Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248291

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 • illum 'Il-vaċċin huwa l-uniku soluzzjoni ... imma sadanittant Il-gazzetta ILLUM titkellem mal- Professur Charmaine Gauci u tistaqsiha l-mistoqsijiet li qed jagħmlu n-nies ta' kuljum fid- djar tagħhom dwar il-COVID-19. Se nsibu vaċċin? U jekk idum ma jinstab? Kemm se jinfetta nies? Is-sajf se ngawduh? YENDRICK CIOFFI Kuljum kulħadd ikun qed jistenniha biex jismagħha tagħti l-aħħar dettalji dwar il-COVID-19, iżda xogħol il- Professur Charmaine Gauci ma jiqafx mal-coronavirus. Il- gazzetta ILLUM tkellmet mas- Supretendent tas-Saħħa Pubblika dwar ix-xogħol kollu li jitwettaq fi ħdan is-Sovrintendenza tas- Saħħa Pubblika. Fil-fatt, dan id-Dipartiment għandu taħtu tliet direttorati: Id- Direttorat għall-Promozzjoni tas- Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, li jippromovi l-ħajja sana u anke jaħdem fuq il-prevenzjoni ta' mard infettiv bħalma hija l-influwenza, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, li fost oħrajn iħares lejn is- sigurtà fl-ikel u l-ambjent u anke d-Direttorat li huwa responsabbli għall-istandards fis-servizzi tas- saħħa, fejn minn dan id-Direttorat jinħarġu l-liċenzji għas-servizzi li huma relatati mas-saħħa, mill- spatrijiet u l-kliniċi bħal tal-X-rays għall-ħwienet tat-tatoos. Iżda xogħolha ma jiqafx hawn. Gauci u t-tim tagħha huma responsabbli mill-aspett regolatorju kollu tal-mediċini, mill-manifattura sakemm dawn jaslu għand il-pazjent. Fil-fatt, minn taħt id is-Supretendent tas- Saħħa jgħaddu wkoll il-mediċini kollha li jitpoġġew fuq is-suq u hija wkoll responsabbli mil-liċenzjar tal-ispiżeriji. Taħtha jaqgħu wkoll il-Kunsilli tal-professjonisti tas- saħħa bħall-Kunsill Mediku li huwa responsabbli mit-tobba u d-dentisti, il-Kunsill għall-Infermiera u Qwiebel u professjonijiet oħra. Apparti dawn, għandha sezzjoni li taħdem fuq l-istrateġiji dwar aspetti ta' saħħa pubblika differenti, bħal dawk fuq it-tabakk u sentejn ilu waqqfet dipartiment ieħor li jħares fuq kif sfidi soċjali, bħalma huma l-faqar, il-qagħad u l-akkomodazzjoni jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem. X'kienet l-aktar deċiżjoni diffiċli li ħadet il-professur Gauci? Ovvjament bħalissa ħafna mir-riżorsi huma ffukkati fuq il- COVID-19 li ġie fuqna bħal sajjetta fil-bnazzi. L-ILLUM staqsiet lill- Professur Gauci x'kienet l-aktar deċiżjoni diffiċli li ħadet fl-aħħar ġimgħat. "Meta għalaqna l-ħwienet kienet waħda mid-deċiżjonijiet diffiċli. Għandek persuni li l-uniku dħul tagħhom huwa minn dawn il- ħwienet. Apparti s-sidien hemm il-ħaddiema u l-familji tagħhom," saħqet Gauci. Deċiżjoni oħra diffiċli kienet meta ġew biex jingħalqu l-iskejjel. "L-edukazzjoni hija waħda mill- aktar aspetti bażiċi importanti u għalhekk bi qbil mal-Ministeru għall-Edukazzjoni rajna kif nistgħu nassiguraw li l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu bit-tagħlim. Ma rridux li għax inzertaw fl-iskola fi żmien il-pandemija dan ikun ta' dettriment għall-karrieri tagħhom fil-futur. Vera li l-aspett ta' kuntatt fiżiku jibqa' importanti imma bħalissa dan mhux possibbli. Hija sitwazzjoni ġdida u rridu nimprovizzaw," saħqet Gauci. Il-COVID-19 kemm se jinfetta Maltin u Għawdxin? Is-sitwazzjoni hija stabbli iżda l-awtoritajiet għadhom qed jippjanaw għall-agħar