Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237080

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 19 TA' APRIL 2020 interess li jġorru parti mill-piż tal-immigrazzjoni' mat-traffikanti bla skrupli li "qed ibiddlu l-baħar Mediterran f 'ċimiterju tal-massa." 'Din mhux kwistjoni ta' pajjiż wieħed' Imma ma tħossx Dalli li d-deċiżjoni tal-Gvern ma kinitx umana u tmur kontra d-drittijiet fundamentali tal- bniedem u l-obbligi ta' Malta? Hi twieġeb illi Malta għandha raġun targumenta b'mod sod . "Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni rregolari mhijiex kwistjoni ta' pajjiz wieħed waħdu. Ir-responsabilità għandha tkun tal-pajjiżi kollha tal- Unjoni Ewropea. Għandek it pajjiżi li qed iġorru l-akbar piż waħedhom u pajjiżi oħra li jabdikaw minn kwalunkwe tip ta' responsabilità," sostniet Dalli. Hija rreferiet għall-kummenti tar-Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea dwar dgħajsa bl-immigranti, liema rappreżentnt qal li li kwistjonijiet iridu jissolvew bejn l-Italja u Malta u qalet illi dan juri li "m'hemmx ħeġġa biex is-solidarjetà tintwera' bil-fatti." L-istess Metsola li qalet illi l-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew huma ċari u jeħtieġ li l-Prim Ministri tal-pajjiżi msieħba jiġbdu l-istess linja. "L-Unjoni Ewropea trid tindirizza wkoll l-għeruq tal-problema tal- migrazzjoni mill-pajjiżi fejn jitilqu l-immigranti. Jeħtieġ li jkun hemm ripatrjazzjoni ta' dawk li mhux intitolati għall-protezzjoni biex jmorru lura b'mod sigur." Hi qalet illi bħalissa dan jammotna għal 36%. "Nixtieq li l-Membri Parlamentari Ewropej eletti f 'isem il-Partit Laburista jikkonvinċu lill-grupp tas-soċjalisti ewropej għaliex ikun hemm okazzjonijiet fejn jimblokka deċiżjonijiet li Malta tgawdi minnhom." Imma x'qed jagħmlu Dalli u Metsola biex l-UE tiċċaqlaq? Dalli tgħid illi kemm ilha membru fil-Kumitat LIBE dejjem poġġiet id- diffikultajiet tal-pajjiżi fil-Mediterran fuq quddiem. "Iċ-ċentri tagħna ma jifilħux iktar anke għax fl-aħħar 12-il xahar biss daħlu kważi 5,000 immigrant f 'pajjiżna," tgħid Dalli mal-ILLUM. Hija qalet li se tkun qed titkellem mal- Kummissarju Ewropew responsabbli mill-immigrazzjoni. "Bħalissa qed naħdem fuq fond ta' aktar minn €10 biljun li għandu jintuża speċifikament għall-immigrazzjoni u bħala parti minn negozjati qed ninsisti li parti mill-flus imorru speċifikament għar- rilokazzjoni biex il-piż jinqasam bejn il-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea." Metsola, minn naħa tagħha fakkret kif fl-2015 kien imniedi l-programm EUNAVFOR MED u Operation Sophia – operazzjoni militari b'assi fuq il-baħar u fl-ajru biex jiġu identifikati t-traffikanti. "Dan wassal biex in-numru ta' dgħajjes li jitilqu mill-Libja naqas drastikament. Kont inkarigata mill- Parlament Ewropew biex nikkonsulta u nfassal liġi Ewropea ġdida b'nefqa ta' €10 biljun biex insaħħu l-fruntieri. Permezz ta' din il-liġi diġa ġew ingaġġati l-ewwel gwardjani tal- fruntieri u l-kosta mill-10,000 gwardjan li se jiġu impjegati. Il- liġi ġiet approvata mill-Parlament b'maġġoranza qawwija, nixtieq li nara l-pajjiżi membri li jieħdu azzjoni aktar malajr fuq l-implimentazzjoni tagħha." Roberta Metsola

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020