Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240938

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum 'Jiena din il-marda laqtitni fil-laħam YENDRICK CIOFFI Fl-intervista tal-ġimgħa f 'dan il-Ħadd, il-gazzetta ILLUM tkellmet mat-tabib Frank Portelli li fuq il-profil tiegħu ta' Facebook qed ikun voċiferu dwar il- ġlieda kontra l-imxija tal-COVID-19, anke għax minħabba dan il-virus huwa tilef lill-oħtu li kienet tgħix l-Ingilterra. Portelli beda billi saħaq li ħafna pajjiżi, qabel il-pandemija laqtet sew, ħaduha biċ- ċajt u fakkar fil-kummenti tal-President Amerikan Donald Trump li ddeskriva l-coronavirus bħala "ingann" u fl-aġir tal- Prim Ministru Ingliż Boris Johnson li ried jibqa' jieħu b'idejn in-nies. "Jiena minn meta f 'Jannar bdejt insegwi dak li beda jiġri fiċ-Ċina, bdejt nistaqsi kif jista' jkun li qed imutu dawn in-nies u aħna mhux neħduha bis-serjetà. Qalulna li ċ-Ċina tinsab 'il bogħod iżda bl-ajruplan, f 'ġurnata tasal Malta," beda jisħaq it-tabib. Saħaq li oħtu ħadet dan il-virus mill- isptar, fejn fl-Ingilterra qed jużaw sistema ta' punti skont l-età. Fi kliemu jekk ikollok 75 sena jew aktar kważi kważi lanqas jagħtu kasek. "Għalija dan ma jagħmilx sens għax kull ħajja hija prezzjuża," saħaq it-tabib. "Mhux qed ngħid li ma kellha xejn. Kellha l-età. Oħti ħaditha mill-isptar. Ħafna sptarijiet fl-Ingilterra ġew infettati, fosthom għax l-infermiera ma ngħatawx l-ilbies protettiv li hemm bżonn. Hemm fallimenti kbar fis- sistema. Trid tkun ippreparat għal kollox. Jekk ħiereġ b'dgħajsa jrid ikollok ġakketta ta' salvataġġ għal kulħadd." 'Lilna l-Ewropa ħallietna waħedna' Kien hawn li qaleb id-diskors fuq Malta u appella li għandna, l-ewwel u qabel kollox, nieħdu ħsieb lilna nfusna "Mhux biss inkunu egoisti. Nieħdu ħsieb lill-Maltin u lil min jgħix hawn. Jien mhux kontra l-Ewropa. Iżda fl-Ewropa kulħadd ħaseb għal rasu. Lilna nsewna," insista t-tabib. Waqqau u fakkartu li kien għadu kemm qal li kull ħajja hija prezzjuża. "Jien mhux ngħid li mhux hekk. Lill-barranin li jgħixu u jaħdmu f 'Malta rridu nieħdu ħsiebhom," insista Portelli. "Jibqa' l-fatt li lilna ħadd ma għena. Wara kollox, din il-marda minn barra ġiet. Il-virus importajnih." Kien hawn li staqsejtu jekk hux qed jissuġġerixxi li Malta għalqet l-ajruporti u l-portijiet tagħha tard. "Din bħall-gwerra. Trid tiġġieled f 'kull livell u l-ewwel mossa tkun li ma tħallix l-għadu, f 'dan il-każ il- virus, jidħol Malta," insista t-tabib Portelli. Skontu, it-testijiet u t-temperatura kellhom jittieħdu qabel mat-turist jitlaq lejn Malta u mhux malli jasal waqt li fakkar fil-każ tal-istudent Spanjol li ġie ġimgħa Malta, tħallat maż-żgħażagħ u rriżulta pożittiv għall-coronavirus fl- ajruport huwa u sejjer lura. 'Irridu mmorru pass lura u naraw f 'ġara...' Erġajt waqqau u fakkartu li f 'Malta kollox qed jindika li rnexxielna nżommu s-sitwazzjoni taħt kontroll. Kellna numri żgħar ta' każi ġodda u għalhekk ma nistgħux nikkritikaw l-istrateġija f 'Malta, anke għax faħħritha wkoll l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa. "Trid tikkwota n-numri skont kemm inkunu għamilna testijiet. Filli għamilna 1,200 test u kien hemm ġranet fejn għamilna it aktar minn 500 test. Jekk ngħidlek erba' minn 500, dawk huma tmienja minn 1,000 u għaxra minn 1,200," insista Portelli. "Ma jagħmilx sens li filli għandek 50 u f 'salt wieħed inżilna għal każ wieħed. Fix-xjenza din ma tagħmilx sens. Jekk tlajt għal 50 każ f 'ġurnata, tibda tinżel it it. Dawn in-numri mhumiex kredibbli." Allura qed jallega li l-awtoritajiet mhux qed jgħidu l-verità? Ma jaħsibx li ma nkunux ġusti jekk naħsbu hekk? "Jiena mhux hekk qed ngħid," insista Portelli. "Jiena qed ngħid biss li fix-xjenza dak li ġara ma jagħmilx sens, allura tkun trid tmur pass lura u tistaqsi x'ġara." Kien hawn li spjega li jista' jkun hemm diversi fatturi li setgħu waslu għal dan, fosthom il-bidla tal-iswabs li ntużaw. "Jekk bdejt tuża swab, trid tibqa' tuża l-istess swabs u mhux tixtri oħrajn, forsi għax irħas," insista Portelli. "Din bħal meta tintiżen. Trid tintiżen dejjem fl-istess ħin u bl-istess ħwejjeġ. Kien hemm affarijiet li varjaw, u meta l-affarijiet ivarjaw, il-graph se tvarjalek." 