Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

B la dubju ta' xejn kulħadd jinsab ħerqan biex din il-pandemija ngħaddu minnha u nerġgħu lura għar-rutina ta' qabel. Kulħadd għandu ġenn biex jerġa' jibda jagħmel l-affarijiet li kien iħobb jagħmel qabel u biex jerġa' jara lil qrabatu li forsi minħabba li jaqgħu mal-lista ta' nies vulnerabbli kellu jżomm il-bogħod minnhom f 'dawn l-aħħar ġimgħat. Żgur mhux forsi li n-negozji li laqqtu daqqa kbira matul dawn l-aħħar xhur jinsabu ħerqana biex il-ħajja tiġi lura għan-normal u r-rota ekonomika terġa' tibda ddur, speċjalment fil-gżejjer Maltin fejn matul dawn l-aħħar snin drajna b'rati ta' tkabbir għoljin u b'ekonomija b'saħħi- tha. L-investimenti bla preċedent li saru f 'pajjiżna matul dawn l-aħħar sebgħa snin u l-għaqal li bih tmexxa' l-pajjiż kien stru- mentali f 'dan iż-żmien ta' kriżi, tant li aħna wieħed mill-it Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li l-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li ser inkunu qed nirkupraw malajr fi żmien qasir sas-sena d-dieħla. Dan grazzi wkoll għall-pakketti ta' miżuri u inċentivi li adotta l-Gvern matul dawn ix-xhur sabiex jagħti nifs lin-negozji u l-ħaddiema, għa- jnuna li ġiet klassifikata bħala l-aktar waħda ġeneruża fid-dinja. Dan kollu tajjeb u importanti, u nemmen li rridu nibqgħu nsostnu lin-negozji tagħna għaliex huma l-mutur u s-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna. Pero' importanti wkoll li f 'dawn iż-żminijiet, filwaqt li nibqgħu nagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ sabiex naraw li l-industriji tagħna jibqgħu jinżammu ħajjin u jerġgħu jibdew jingħataw in-nifs tant meħtieġ, irridu nibqgħu ffukati fuq l-aktar ħaġa importanti, cioe is-saħħa pubblika. Irridu nibqgħu viġilanti u ma nħallux l-emozzjonijiet jiġru bina, għaliex qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel. Fil-Parlament Ewropew, il-Partit tal- Popolari li minnu jifformaw parti l-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, din il-ġimgħa enfasizza u għamel pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea biex mill-aktar fis ikun hemm uħ tal-fruntieri u jerġa' jibda jitħaddem il-kunċett tal-moviment ħieles li aħna mdorrijin bih, bejn l-iStati Membri kollha u mhux biss bejn dawk li jagħmlu ehim bilaterali ma' pajjiż ieħor, anke jekk f 'dan l-istadju għad m'għandniex il-vaċċin u għadna qed jiġu skoperti ħafna każijiet ġodda ta' kuljum. Saħansitra, il-Membru Parlamentari Roberta Metsola ressqet proposta sabiex l-ajruporti jinfetħu kollha fil-bidu tas-sajf, u sabiex l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jagħżlu huma ma' min iridu jagħmlu ehimiet bilaterali li għalihom għandu jinfetaħ l-ajruport. Jien totalment ma naqbilx ma' din il- proposta għaliex nemmen li m'għandux jkun hemm deċiżjoni waħda komuni għall- Istati Membri kollha. Nemmen li għandna nibqgħu kawti u nimxu ma' dak li jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa tagħna u mhux ma' dak li jiġi deċiż fuq livell Ewropew, u aktar minn hekk importanti li jkun ċar li din l-għażla għandha tibqa' kompetenza nazzjonali. Kull Stat Membru għandu jitħalla fil-liberta' li jagħżel meta huwa l-aħjar żmien li jiaħ l-ajruporti tiegħu u ma' liema Stati Membri oħra għandu jippermetti vjaġġar. Ċertament, żgur mhux il-każ li l-awtoritajiet u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ser joqgħodu jżommu l-fruntieri magħluqin bla raġuni. Żgur li l-Gvern huwa ħerqan biex jara l-ekonomija tirpilja u żgur li naqblu li għandna bżonn l-ajruport u l-portijiet miuħa ħalli t-turiżmu jerġa' jibda jiżdied. Pero' kollox f 'ħinu u f 'waqqtu u din il-kompetenza sanitarja u fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni li jinfetaħ l-ajruport għandha tibqa' waħda sovrana. Filwaqt li ngħid dan, importanti li nilħqu bilanċ san, u ma nkunux negattivi. L-ekonomija hija ferm importanti u għandna nibdew naraw li terġa' tibda taħdem u tirpilja. It-turiżmu huwa settur ferm b'saħħtu f 'pajjiżna u għandna nagħmlu minn kollox biex naraw li jerġa' jingħata l-ħajja mill-aktar fis. Pero' xorta waħda l-akbar importanza hi li nżommu s-saħħa pubblika bħala l-priorita' ewlenija f 'dan kollu u għandna nassiguraw li nibqgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fostna. Ma naqbel xejn mal-moviment fl-Ewropa li qiegħed jimbotta sabiex l-ajruporti u l-portijiet tal-iStati Membri jiħu kollha f 'daqqa f 'data stipulata u li tkun maqbula fuq livell Ewropew. Il-uħ għandu jsir meta l-awtoritajiet tas-saħħa u l-Gvern iħoss li huwa sigur li jirċievi ċittadini minn Stati Membri oħra u għandu jkun liberu jagħżel hu ma' liema Stati oħra għandu jkollu ehimiet bilaterali. Bla dubju dan sakemm il-pandemija tgħaddi u nkunu nistgħu nerġgħu mmorru lura għan-normal u nħaddmu l-moviment ħieles fl-intier tiegħu. 23 opinjoni Il-kompetenzi sanitarji għandhom jibqgħu tal-Istati Membri illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 Alex Agius Saliba huwa Membru Parlamentari tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba Kull Stat Membru għandu jitħalla fil-liberta' li jagħżel meta huwa l-aħjar żmien li jiftaħ l-ajruporti tiegħu u ma' liema Stati Membri oħra għandu jippermetti vjaġġar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020