Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 • illum 'Jekk nibqgħu magħluqin sakemm ikun il-bidu tat-tmiem tagħna' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Hija kważi klixè dik li konna ngħidu u li fl-aħħar snin, forsi bil-qawmien u bis- saħħa tal-vuċi tal-lobby tal-kostruzzjoni, insejna li fil-fatt - mit-turiżmu jiekol kulħadd. Mhux biss dawk l-eluf li jaħdmu fis-settur dirattement - primarjament fil- lukandi, ajruporti u linji tal-ajru imma wkoll eluf ħafna ikbar li jibbenefikaw mit-turiżmu indirettament - tat-taxis, ħwienet f 'żoni turistiċi, bars, ristoranti, ħwienet tas-souvenirs, kuċċiera, kafeteriji, dawk kollha li jfornu l-ikel lill- lukandi u ristoranti ... u ħafna aktar. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Ministru Julia Farrugia Portelli, l-ewwel intervista magħha bħala Ministru. Nibdew billi niġbdulha xi it saqajha; kif qed tħossha li tliet xhur u nofs biss minn meta saret Minisrtru kellha tiffaċċja l-agħar kriżi li qatt iffaċċjat din l-akbar industrija ta' pajjiżna? "Ma nħossnix sfortunata, jiena persuna li jekk tpoġġini ġo kaxxa irrid nara kif se noħroġ minnha u sfida dejjem neħodha. Anke meta kont fil-ġurnaliżmu, hekk kont nimxi," tgħid l-eks Ministru li fil-fatt hija eks Editur ta' din l-istess gazzetta. Tammetti illi kważi kull min kien fiż- żarbun tagħha kellu t-tajjeb u figuri pożittivi ġejjin lejh - kemm Ministri Laburisti u anke Nazzjonalisti. Fil-fatt kien hemm tnaqqis fit-turiżmu fil-passat, minħabba fatturi naturali jew il- kriżi finanzjajra, imma qatt ma kien hemm waqfien totali ta' kollox - xi ħaġa li tagħmel dak ta' bħalissa uniku. Bidliet fil-liġi kontra l-abbuż "F'dan is-silenzju rridu nagħmlu analiżi. Konna ilna 15-il sena ngħidu li jrid ikollna viżjoni. Issa jiena fi it żmien ieħor se nkun qed immur il-Parlament u hemmhekk nħabbar bidliet fil-liġi li jippermettu illi nibdew naqtgħu bis-serjetà l-abbużi." Hija indikat li hawn qed titkellem fuq postijiet sub standard jew inkella nies li m'għadhomx liċenzji biex joperaw. "Irid ikollna level playing field għal kulħadd." L-ILLUM twaqqaf lill-Ministru hemmhekk u tfakkarha illi filwaqt li dan huwa kollu tajjeb, pajjiżi kompetituri diġa' bdew joffru inizjattivi biex iħajru lin-nies imorru vaganza f 'dan il-pajjiż: Sqallija u l-Greċja huma tnejn minnhom. malta x'qed tagħmel eżattament? 'Qed nipproponu li jkollna sajf u vaganzi' "Id-Deputat Kummissarju Ewropew qalet illi se jkun hemm Sajf u se jkun hemm vaganzi tas-Sajf. U din għidniha aħna, fil- fatt bħala Gvern fil-laqgħa tal-Ministri tat- Turiżmu Ewropej aħna konna fost l-ewwel li għidna dan. Qbilna wkoll li ma nistgħux nistennew il-vaċċin biex niħu l-ajruport." Allura l-Ministru Farrugia Portelli ma taqbilx ma' Alex Agius Saliba, li kritika lil Roberta Metsola, li qalet illi hemm bżonn ikollna Sajf, hux hekk? Filwaqt illi tevita li tidħol f 'dak li qal l-MEP Laburista, Farrugia Portelli sostniet li l-Unjoni Ewropea għamlet it li xejn fuq il-Covid-19 u li hi mhux se tistenna lill-istituzzjonijiet Ewropej biex tiddeċiedi x'għandu jsir. "Jiena qatt mhu se nasal nikkomprometti s-saħħa tan-nies," tisħaq Farrugia Portelli li tkompli tgħid iżda li "jiena ġimagħtejn ilu pproponejt li jrid ikun hawn sajf u li jrid ikun hawn mezzi siguri bejn pajjiż u ieħor. Naturalment m'aħniex qed nipporponu li niħu r-rotot ma' pajjiżi li qabdux art mal-Covid-19 u lanqas li niħu l-ajruport