Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237080

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Diversi għalliema tal-Ingliż li tkellmu mal-gazzetta ILLUM esprimew tħassib u inkwiet dwar is-sitwazzjoni tagħhom hekk kif uħud qalu illi għal Marzu ma ngħatawx paga, filwaqt li oħrajn qalu li ingħataw somma żgħira. "Qegħdin f 'inċertezza kbira hekk kif ma nafux jekk hux se jkollna paga jew hux se ningħataw flus mill-Gvern, bħal ħaddiema oħrajn," qalet waħda mill-għalliema li ma tħallsux għas-servizz li taw f 'Marzu. Dan l-inkwiet kien indirizzat mill-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni Maltija Għat- Tagħlim bl-Ingliż (FELTOM) James Perry li qal mal-ILLUM illi ħafna mill-iskejjel tefgħu l-applikazzjoni tagħhom sabiex l-għalliema u l-ħaddiema tal-iskejjel ikunu jistgħu jingħataw is-suppliment tal-paga li qed jagħti l-Gvern. Huwa sostna li l-iskejjel tal-Ingliż huma mmarkati bħala entitajiet li jistgħu jibbenefikaw minn din l-għajnuna għalkemm fakkar li din mhux awtomatika hekk kif isiru numru ta' mistoqsijiet biex ikun determinat il-post tax-xogħol hux eleġibbli. Kien hawn li qal illi kien ikun aħjar illi kieku n-negozji ġew notifikati jekk it- talbiet tagħhom ġewx approvati jew le, f 'ġieħ is-serħan il-moħħ. Perry iżda jgħid li mhu vera xejn li l-għalliema kollha ma tħallsux il-paga u qal illi dan ġara biss f 'xi żewġt iskejjel. Hu jgħid li minkejja li huwa ħażin li ħaddiema ma jitħallsux u hu mhux se jiġġustifika dan, l-industrija tat-Tgħalim tal-Ingliż kienet l-ewwel li ntlaqtet minn din il-kriżi. "Aħna kellna faxxex sħaħ ta' studenti, Taljani u Franċiżi illi f 'daqqa waħda waqfu jiġu għax il-Gvern ma baqax jibgħat studenti. Dawn ikkanċellaw l-akkomodazzjoni u l-lezzjonijiet li kellhom pero l-iskejjel xorta riedu jħallsu għall-akkomodazjoni li kienu rriservaw," qal Perry. "Is-sitwazzjoni hija ħażina ħafna, minkejja dan ma keċċejnix ħaddiema. Ejja nsibu kompromess," jappella Perry mal-ILLUM hekk kif jgħid illi minkejja problema kbira ta' flus kontanti ħafna skejjel qed iżommu lill-ħaddiema fl-impjieg. Dwar il-fatt li wħud mill-għalliema jaħdmu fuq kuntratt Żero Hour - u allura kuntratti fejn persuna tingħata x-xogħol meta jkun hemm bżonn - Perry spjega kif f 'din l-industrija hemm tliet tipi ta' ħaddiem: Full time, Part Time u Casual Part Time. Huwa qal illi l-Feltom innegozjat biex il-benefiċċji jeħduhom ukoll dawk kollha li huma casual part time. Perry jerġa jtemm b'appell għall-un- jins; "aħna ma tfajna lil ħadd fit-triq u ma keċċejna lil ħadd, ejja nsibu kompro- mess." Din il-ġimgħa l-Unjin tal-Għalliema Professjonali (UPE), fi ħdan il-UĦM q a l e t i l l i l e s t a t i e ħ u passi kontra l-iskejjel li ma jħallsux il-pagi lill- għalliema. Il-UPE qalet illi ħafna minn dawn l-għalliema meta qalu lil dawk li jħaddmuhom biex is-sitwazzjoni tkun irranġata, ħafna mill-impjegaturi qalulhom li m'hemmx flus biex jitħallsu l-pagi u allura dawn ma jistgħux jitħallsu għalissa. Il-UPE qalet illi fl-ebda ħin ma ngħatat idea ta' meta dawn il-pagi se jitħallsu, bl-għalliema jitpoġġew f 'sitwazzjoni ta' inċertezza kbira. "Agħar minn hekk," kompliet tgħid il-UPE, "ħafna minn dawn l-għalliema qalulhom li xorta jridu jibqgħu jaħdmu, anke jekk mhux se jitħallsu." Għalliema tat-TEFL inkwetati ... is-CEO ta' Feltom jappella għall-kompromess f'sitwazzjoni 'ħażina ħafna' L-iskejjel tat-Tagħlim tal-Ingliż ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi preżenti, għalkemm mal-ILLUM James Perry jgħid li huma maż-żewġ skejjel biss li ma ħallsux il-pagi ta' Marzu u jgħid illi l-iskejjel kollha applikaw għal għajnuna mingħand il-Gvern James Perry

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020