Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248291

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 sakemm insibu l-vaċċin tagħna' swieq ewlenin għal Malta- prinċiplament ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja u Spanja - kollha jinsabu magħluqin. Allura fid-dawl ta' dan x'inhu l-pjan? Farrugia Portelli spjegat kif Malta skattat pjan illi permezz tiegħu għaddejja b'diskussjonijiet ma' tmien pajjiżi fuq safe corridors. Hi tfakkar illi llum, anke l-profil tat-turist inbidel xi it , jiġifieri dak li jixtieq u t-tul ta' żmien li jixtieq imur fuq vaganza. "Hemm bżonn li nattiraw lejn pajjiżna setturi illi pajjiżi oħrajn tilef kompletament," tgħid il-Ministru Farrugia Portelli. Finalment nistaqsuha x'inhi l-opinjoni tagħha dwar stqarrija tal-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta Alan Borg, jiġifieri li għandna sal-2023 biex nerġgħu naslu għall-livelli ta' turiżmu li konna qabel. Filwaqt li ma tiċħadx tgħid illi dan kollu jiddependi fuq kif aħna, bħala pajjiż se nirreaġixxu. "Jekk se nistennew biex niħu s-sena d-dieħla, naħseb l-2023 qed tkun pożittiv ħafna." Farrugia Portelli fakkret illi ċerti linji tal-ajru diġa' qed jirriklamaw lil Malta bħala destinazzjoni, fosthom Ryanair u Luhansa. "Għandna nkunu kburin bil-fatt li Malta qiegħda fil-pjani ta' diversi linji tal-ajru meta hemm pajjiżi li mhumiex. U dan kollu għax il-poplu għamel sagrifiċċju." Fakkret illi fil-fatt qed tiġi mbuttata l-idea ta' popsponiment ta' vaganza minflok kanċellazzjoni. 'Interess kbir għal skema ta' taħriġ' Filwaqt li tfaħħar l-Air Malta u l-ħidma kruċjali tal-linja nazzjonali, ttemm issemmi programm estensiv ta' taħriġ illi l-Gvern nieda u li għalih kien hemm interess kbir "Qabel ma bdiet din il-kwistjoni tal- Covid-19 konna qed niddiksutu l-bżonn li ħaddiema ikollhom il-ħiliet neċessarji jekk irridu nattiraw lejn Malta turisti minn ċerta swieq u ċerta livell." Għalhekk il-Gvern alloka €5 miljuni minn avvenimenti li ma sarux mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex bihom isir taħriġ b'xejn lil kull min jaħdem fit-turiżmu u dawk ukoll li għandhom interess li jaħdmu fit-turiżmu. "Kellna interess qawwi minn 36 entità uħud minnhom internazzjonali - fosthom il-Unesco u anke entitajiet li jaqgħu taħt in- National Georgraphic." Permezz ta' dan it-taħriġ b'xejn eluf ta' ħaddiema se jkunu jistgħu itejbu l-ħiliet tagħhom f 'dan il-qasam hekk kruċjali. Ir-riskji qegħdin hemmhekk biex nimmaniġjawhom mhux nibżgħu neħduhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020