Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243338

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 illum • IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 aħbarijiet Gafà l-favorit iżda ma jweġibx dwar jekk hux se japplika għall-Kummissarju YENDRICK CIOFFI Sorsi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija qalu mal-gazzetta ILLUM li l-aktar isem li qed jissemma fil-kurituri tad-Depot għall- kariga ta' Kummissarju tal- Pulizija huwa Angelo Gafà li preżentament jokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal- Korp tal-Pulizija, anke jekk meta kkuntattjat mill-gazzetta ILLUM la ċaħad iżda lanqas ma kkonferma li se jkun qed japplika għal din il-kariga. "Dik hija deċiżjoni tiegħi," saħaq Gafà meta mistoqsi mill-gazzetta ILLUM. Fost is-sorsi li tkellmu mal- ILLUM kien hemm uffiċjali tal- Pulizija, inkluż uffiċjali li kienu interessati li japplikaw għal din il- kariga u li nnutaw il-fatt li fis-sejħa pubblika li saret biex ikun maħtur Kummissarju ġdid, l-applikanti qed jintalbu jissottomettu "pjan ta' erba' snin" li fih jippreżentaw "il-viżjoni għall-Korp tal-Pulizija," rwol li suppost huwa tal-Police Governance Board li twaqqaf bil- liġi fl-2017. Fost oħrajn, fuq dan l-istess bord, ipoġġu (anke jekk bla vot) kemm il-Kummissarju u anke Angelo Gafà bħala Kap Eżekuttiv. Kien għalhekk li s-sorsi saħqu li jekk hemm persuna li jaf x'inhi l-viżjoni tal-Korp u kif din għandha tkun implimentata, dan huwa Gafà. Wieħed mill-uffiċjali saħaq li ma jistax jiem kif il-Kummissarju l-ġdid qed jintalab jidħol fil-kariga b'pjan f 'idu għal erba' snin meta suppost se jkun ippreżentat pjan mill-Police Governance Board. "Fuq xiex se jkun assessjat il- Kummissarju l-ġdid? Fuq il-pjan li jkun ippreżenta huwa stess jew inkella fuq il-pjan tal-Police Governance Board, jekk jeżisti?", staqsa wieħed mis-sorsi. L-istess sors innota li ma jistax jiem kif is-sejħa hija miuħa wkoll għal persuni li mhumiex parti mill-Korp u fl-istess waqt qed titlob lill-applikant biex jipprovdi viżjoni. "Lanqas jiena li naħdem fil-Korp ma nista' nagħmillek pjan. Ma nafx x'se nsib meta nidħol fil-kariga," insista. Kumpanija privata qed tħejji pjan għall-Korp... Apparti minn hekk, il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li bħalissa qed isir studju minn kumpanija privata li, fost oħrajn tipprovdi pariri u konsultazzjoni dwar strateġiji, biex jitħejja pjan ta' riforma għall- Korp tal-Pulizija, liema kumpanija qed taħdem id f 'id ma' Gafà bħala Kap Eżekuttiv. Mistoqsija dwar dan, il-Korp ikkonferma li wara applikazzjonijiet għal fondi Ewropej sabiex ikun jista' jfassal strateġija ta' trasformazzjoni, il-Korp tal-Pulizija rnexxielu jirbaħ dan il-proġett u wara proċess ta' għażla, il-Kummissjoni Ewropea ingaġġat lill-kumpanija ta' konsulenza Price Waterhouse Coopers biex tkun hi li tipproponi strateġija. Il-pjan hu li l-istrateġija ta' trasformazzjoni hekk kif proposta minn PWC tkun lesta sa Lulju ta' din is-sena, bil-possibilità ta' it ittardjar minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19. "Jekk qed ikun imħejji pjan, sinjal li hemm viżjoni. Liema viżjoni hi din?" staqsa wieħed mis-sorsi tal- ILLUM. "Jew hija sejħa diretta għal xi ħadd għax għandu l-aċċess għal din il-viżjoni?" kompla jistaqsi. 'Mhux jien għamilt is-sejħa ... staqsu l-Ministeru' Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM staqsiet ukoll lil Gafà jekk dan kollu jistax ipoġġi lilu fil- vantaġġ, iżda hu talabna nistaqsu lill-Ministeru, għax fi kliemu: "mhux jiena għamilt is-sejħa." L-ILLUM kienet diġà bagħtet lill- Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, fejn fost oħrajn staqsiet: • Għaliex l-applikanti qed jintalbu jippreżentaw viżjoni; • jekk dan jistax jitfa' fi żvantaġġ persuni oħra li mhumiex membri tal-Korp; u • mal-liema viżjoni huwa mistenni li jimxi l-Kummissarju, jekk hux ma' dak li se jippreżenta hu jew dik li suppost jippreżenta l-Police Governance Board? Il-Ministeru wieġeb biss: "Ninfurmak li hija l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li fasslet u ppubblikat is-sejħa għal Kummissarju tal-Pulizija. Jirriżulta li din is-sejħa tirrifletti sejħiet oħra għall-karigi għolja u importanti fis- settur pubbliku." Qabel intagħżel bħala Kap Eżekuttiv, Gafà serva fil-Korp tal- Pulizija bħala Spettur u kien ukoll membru tas-Servizzi Sigrieti. Kien ukoll logotenent tal-Forzi Armati ta' Malta. Aktar dettalji dwar l-applikazzjoni u anke dwar il-ħatra tal- Kummissarju l-ġdid tista' ssibhom fuq is-sit illum.com.mt Il-gazzetta ILLUM għamlet ukoll kuntatt mal-Ispettur Sandro Camilleri li ġimgħat ilu, fuq Xarabank kien indika li qed jaħsibha japplikax għall-kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija. Mistoqsi mill-ILLUM, Camilleri saħaq li qed jirċievi ammont ta' messaġġi, inkluż minn membri tal-Korp u anke persuni oħra li ma jaomx, biex iħeġġuh japplika għall-Kummissarju. "Qed nikkunsidra serjament. Napplika biss jekk il-poplu jridni. Jien irrid inkun Kummissarju tal- poplu. Dak li għandna bżonn," saħaq Camilleri waqt li insista li jekk ikun Kummissarju, hu se jkun viċin in-nies u jinżel fit- toroq magħhom. Insista li jekk japplika u jintagħżel, waħda mill-prijoritajet tiegħu hija li l-Korp tal-Pulizija jkun orjentat aktar lejn il-vittmi. "Il-vittma mhuwiex smat," insista Camilleri. "Irridu nbiddlu vera l-Korp tal-Pulizija. Mhux biss bidliet kożmetiċi," temm jisħaq. Sandro Camilleri huwa l-fundatur tal-Police Officers Union. 'Għadni nikkunsidra... irridu Kummissarju tal-poplu' Angelo Gafà

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020