għada. Pero qed naħdmu ma' xi pajjiżi biex naraw kif nistgħu niħu rotot u modi assolutament siguri ta' vjaġġar." Imma x'inhuma dawn is-safe corridors li qed issemmi l-Ministru? X'se jfissru? Kwarantina għat-turisti? Hija ċċarat li qed tirreferi għal uħ ta' aċċessi ma' pajjiżna li bħalna qed ikollhom riżultati eċċellenti. Għalkemm ma elaboratx dwar id- dettalji. "Jiena qed niltaqa' ma' familji fejn iż- żewġ partijiet jaħdmu fit-turiżmu," qalet il- Ministru biex turi kemm fil-fatt hawn nies li minn naħa qed ibatu pero minn naħa l-oħra wkoll qegħdin jibbenefikaw mill- paga minima li qed iħallas il-Gvern. 'Għalissa qed nipproponu li nibdew niċċaqlaqu ...' L-ILLUM tinnota illi allura l-Ministru qed tindika li l-ajruport jiaħ fis-sajf b'kontrolli. 'Jiġifieri l-Gvern qed jagħti l-ġenb b'mod assolut il-possibilità li niħu l-ajruport wara li nsibu vaċċin?' "Għalissa qed ngħid li aħna qed nipproponu li nibdew niċċaqalqu għas- Sajf. Imma fuq kollox hemm il-kelma tal- awtoritjiet tas-saħħa. Irrid nfakkar ukoll li għandna ħafna sitwazzjonijiet mediċi illi għalihom ma sibniex kura. Għandna l-HIV, imma ma waqafniex ikollna relazzjonijiet sesswali. Ikollna eluf ta' nies imutu f 'inċidenti madwar id-dinja, ma waqafniex insuqu." Il-Ministru tfakkar lill-gazzetta li l-uħ gradwali tal-ajruport mhuwiex l-istess bħall-għeluq. Hija qalet illi l-Gvern se jixgħel l-iswiċċ meta jkun hemm bżonn, meta jkun jista' u ma' dawk il-pajjiżi li nistgħu niħu. "Bħalissa qed jiġu diskussi diversi miżuri. Fosthom jekk persuna tkunx f 'saħħitha li ssiefer. Qed niddiskutu l-użu tal-għodda bijometriċi, per eżempju, qed niddiksutu wkoll kif se nbiddlu t-tip ta' luggage handling fl-ajruport..." "Ir-riskji qegħdin hemmhekk biex nimmaniġjawhom mhux nibżgħu neħduhom," qalet il-Ministu li wissiet illi "jekk se nħallu kollox magħluq bħala pajjiż u nistennew il-vaċċin, dan ikun il-bidu tat- tmiem tagħna." 'Kollox bil-galbu u b'attenzjoni' Il-Ministru Farrugia Portelli tisħaq illi hi qed timbutta wkoll sabiex ristoranti u bars jineħu, kollox operat bil-protokolli neċessarji u kollox bid-distanza u maħsub - anke fuq kif isir jekk isir buffet, per eżempju. Hawnhekk il-Ministru tiaħ parenteżi illi dan kollu jiddependi minn numri u d-diskussjonijiet li għaddejjin bejn il-Ministeru u l-awtoritajiet tas-saħħa. Il-gazzetta tinnota wkoll li filwaqt illi fetħu xi ħwienet kollox huwa kajman immens u l-infieq huwa baxx ħafna. "It- turiżmu huwa l-mutur li se jgħaqqad kollox. In-nies iddejqu ġewwa u jridu joħorġu. Imma kollox ird isir bil-galbu u b'attenzjoni," tgħid il-Ministru. Mal-ILLUM kompliet tispjega kif anke fuq il-bajjiet jeħtieġ ikun hemm standards bażiċi. "Naturalment mhux se jkun hemm attivitajiet tal-massa, bħal Isle of MTV u ħadd mill-industrija mhu qed jippretendi dan." Hija qalet illi bħalissa qed isiru laqgħat u taħdidiet biex anke fit-turiżmu tibqa' tingħata l-għajnuna tal-Gvern lill- ħaddiema u din l-għajnuna tiġi phased out bil-mod il-mod. Diskussjonijiet ma' tmien pajjiżi dwar 'safe corridors' Il-problema hija li ħafna mid- destinazzjonijiet li huma kkunsdrati bħala It-turiżmu jinsab f'qagħda mwiegħra hekk kif issa għaddew kważi xaharejn u nofs minn meta għalaq l-ajruport u t-turiżmu waqaf. Il- gazzetta ILLUM titkellem mal-Ministru għat-Turiżmu li tgħid ċar illi pajjiżna ma jiflaħx jistenna sakemm insibu vaċċin....

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020