Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 Carmel Bonnici Il-Blockbusters - L-ewwel parti Minn ftit aktar minn 40 sena ilu l-kelma "blockbuster" saret komuni ħafna meta nsemmu l-films. Dawn huma xogħlijiet li fuqhom jintefqu flejjes kbar biex huma wkoll fost l-aqwa films li qatt ipproduċiet Hollywood. Fil-preżent u f 'dawn l-aħħar snin, films ikklassifikati bħala blockbusters qed jinħadmu bil- kbir, ġieli anki joħorġu aktar minn tnejn f 'xaħar. Fl-istaġun tas-sajf, l-aktar perjodu li jiġġenera dħul għall-produtturi u sidien tas- swali ċinematoġrafiċi, joħorġu xogħlijiet ta' din l-għamla bil- ġżuż. 'Il-films kolossali' Qabel ma daħlet fl-użu l-kelma blockbuster, dawn il- produzzjonijiet kienu jirreferu għalihom bħala films "epiċi", films "grandjużi" jew films "kolossali." Sa minn żmien iċ-ċinema mutu bdew jinħadmu films ta' din il-kwalita', li fil-maġġoranza tagħħom kienu ta' ħin twil, ġieli jaqbżu it-tliet sigħat. Fost dawn insemmu l-film Taljan Cabria tal-1915, il- kapulavuri tad-direttur D. W. Griffith, The Birth of a Nation tal-1915 - li wara sar meqjus film razzist u Intollerance. Il-grandjuż Metropolis (1927) tal-Ġermaniż Fritz Lang u anke s-saga Nibelungen - Siegfried tal-1923. Jingħaqdu magħhom Kremhild's Revenge (1924), kif ukoll il-kolossali ta' Abel Gance, Napoleon tal-1927, li jdum aktar minn ħames sigħat Direttur li kien abbinat ħafna mal-films tal-Bibbja hu Cecil B. DeMille, li b'dawn il-films suppost reliġjużi - imma aktar ta' spettaklu - ħafna drabi ħelisħa ħafif maċ-ċensuri fl-ilbies skars tan-nisa. Fost ix-xogħlijiet epiċi tiegħu, nsibu The Ten Commandments, tal-1923 bħala film mutu u fl- 1956, bil-ħoss, The Sign of the Cross (1932), Cleopatra (1934), The Crusades (1935) u Samson and Delilah tal-1949. Fl-1939 ħareġ il-blockbuster assolut, meqjus bħala n-nannu ta' dawn kollha, Gone with the Wind li jibqa' jżomm ir-rekord tal-aktar film li rawh nies, meta fis-snin ta' wara baqa' joħroġ regolarment. Fl-1970 irranġawh għall- proċess tas-70mm. Xogħlijiet ta' ġeneri differenti oħrajn, ikklassifikati bħala films ta' skala ġrandjuża, huma The Wizard of Oz, The Greatest show on Earth ukoll ta' Cecil B DeMille, Duel in The Sun, The Bridge on the River Kwai, Around the World in 80 days - fl-1956. The Big Country, The Best Years of Our Lives, The Guns of Navarone, Its a Mad, Mad World, The Great Race u Cleopatra - 1963. Mary Poppins, The Sound of Music u l-kbar nett - Dr Zhivago, Lawrence of Arabia u 2001: A Space Odyssey - kollha qabel l-1970. Minn wara li fl-1949 Cecil B DeMille ħadem Samson and Delilah, il-produtturi bdew jaħsbu biex jippreżentaw lill- pubbliku b'films ta' xeħta epika ħafna minnħom maħduma f 'Cinecitta', barra Ruma. Fis-snin ħamsin, fost oħrajn, ħarġu Quo Vadis (1951), The Rose (1953 u l-ewwel produzzjoni bis-ċinemaScope u anki sekwenza bil-ħoss stereo], is-sequel Demetrius and The Gladiators (1954), The Ten Commandments (1956) u l-kolossali Ben Hur (1959). Komplew fis-snin 60 bi Spartacus (1960), El Cid (1961), King of Kongs (1961) Cleopatra (1963), The Fall of thr Roman Empire (1964), il-meraviljuż imma mhux epiku il-Vangelo Secondo Matteo (1966), The Shoes of a Fisherman u oħrajn. L-attur l-aktar abbinat ma' dawn il-films epiċi kien it-twil, irqiq, attraenti u kariżmatiku, Charlton Heston. Ikompli nhar il-Ħadd li ġej ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020