Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 editorjal Ma ngħaġġlux! Għax bqajna fil-wiċċ ma jfissrix li ma nistgħux immissu l-qiegħ! F'dan il-perjodu ta' għawġ għad-dinja kollha - imma wkoll għal Malta - resqin lejn mumenti kruċjali, mumenti illi se jirrikjedu kawtela minn kulħadd pero' wkoll deċiżjonijiet mill-Gvern - li l-Gvern jaf illi ikunu xi jkunu se jwasslu għall- kritika ħarxa fil-konfront tiegħu. Dan li ġej se jkun il-mument tal-verità u d-deċiżjoni li se jieħu l-Prim Ministru Robert Abela fis-sigħat li ġejjin u l-ġimgħat li ġejjin ukoll se jiddeterminaw mhux biss il-perkors tal-Prim Ministru innfsu, imma ħafna iktar importanti minn hekk il-perkors ta' poplu u ta' pajjiż. Il-mistqosija hija ċara: Niħu u nirrilassaw aktar - bi uħ ta' aktar ħwienet u eventwalment il-uħ tal-ajruport - jew inħallu kollox magħluq għalissa? It-tweġiba mhix ċara daqs il-mistoqsija. Li hu żgur huwa illi hemm bilanċ li jeħtieġ jintlaħaq, liema bilanċ jeħtieġ jintlaħaq bil-provi u l-fatti xjentifiċi - mhux biss billi naraw u nikkupjaw. F'din is-sitwazzjoni kompletament ġdida għad-dinja m'hawnx pajjiż li żgur qed jimxi sew u ieħor li żgur qed jimxi ħażin. 'e proof of the pudding is in the eating' u mir-riżultati aħħarin se niġġudikaw liema pajjiżi mxew sew u liema le. Biex aħna nkunu ma' dawk il-pajjiżi li fl-aħħar ta' dan il-proċess se jkunu qabdu t-triq t-tajba jeħtieġ illi f 'kull deċiżjoni u kull rilassament ta' miżuri ma jwassalx għal żieda qawwija ħafna li thedded ix-xogħol kollu li sar sa issa. Inkunu insensittivi jekk naħsbu u nirraġunaw b'mod illi ninsew kemm ajruport magħluq għal ħafna żmien jagħmel ħsara kbira lill-ekonomija - jiġifieri lill-ħaddiem u min iħaddmu. Kemm jitilfu nies xogħolhom, kemm jiżdied il-faqar, kemm jersaq iktar il-pajjiż lejn insostenibilità finanzjarja, kemm iktar nies ikollhom problemi ta' saħħa mentali u kemm tkun aktar diffiċli li jerġa jkollna pajjiż u poplu li qed jistagħna, li huwa pożittiv u li huwa kunfidenti. Pajjiżna - gżira daqs blata f 'nofs il- Mediterran - mhux kontinent bil-fruntieri, mingħajr ajruport u port qisu bniedem b'pulmun nieqes u kriżi ekonomika li probabilment hija agħar minn tal-gwerra - mhux xi avventura jew mixja fi ġnien! Hija serja u dannuża! Imma huwa insensittiv ukoll min qed jirraġuna 'Iaħ, imbagħad jara Alla'. Hija ġennata totali dik illi nitilqu niġru biex inħaffu niħu bil-konsegwenza li nreġġgħu lura dak kollu li ħdimna għalih u nġibu fuqna nfusna mewġa oħra - daqs jew ikbar - mill-ewwel waħda! Ġennata jiġifieri f 'kull aspett, anke politiku. Hemm bżonn assigurazzjonijiet illi dawn id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu u li se jittieħdu fi żmien li ġej huma bbażati fuq ix-xjenza u l-fatti xjentifiċi u epidemjoloġiċi - mhux fuq kemm qed jhedded dak jew kemm qed jagħmel pressjoni l-ieħor jew għax 'barra hekk qed jiġri'. Għandna naċċertaw li d-deċiżjonijiet m'għandhomx ikunu bbażati biss fuq ir- rispons tal-Gvern għall-pressjoni ta' ħafna mill-popolazzjoni li ma tridx tibqa' ġewwa - għax hekk hu l-istint ta' annimal soċjali! Is-sitwazzjoni ggravat, fis-sens, iva llum kulħadd iddejjaq, kulħadd qed taqbiżlu, ħafna nies qed ibatu mhux biss finanzjarjament, imma psikoloġikament ukoll. Is-sitwazzjoni hija ħażina, imma ejja ma nilludux ruħna li ma tistax tkun agħar minn hekk. Ejja ma naħsbux li messejna l-qiegħ. Malta baqgħet xi it jew wisq fil- wiċċ, imma l-qiegħ hemm qiegħed, speċjali m'aħniex u jekk ma noqgħodux attenti, immissuh! Ejja naraw illi meta d-deċiżjoni li niħu l-ħwienet jew aktar minn hekk l-ajruport tittieħed, tkun ittieħdet biex ma titreġġax lura. Inutli ngħaġġlu biex imbagħad nerġgħu ngħalqu. Fil-verità jekk nagħmlu hekk - inkunu qed niddeterjoraw is-sitwazzjoni. Irridu ngħixu flimkien u jaf ikollna nadattaw ħajjitna bil-Covid-19 għal dejjem. Minkejja dan, xorta għandna sa fejn u kemm hu possibbli naħdmu biex kemm jista' jkun innaqqsu mill-każi. Kulħadd irid joħroġ minn dan l-għawġ. Ejja noħrorġu minnu b'għaqal! illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020