Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237080

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' APRIL 2020 • illum 'Xi Gvernijiet fl-UE m'għandhom ebda interess Miriam Dalli u Roberta Metsola jwieġbu l-mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM u jisħqu li filwaqt li l-ħarsien tal-ħajja huwa prinċipju sagrosant, hemm bżonn li l-Gvernijiet kollha tal-UE jġorru r-responsabilità ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Għandek gvernijiet f 'pajjizi tal- Unjoni Ewropea li ma jinteresshomx li jagħmlu l-parti tagħhom fejn tidħol immigrazzjoni. Kull meta Malta rnexxilha tagħmel rilokazzjoni ta' immigranti, għamlet dan fuq inizjattiva tagħha bħala pajjiż u jekk tara liema huma dawk il-pajjiżi li verament jippruvaw iġorru parti mill-piż, issib li dejjem ikunu l-istess it ." Hekk sostniet ma' din il-gazzetta l-MEP Laburista Miriam Dalli li qalet ukoll illi hija infurmata li saret talba minn Malta biex ikunu rilokati 400 immigrant, iżda is-solidarjetà ma waslet qatt. Mal-ILLUM Dalli tgħid li xebgħet tisma' diskors biss, dwar is-solidarjetà. "Sirt inqisu diskors vojt jekk min jgħidu ma jsegwix b'azzjoni," sostniet il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil- Parlament Ewropew. Hi fakkret li jekk tara il-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea kulħadd għalaq il- fruntieri tiegħu ħlief għall-Irlanda "u it li xejn hemm pajjizi li huma interessati jirrilokaw immigranti minn pajjiżi oħraa fiċ-ċirkostanzi." Dalli ċċarat li minkejja dan, m'hemm ebda dubju li l-ħajja tan-nies trid tkun protetta. "Dak huwa principju li nemmen fih dejjem." 'L-ewwel prinċipju huwa li nsalvaw ħajjet in-nies' Intant din il-gazzetta tkellmet ukoll mal-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola li qalet illi s-sitwazzjoni tal- immigrazzjoni hi kumplikata u diffiċli, imma b'daqshekk ma jfissirx li taħrab mid-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn li jittieħdu. "Li tkun fil-politika jfisser li trid tagħmel l-għażliet, u li l-għażliet ikunu dawk it-tajba. F'din id-diskussjoni l-prinċipju li nibdew minnu hu li nsalvaw il-ħajja tan-nies. Wara li din l-għażla tkun ċara, nibdew niddiskutu s-soluzzjonijiet. L-għażla li nsalvaw il-ħajjiet qabel xejn hi obbligu morali. Dan apparti li hu wkoll obbligu legali li jirriżulta minn trattati li Malta ffirmat. " Metsola żiedet tgħid illi rridu nuru kompassjoni mal-vittmi iżda rridu nkunu iebsa ma' min qed jabbuża, Miriam Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020