Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243338
16 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 • illum 'Jekk se nibdew niltaqgħu ma' ħafna nies se nitilfu dak kollu li għamilna' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Jekk se nibdew niltaqgħu ma ħafna nies oħrajn se nitilfu dak kollu li għamilna sa issa. Mela ejja nuru kawtela ... ir- riskju li jerġa jinfirex il-virus qiegħed hemmhekk, allura l-istat ta' emerġenza medika jibqa' jgħodd." Hekk sostniet is-Supretendent ts-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci illi lbieraħ ħabbret illi bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, minn 944 test li saru rriżulta każ wieħed biss ġdid ta' Covid-19, li huwa każ ta' resident fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far. Dan ifisser li f 'dan iċ-ċentru sal-bieraħ kien hemm 50 każ attiv. Hija qalet ukoll iżda li aktar persuni f 'dan iċ-ċentru qed joħorġu mill- kwarantina. B'kollox sal-bieraħ Malta kellha 468 każ attiv b'379 każ ta' nies li fiequ mill-virus għal total ta' 85 każ attiv u erba' persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom. Gauci wissiet li għalkemm hemm każ wieħed biss il-virus xorta għadu fil-komunità b'persuni li jkollhom il- virus u ma jkollhomx sintomi, għalhekk appellat biex kulħadd iżomm mar-regoli ta ddistanzjar soċjali. Semmiet il-miżuri mħabbrin nhar il- Ġimgħa mill-Gvern u l-kundizzjonijiet li bihom se jinfetħu ħwiienet, fosthom li hemm limitu ta' nies li jistgħu jidħlu. Fakkret ukoll li issa l-ilbies tal-maskre se jsir obbligatorju. X'se jiġri minn għada? Ir-rilaxxament tal-miżuri mħabbra mill-Gvern huma hekk: Minn għada se jerġgħu jinfetħu u jibdew xi servizzi tas-saħħa li twaqqfu, fosthom il-kliniċi kollha se jerġgħu jibdew jagħtu t-tilqim lit-tfal, se jerġa jibda l-iscreening tal- utru, imbagħad jiżdiedu l-iscreening ta' aktar tipi ta' kanċer. Se tiżdied l-attività fl- isptar Mater Dei, fosthom l-Endoskopiji, se jiżdiedu l-appuntamenti għall-ultra sounds u se jerġgħu jibdew joperaw aktar servizzi fid-dipartiment tal-kardjoloġija. Dawk il-ħwienet li jistgħu jiftħu minn nhar it-Tnejn huma dawk tal-ħwejjeġ u ħwejjeġ sportivi, aċċessorji, ħwienet tal-lottu, VRT, ġojjellerija, ħwienet tan-nuċċalijiet, ħwienet tal-għamara, shopping malls, ħwienet tal-fjuri, tal- passatempi, taż-żraben u dawk tal- ġugarelli. Ħwienet oħra ma jistgħux jiftħu għalissa. Kien imħabbar ukoll li li kull ħaddiem li jaħdem f 'dawn il-ħwienet u kull min jidħol fihom huwa obbligat li jilbes maskra. Dan apparti li gruppi ta' nies flimkien issa se jitla' għal erbgħa minn nies u mhux iktar. Gruppi ta' aktar jistgħu jaqilgħu multi imposti skont il-liġi. Miżura oħra se tkun ir-rilassament ta' vjaġġar bejn Malta u Għawdex taħt kontrolli ta' ddistanzjar soċjali. Intant il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar ukoll illi qed jara illi n-negozji jerġgħu jkunu fetħu sal-aħħar tax-xahar, dejjem jekk in-numri jibqgħu kif inhuma bħalissa. Raġel mill-Għarb imressaq il- Qorti fuq traffikar ta' droga Il-ħidma mill-Iskwadra tal-Pulizija ta' Kontra d-Droga kompliet f 'Għawdex. Wara diversi jiem ta' osservazzjoni u investigazzjoni b'rabta ma' allegat traffikar ta' droga, il-Pulizija arrestat raġel ta' 34 sena, residenti l-Għarb. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-Ġimgħa filgħodu, ir-raġel deher ħiereġ mir-residenza tiegħu fl- Għarb fejn saq lejn il-Qala u hemmhekk deher dieħel f 'residenza oħra. Wara xi ħin hemmhekk, ir-raġel ħareġ u saq lejn ir-Rabat. Kien hawn, li l-Pulizija, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta' filgħodu (1130 hrs) iċċirkondaw i-vettura fi Pjazza tat-Tokk. Fi tfittxija li saret fil-vettura l-Pulizija sabu basket żgħir u fih kien hemm sustanza bajda suspettata droga kokaina. It-tfittxijiet mill-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga, assistiti mis-Sezzjoni tal-Klieb, issoktaw fir-residenza tar-raġel fl-Għarb, kif ukoll fil-post fejn ir-raġel daħal fil-Qala. F'dawn it-tfittxijiet instabu sustanzi suspettati kokaina u eroina. Ir-raġel tressaq il-Qorti u dwar il- każ infetħet inkjesta mmexxija mill- Maġistrat Simone Grech.