Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248291

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 ambjent illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 Il-Biedja ILLUM: X' jagħmel il-bidwi fir-Rebbiegħa? (2) Wara r-Rebbiegħa, f'din is-serje ta' erba' artikli minn James Lupi Spencer - Amministratur tal-Grupp fuq Facebook intitolat 'Dilettanti tal-Agrikoltura, Siġar u Pjanti' - nagħtu ħarsa lejn il-biedja fis-sajf MINN JAMES LUPI SPENCER Fl-eqqel tas-Sajf forsi ħafna jkunu qed jaħsbu biex imorru għal xi btala tajba jekk u meta jkunu jistgħu iżda l-bidwi u r-raħħal ikollhom jaħsbuha darbtejn speċjalment jekk ikollhom xi għalqa kollha prodotti li jridu jiġu kkurati ta' spiss. Il-bidwi m'għandux vaganzi speċjalment jekk u fejn jidħlu bhejjem jew tisqija ta' xitel u siġar tal- frott. Il-qilla tax-xemx tibda tagħmel tagħha, nibdew naraw balal tax- xgħir u tiben miġbura biex jinħażnu għall-għalf tal-bhejjem fix-xhur tax-Xitwa. Il-bdiewa li jkabbru l-bħajra (dulliegħ, bettieħ, qargħa ħamra) jew tadam u uċuh oħra jkunu jridu jsaqqu kontinwament jew japplikawlhom il-fertilizzant xi bexx li jilqa' kontra l-mofof minħabba li dawn ikattru aktar bin- nida li taqa' mal-lejl fil-jiem tas-sajf. Fis-sajf jinqata' l-ħawħ u dulliegħ u l-bettieħ fost frott iehor tas-Sajf bħal nuċiprisk, għajn baqar, tuffieħ u ħafna aktar. Nibdew nippreparaw biex naħsdu l-basal u t-tewm li s'issa jkun nixef sew. Hekk kif inkunu ħsadna u sensilna (irbatna u dendilna) il-basal, nerġgħu nagħżlu l-isbaħ minnu biex f 'Settembru nerġgħu ngħaddsuh ħalli f 'Mejju jtella' l-ura u jtina iż-żerriegħa ħalli nerġgħu nibdew iċ-ċiklu ieħor. L-istess it-tewm - nibdew nagħżluh ħalli nerġgħu noforqu sinna sinna u niżirgħuha sabiex jerġa' jkollna ċiklu ieħor ta' tewm. Il-patata tkun tiġa stivata u nibdew nippreparaw għaż-żriegħ ta' wiċċ patata ieħor propju għal Awwissu jew Settembru skont f 'liema parti ta' Malta jew Għawdex tkun l-għalqa li fiha jkun se jsir iż-żriegħ. Nibdew naħsbu biex naqtgħu l-għeneb u ħafna jibdew jagħsru l-inbid għall- ħabta ta' San Bert (24 t' Awwissu). F' Awwissu nibdew naħsbu biex inferrxu u naħartu d-demel biex inħejju għal sena oħra ta' produzzjoni fejn nerġgħu nibdew naħsbu biex nixtru żrieragħ kemm tal-patata u prodotti ohra biex kif tinħarat l-art u tistrieħ waqt is-sajf, nistennew l-ewwel xita ħalli nagħtu ħarta l' art u nibdew nħawwlu mill-ġdid biex fix-xhur tax-xitwa nerġgħu nkunu f 'pożizzjoni li naqtgħu l-prodotti. Isir ukoll il-qtugħ tat-tadam anke sabiex jitnixxef biex isir tadam imqadded jew biex jiġi proċessat f 'kunserva jew polpa fost l-oħrajn. Nibdew naħsbu biex nħawwlu x-xitel tat-tadam tax-xitwa- dak li nsejħulu tadam tal-qasba u dan għaliex il-pjanta tat-tadam titwal u tkun trid xi tip ta sapport- il-qasba- biex tixxeblek miegħu. Il-bdiewa jibdew iħejju wkoll għall-kromb -pastard, brokkli u kaboċċi- biex aħna nużaw fil-platti tagħna bħal minestra jew xi soppa f 'dawk ix-xhur kiesħa tax-Xitwa, u diversi ħxejjex oħra bħall-ħass, zunnarija u oħrajn li nsibuhom fiż- żmien tax-xitwa. Fil-Ġimgħa ta' Santa Liena naqtgħu l-ħarrub jew biex nagħlfuh lin-nagħaġ jew ħnieżer jew inkella biex nagħmluh f 'forma ta' ġulepp biex nużawh meta jkollna xi naqra sogħla jew biex nagħmlu l-karamelli tal-ġulepp. Min ikollu n-naħal jaqta' l-għasel u jahseb kif ser jagħmel biex iżomm u jitma n-naħal biex fil-perjodu tas-sħana u n-nixfa n-naħal xorta jsib x'jiekol u jipproduċi l-għasel bnin Malti. Min għandu n-nagħaġ jibda jaħseb biex jqarwiżhom (jqaxxarrhom) biex inaqqas mis- sħana li jħossu l-bhejjem.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020