Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

02 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Regent Pharmacy, Valletta Brown's Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Qormi Pharmaplus, Birkirkara O'Hea Pharmacy, Gżira Spiżerija Kappara, San Ġwann Stella Maris Pharmacy, Sliema Medica Pharmacy, Balzan St. Louis Pharmacy, Mosta Brown's Pharmacy, Mellieħa Tarxien Pharmacy, Tarxien Verdala Pharmacy, Bormla Fgura Pharmacy, Fgura Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Milia's Pharmacy, Żurrieq Brown's Pharmacy, Żebbuġ Ideal Pharmacy, Rabat Castle Pharmacy, Victoria, Gozo Ta' Pinu Pharmacy, Għarb, Gozo MIA Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Sabiħ bi sħab għoli Viżibilità Tajba Riħ Grieg il-Lvant forza 4 għal 5 li jsir Grieg it-Tramuntana forza 3 għal 4 u jdur mill-Majjistral forza 4 għal 5 mal-lejl Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lvant forza 3 li jsir Lvant ix- Xlokk forza 4 Baħar Ħafif għal moderat Imbatt Baxx minn Nofsinhar ix-Xlokk Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Jibda l-iskavar fil- proġett taċ-Ċentru tas- Saħħa Ċensu Moran Ix-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali ta' Raħal Ġdid, magħruf bħala ċ-Ċentru Reġjonali Ċensu Moran, daħal fid-disa' xahar tiegħu u qed javvanza b'ritmu tajjeb, tant li fil-ġranet li ġejjin mistenni jibda xogħol ta' skavar biex sal-aħħar tas-sena tkun telgħet l-ewwel binja. Dan wara li ġew aġġustati d-disinni tal-binja sabiex ikunu ppreservati żoni sensittivi li nstabu wara li bdew ix-xogħlijiet, li jinkludu xelter ta' żmien it-Tieni Gwerra Dinija u ġibjun tal-ilma, li issa ġew inkorporati fid-disinni l-ġodda. Waqt żjara fuq il-post, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tenna li ladarba jkun lest, dan iċ-ċentru tas-saħħa se jkun mgħammar b'tagħmir tal-ogħla livell biex ikunu offruti aktar minn 25 servizz lil madwar 205,000 persuna li jgħixu fin-naħa ta' isfel ta' Malta. Spjega li dan se jwassal biex jitħaffef il-piż fuq l-Isptar Mater Dei, fid-dawl li se jkunu qed isiru saħansitra operazzjonijiet ħfief fiċ-ċentru stess. Id-Deputat Prim Ministru kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-bini taċ-Ċentru Reġjonali Ċensu Moran se jkun qed jiffaċilita l-aċċess li n-nies fil-komunità jkollhom għas-saħħa primarja. Zrinzo Azzopardi sostna li permezz ta' dan l-investiment ta' €33 miljun dan iċ-ċentru tas-saħħa se jkun qed itejjeb il-livell ta' għajxien tan-nies, ħidma konkreta ta' kif il-fondi Ewropej qed jintefqu favur in-nies. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) Carmen Ciantar spjegat li dan il- proġett se jkollu kobor konsiderevoli fuq medda ta' 40 tomna art. Saħqet li l-Fondazzjoni ħadmet id f 'id mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex il-wirt storiku li nstab jiġi preservat filwaqt li x-xogħlijiet jibqgħu għaddejjin mingħajr ma ssir ħsara lis-sejbiet arkeoloġiċi.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020