l-Brigadier Jeffrey Curmi. Dwar dan il-Prim Ministru Robert Abela f 'konferenza tal-Aħbarijiet nhar il-Ġimgħa li għadda qal li mar huwa stess għand il-Kummissarju tal-Pulizija sabiex isiru l-investigazzjonijiet li hemm bżonn li jsiru, inkluż fuqu. Il-Prim Ministru dwar dan saħaq li "l-akkuża li għamlu l-imsemmi kelliem tal-Oppożizzjoni flimkien ma' Repubblika hi waħda mill-aktar serja, li l-Armata ta' pajjiżna wettqet l-omiċidju jiġifieri l-qtil volontarju ta' numru ta' immigranti fuq il- baħar billi ma salvathomx." Abela spjega kif dan ifisser li l-11- il membru tal-ekwipaġġ tal-P52 u l-Brigadier, ilkoll speċjalizzati fil-ħidma tagħhom, issa se jibdew jiġu investigati fuq qtil volontarju ta' numru ta' immigranti irregolari, b'mod li ġew sfukati mill-ħidma kbira li kienu qed iwettqu b'risq il-poplu Għawdxi u Malti. "Flok sellimnielhom ta' kemm issugraw ħajjithom għalina, anke mijiet ta' mili 'l bogħod minn xtutna, hemm min irid jixħethom il-ħabs. Iddispjaċut għaliex bl-azzjoni li wettqu Jason Azzopardi u Repubblika, ser ikomplu jnaqqsu mir- riżorsi limitati li bħalissa għandna fuq il- baħar, u jaqtgħu qalb il-forzi tal-ordni," qal Abela. Repubblika twieġeb: Il-Liġi l-istess għal kulħadd Fi stqarrija lbieraħ Repubblika fakkret li nhar id-9 ta' April 2020 l-NGO Alarm Phone xandret recording ta' passiġġier fuq dgħajsa tal-migranti jgħid li membru jew membri tal-ekwipaġġ tal-patrol boat tal- Forzi Armati P52 qata' l-cable tal-mutur tad-dgħajsa u l-patrol boat telqet minn fuq il-post. "Din hija allegazzjoni serja ħafna," sostniet l-għaqda. "Din hija allegazzjoni ta' att ta' sabutaġġ fuq opra tal-baħar fejn 70 ruħ jitħallew bejn sema u ilma b'dgħajsa b'mutur imkisser b'riskju ċar ta' mewt. Sal- lum, disat ijiem wara, la l-gvern u lanqas l-armata ma ċaħdu li dan l-inċident seħħ." Repubblika tfakkar li huwa f 'dan l-ambitu illi talbet lill-pulizija jinvestigaw jekk dawn l-imwiet humiex konsegwenza tad-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru u tal- Kmandant tal-Armata. "Jekk dan hu l-każ il-persuni li ħadu d-deċiżjonijiet li kienu jafu li dawn jistgħu jfissru l-qtil ta' persuni oħra għandhom jerfgħu r-responsabbiltà. Il-liġi hi l-istess għal kulħadd." Din il-kontroversja inqalgħet fid-dawl tal-fatt li l-Gvern Malti għalaq il-portijiet għall-immigranti għax qal li Malta m'għadhiex sigura minħabba t-tixrid tal- Covid-19. F'kummenti lil Newsbook Jason Azzopardi sostna li f 'demokrazija il-Prim Ministru ma jattakkax avukat. "Jien avukat. Ma nikkummentax dwar ix-xogħol professjonali tiegħi. Imkien fid- dinja demokratika ma jkun hemm partit fil-gvern, jew agħar, il-Prim Ministru, li joħorġu attakki kontra l-avukat ta' klijent li jkun fetaħ azzjoni kontrih jew kontra l-Gvern tiegħu. Dan isir biss bħala intimidazzjoni u huwa sinjal ta' reġimi totalitarji," qal Azzopardi Fl-istess waqt li kien hawn dawn id- dikjarazzjonijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia żar il-Forzi Armati ta' Malta fejn iddeskriva lis-suldati bħala t-tarka tal-pajjiż. Delia kien ikkritikat ukoll mill- Għaqda Repubblika fl-istqarrija tagħhom ta' nhar il-Ġimgħa. 06 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' APRIL 2020 • illum L-AFM isalva 13,353 ruħ mill-baħar f'484 operazzjoni ta' salvataġġ mill-2013 sal-lum 2013 76 1,854 1,753 / 97 4 2014 34 602 569 5 24 4 2015 48 1,273 1,209 9 48 7 2016 57 1,251 1,212 10 26 3 2017 55 847 794 16 33 4 2018 88 2,731 2,657 10 56 8 2019 91 3,664 3,625 9 24 6 2020 35 1,131 1,121 6 3 1 Sena Numru ta' missjonijiet ta' salvataġġ mill-AFM Total tal-persuni salvati Immigranti Nies li jaħdmu fuq il- baħar Pajżana Sajjieda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020