Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243338

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 • illum TVM THURSDAY 6:30PM Il-Kulleġġ San Injazju b'wirja annwali tal-arti onlajn Il-Kulleġġ San Injazju għamel il-50 pittura, sottomessi għas-sitt kompetizzjoni tal- arti annwali tiegħu, disponibbli onlajn fuq https://sic.projects.skola.edu.mt/ Il-wirja virtwali ta' din is-sena jisimha AMBJENT u tagħmel enfasi speċjali fuq il- bioloġija tal-baħar. Minkejja l-fatt li t-tixrid tal-COVID-19 fisser li kienet impossibbli li tittella' wirja fiżika għall-viżitaturi, il- Kulleġġ xorta waħda qed jimmira li jiġbor fondi għall-Puttinu Cares permezz ta' dan l-avveniment. Il-pitturi kollha inklużi fil-wirja jinsabu fil-fatt għall-bejgħ, u kull persuna interessata li tixtri tista' tikkuntattja lil Emmanuel Zammit fuq emmanuel_ zammit@yahoo.com, u tagħti l-isem sħiħ tagħha, in-numru tal-mowbajl, u n-numru tal-pittura li togħġobha. Il-prezzijiet ikunu provduti skont it-talba. Maria Pace, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju, qalet: "Nirringrazzjaw b'mod speċjali lill-istudenti kollha li minn jeddhom issottomettew xogħlijiet tal-arti għall-wirja annwali tagħna. Irrid nagħti ħajr mill-qalb ukoll lill-istudenti kollha li ħadu sehem fil-korijiet li twaqqfu minn kull skola fil-Kulleġġ bl-għan li janimaw il-uħ uffiċjali. Għalkemm, fl-aħħar mill-aħħar, dawn il-wirjiet ma setgħux isiru, il-Kulleġġ hu grat b'mod infinit lejn l-għalliema tal-arti u tal-mużika li ħejjew u assistew lill-istudenti parteċipanti kollha matul il-vjaġġ artistiku ta' din is-sena." Bħal fi snin ta' qabel, il-wirja annwali tal-arti tal- Kulleġġ ta' San Injazju hi sponsorjata mill- Fondazzjoni HSBC Malta. Il-wirja kienet kofinanzjata ukolwl mill-Grupp AquaBioTech, bħala parti mill-attivitajiet tagħhom biex jappoġġjaw skejjel li jżidu l-għarfien dwar l-ambjent marittimu. Il-pitturi kollha inklużi fil-wirja jinsabu fil-fatt għall-bejgħ... Il-Bank of Valletta jappoġġja l-Festival of Gratitude and Inspiration Il-Bank of Valletta ħabbar li ngħaqad mal-Malta Together u se jkun qed jappoġġja l-Festival of Gratitude and Inspiration. Il-Festival of Gratitude and Inspiration se jipprovdi serata ta' divertiment biex kulħadd igawdi l-aqwa artisti ta' Malta inkluż it-tenur Joseph Calleja, filwaqt li fl-istess ħin ikun turija ta' gratitudni u apprezzament għall-ħaddiema kollha li qed jissieltu kontra l-COVID-19. "Assolutament onorati li ser inkunu qed nappoġġjaw din l-inizjattiva kbira minn Malta Together. Matul dawn iż-żminijiet irridu ningħaqdu aktar flimkien, ngħinu lil dawk li jinsabu waħedhom, lil dawk li qedgħin iħossu s-solitudini, dawk li għaddejjin minn diffikultajiet u nappoġjaw lil dawk kollha li qed jiġġieldu direttament fuq mal-COVID-19 u dawk li qedgħin jagħtu servizz fil- komunità. Mill-bidu nett ta' din il-panemija, bħala Bank of Valletta konna hemm sabiex nappoġġjaw lill-klijenti tagħna u lill-ekonomija lokali, sabiex flimkien negħlbu dawn iż- żminijiet ta' sfida," iddikjara l-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Rick Hunkin. "Imma aħna nifhmu li l-flus mhumiex kollox, u l-well- being olistiku tagħna bħala nazzjon huwa kruċjali daqs l-aspett finanzjarju. Nemmnu fis-sħiħ li bis-sħubija tagħna ma' Malta Together u bl-appoġġ tagħna lejn dan il-festival, nistgħu nwasslu ftit ferħ u tama fid-djar tal-poplu Malti u Għawdxi. Fl-istess ħin nieħdu l-opportunità li nirringrazzjaw lil dawk kollha li qedgħin jaħdmu bla waqfien sabiex isostnu l-komunità f 'dawn iż- żminijiet diffiċli. " Il-Festival of Gratitude and Inspiration se jkun strimjat nhar il-Ħadd 3 ta' Mejju 2020 fid-9 pm fuq il-paġni tal-Facebook tal-BOV (@bovofficial) u Malta Together u mxandar fuq TVM. Segwi dan il-festival fenomenali illejla! Għal aktar informazzjoni żur https://www.maltatogether. com/a-festival-of-gratitude.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020