'Irridu nittestjaw il-hotspots' Żball ieħor, li fi kliem Portelli qed isir huwa li mhux qed isiru testijiet fil- hotspots. "Għandna hotspot f 'Ħal Far. Irrid nittestja lil kulħadd," saħaq Portelli. Erġajt fakkartu li f 'dan iċ-ċentru miuħ tal-immigranti qed isiru testijiet kuljum fuq l-immigranti, mhux biss fuq dawk li għandhom is-sintomi, l-istess kif qed isir f 'Mater Dei. "Mhux biżżejjed random testing," insista Portelli. Saħaq li dan ma jgħoddx biss għaċ-ċentri tal-immigranti iżda għall- kwalunkwe hotspot, anke fejn hemm Maltin f 'post wieħed u kulħadd jitħallat u ma jiimx xi jfisser social distancing. "Nittestja lil kulħadd mhux it it." Fakkar li fil-Ġermanja hekk għamlu u żammewha taħt kontroll. "Biex inkun naf lil min se niżola, lil min se nagħmel kwarantina, irid ikolli l-informazzjoni," kompla Portelli waqt li appella wkoll għat-testijiet f 'dawk li hu jiddeskrivi bħala 'weak spots,' bħal ngħidu aħna d-djar tal- anzjani. 'L-iżolazzjoni għandha ssir f 'post wieħed' F'Malta, il-maġġoranza tal-pazjenti jinsabu f 'iżolament fid-dar tagħhom, iżda lanqas dan ma jogħġob lil Portelli, għax fi kliemu, f 'pajjiżi bħaċ-Ċina sabu li ma taħdimx. Fuq il-midja soċjali tiegħu, it-tabib Portelli kemm-il darba saħaq li ma jaqbilx li l-pazjenti bil-COVID-19 ikunu mifruxa. Nafu li hemm pazjenti f 'Mater Dei, inkluż fl-ITU, fl-isptar St. omas, fl-isptar Boffa, fl-isptar Monte Karmeli u oħrajn. Għaliex jaħseb hekk? "Ġennata," wieġeb. "L-iżolazzjoni għandha ssir f 'post wieħed ... mingħalina għandna żvantaġġ, imma fl-opinjoni tiegħi għandna vantaġġ. Malta hija gżira. Malta kienet famuża għall-iżolazzjoni. Kellna sptar għall-iżolazzjoni f 'Manoel Island. Meta ġie omas Maitland, gvernatur ta' Malta, kellu joqgħod f 'iżolazzjoni għax kien vjaġġa mill-Ingilterra," kompla jisħaq huwa u jikkwota mill-istorja. "Ma tagħmilx sens li qed nagħmlu lockdown għall-infermiera u l-carers u mbagħad il- pazjenti f 'iżolazzjoni huma mifruxa ma' Malta kollha." Appella biex dan il-virus jittieħed bis-serjetà waqt li kompla mal-appelli tal-awtoritajiet li qed jappellaw għar- responsabbilità soċjali. "Jekk jimrad it- tifel tiegħi se jagħtiha lili. Jiena qbiżt is-70 u allura jiena persuna vulnerabbli. Iċ-ċansijiet tiegħi huma 50-50%. Dik hija l-verità. Mhux qed nivvinta. Bniedem anzjan għandu ż-żmien kontrih ... ma jfissirx li min hu iżgħar ma jistax imut. Kien hemm waħda li għandha 'l fuq minn 100 sena li fieqet," saħaq Portelli. "Tirbaħ lill-għadu għax tirrealizza li huwa perikoluż." Xi trattament qed jipproponi Portelli? Din il-ġimgħa, ħarġet ukoll l-aħbar li fir-Renju Unit se jibdew jużaw id-demm ta' persuni li fiequ mill-COVID-19 għat- trattament tal-pazjenti. Portelli wkoll kiteb paper u li fiha qed jipproponi wkoll forma ta' trattament. X'qed jipproponi eżatt? Portelli spjega li meta pazjent rebaħ lill- virus, il-ġisem jifforma dawk li jissejħu antibodies, fi kliem sempliċi, mekkaniżmu ta' difiża li jiżviluppa l-ġisem biex jiġġieled il-virus. "Hawn fenomenu ġdid. Jeżistu carriers. Dawn huma persuni li meta tittestjahom joħorġu pożittivi iżda sintomi ma jkollhomx. Dawn bilfors għandhom ħafna antibodies," spjega t-tabib. "Jiena qed nipproponi dan: Ejjew nieħdu d-demm tagħhom. Nieħdu ċ-ċelloli bojod u nużaw il-plasma tagħhom. Hemm teknika stabbilita kif din tinħasel, allura tneħħi l-viruses u tkun tista' tintuża għat- trattament tal-pazjenti." Portelli jinsab ottimist li 'l bogħod mill- istigma, dawn il-carriers jistgħu jgħinu fit- trattament tal-pazjenti l-oħra. "Il-carrier kulħadd jibża' minnu, jiena naħseb li jista' jgħin ... ovvjament tieħu l-prekawzjonijiet kollha." Imma dan li qed jipproponi jista' jsir? Huwa metodu stabbilit mill-WHO? Wieġeb li l-idea tal-carriers hija proposta li ħareġ biha hu u li sa issa mkien mhu qed Il-gazzetta ILLUM titkellem mat-tabib Frank Portelli dwar l-esperjenza li għadda minnha meta oħtu sfat vittma tal-COVID-19. X'jaħseb dwar il-miżuri li ttieħdu f'Malta? Xi ppropona dan l-aħħar bħala trattament għall-pazjenti? Imma dan il-metodu possibbli? X'sar mill-offerta tiegħu biex l-isptar St. Philip's jintuża għall-pazjenti bil-COVID-19?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020