xenarji. L-ILLUM staqsiet lill-Professur Gauci kemm qed ibassru li dan il- virus jolqot Maltin u Għawdxin. Gauci spjegat kif l-awtoritajiet qed iħarsu lejn żewġ aspetti. Wieħed mill-mudelli li qed iħarsu lejn huwa bbażat fuq dak f 'Ħong Kong, anke għax is-sitwazzjoni, fejn tidħol id-densità tal-popolazzjoni, hija simili għal dik f 'Malta. "Meta għandek densità għolja, ir- rata ta' trasmissjoni se tkun akbar," spjegat Gauci. "Aspett ieħor li jista' jżid it-trasmissjoni jinsab fil-kultura tagħna għax aħna nħobbu noħorġu u niltaqgħu mal-familji. Hija sabiħa imma fiċ-ċirkostanzi ma tgħinx. Għalhekk addattajna l-mudell ta' Ħong Kong li jimmudella s-sitwazzjoni skont il-każijiet u l-impatt fuq kemm se jiġu affetwati nies. Permezz tiegħu rajna, skont kemm tkun ir-rata ta' trasmissjoni, kemm se jkollok nies li jimirdu, li se jkollhom jidħlu l-isptar, kemm se jkollok pazjenti fl-ITU u anke kemm jista' jkollok imwiet." Apparti minn hekk, kompliet tgħid Gauci, bħalissa qed isiru testijiet fil-laboratorji fuq id-demm ta' persuni biex wieħed jistabbilixxi kemm persuni ltaqgħu diġà mal- virus u allura żviluppaw anti- bodies. "Bħalissa qed nivvalidaw dawn il-kits biex meta jkollna kits tajbin inkunu nistgħu nkomplu bl-istudju tagħna biex nistabbilixxu kemm kellna nies mill-popolazzjoni li diġà kienu infettati biex b'hekk inkunu nistgħu naraw x'jista' jiġri f 'każ li jkollna t-tieni mewġa," spjegat Gauci. La ħafna qed ifiequ mingħajr bżonn ta' kura, hemm bżonn li jkollna vaċċin? Ftit kienu l-pazjenti f 'Malta li kellhom jiddaħħlu l-isptar. Ħafna baqgħu d-dar u fiequ mill-virus. Allura għaliex hemm bżonn il- vaċċin? Il-Professur fakkret li anke jekk il-maġġoranza tal-pazjenti f 'Malta kienu nies ta' età medja, jibqa' l-fatt li l-anzjani u dawk b'mard kroniku jibqgħu l-aktar vulnerabbli. "Il-biża' tagħna hija li jekk ikollok it-trasmissjoni fil-komunità u l-anzjani jibdew joħorġu, hemm ċans li jiltaqgħu mal-virus, jimirdu u jiżviluppaw kundizzjonijiet serji. Dan huwa virus qattiel u jmarrad ħafna nies. L-uniku soluzzjoni biex tkun tista' tmur lura għan-normal huwa l-vaċċin," saħqet Gauci. "Sakemm ma hemmx vaċċin irridu nibqgħu għaddejjin bil-miżuri ta' distanzja soċjali." La min fieq ikun żviluppa anti- bodies mhux aħjar li jimirdu aktar nies ħalli nkunu nifilħu għall-virus? Din il-ġimgħa ħarġet ukoll l-aħbar li min fieq mill-COVID-19 qed ikun avviċinat biex jagħti d-demm hekk kif potenzjalment dan jista' jkun ta' għajnuna għal dawk infettati. L-ILLUM staqsiet lill-Professur jekk ikunx aħjar li aktar persuni jimirdu bil-virus biex il-popolazzjoni tiżviluppa l-anti- bodies li jiġġieldulu. Bdiet tispjega kif ir-riċerka dwar dan għadha għaddejja anke biex ikun stabbilit jekk min ikun fieq mill-virus ikunx żviluppa biżżejjed anti-bodies li jipproteġuh ġaladarba jerġa' jiltaqa' mal-virus. "Mela trid tistabbilixxi jekk tiżviluppax anti-bodies, jekk tiżviluppax biżżejjed u kemm idumu jservu dawn l-anti-bodies għax inti ma tafx kemm se ddum ma terġa' tiltaqa' miegħu," spjegat. "Fil-każ tal-influwenza, tiżviluppa anti-bodies għal it xhur. Fil-każ tal-anzjani, għal erba' xhur biss." Propju għalhekk li l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa qed twissi biex l-ebda pajjiż ma jmur "għall- immune passport," fejn għax persuna tkun fieqet tista' titħalla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020