Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 ambjent IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 • illum Irregolarizza l-propjetà tieghek Ilek snin tipprova tbigħ id-dar jew il- propjetà tiegħek imma sempliċiment ma stajtx minħabba xi illegalità mhux sanzjonabbli? Mela għandek taqra dan l-artikolu. Jekk mhux int, ilkoll nafu lil xi ħadd li fil- passat ħa l-libertà li jestendi dik il-kamra waħda fil-bitħa, jaqsam propjetà fi tnejn, estenda l-propjetà fil-ġnien ta' quddiem jew bena bitħa interna iżgħar mingħajr permess tal-ippjanar. "Din hija d-dar tiegħi u jien se nagħmel dak kollu li rrid biha", tismagħhom jgħidu. Biss l-affarijiet mhux hekk jaħdmu fil-verità, speċjalment meta tasal biex tipprova tbigħ jew tikseb self bankarju għall-propjetà tiegħek. Hemm ħafna nies li meta fil-passat għamlu xogħlijiet fid-dar jew propjetà tagħhom, ma kinux jaħsbu wisq jekk jeħtiġux permess tal-ippjanar jew le. Ħasbu li se jagħmlu l-ħajja aktar faċli u x-xogħlijiet jitlestew aktar malajr. Ħafna sempliċiment bdew ix-xogħlijiet, mingħajr ma ħasbu li fil-futur, meta jaslu biex ibigħu, kienu se jsibu ostakli kbar. Mhux kulħadd jiem dan, iżda mhux l-iżvilupp illegali kollu huwa sanzjonabbli. Għalkemm il-kelma tidher bombastika, dak li verament tfisser hija li permess tal-ippjanar ma jistax jinħareġ għal ċerti xogħlijiet illegali - il-biċċa l-kbira tagħhom huma relatati ma' kwistjonijiet sanitarji jew regolamenti speċifiċi tal-ippjanar. Allura x'inhuma l-għażliet tiegħek jekk issib ruħek dahrek mal-ħajt? L-ewwel u l-iktar ovvju huwa li jitneħħa l-iżvilupp illegali u jitreġġgħu lura l-affarijiet għal kif kienu qabel. Iżda dan mhux dejjem ikun sempliċi jew possibbli. It-tieni għażla hija li tappunta perit li jivverifika jekk ix-xogħlijiet illegali jistgħux jiġu sanzjonati permezz ta' applikazzjoni sanatorja tal-ippjanar. Jekk hu l-każ, il-perit jissottometti l-applikazzjoni sanatorja tal-ippjanar f 'ismek. Jekk dan mhuwiex possibbli, il-perit għandu jissottometti applikazzjoni ta' regolarizzazzjoni. Permezz ta' din il- proċedura ta' applikazzjoni, l-l-Awtorità qed tipprovdi lis-sidien tal-proprjetà opportunità biex jirregolarizzaw żviluppi eżistenti mhux sanzjonabbli u mhux konformi mal-policies u regolamenti. Biex tkun eliġibbli biex tapplika, l-propjetà tiegħek trid tilħaq xi rekwiżiti importanti. L-ewwel nett, il-propjetà tiegħek jeħtieġ li tkun kompletament fil- konfini tal-iżvilupp. Jekk dan hu minnu, imbagħad trid tiżgura li l-binja tidher fir-ritratti mill- ajru meħuda mill-Awtorita fl-2016 - mhux wara. It-tielet, l-istruttura illegali tiegħek ma tistax toħloq ħsara lil madwar. Fl- aħħar nett, l-użu tal-bini għandu jkun skont il-policies u r-regolamenti attwali tal-Ippjanar. Fi kliem ieħor, jekk pereżempju fil- passat biddilt il-garaxx tiegħek f 'panel beater li jinsab fin-nofs ta' żona residenzjali mingħajr permess, għal dan l-użu illegali xorta mhux se jingħata permess taħt dan il-proċess ta' applikazzjoni. X'ser jiswik? Minbarra l-miżati professjonali tal-perit li inti tqabbad, kull applikazzjoni ta' regolarizzazzjoni hija soġġetta għal ħlas, ikkalkulat fit-total u l-akkumulu ta' soqfa fuq kull parti tal- proprjetà li tkun qed tiġi regolarizzata. Bħala applikant, inti wkoll tkun obbligat tħallas tariffa amministrattiva minima ta' €50. Minn Awwissu tal-2016, l-Awtorità rċeviet kważi 13,800 applikazzjoni ta' regolarizzazzjoni, li minnhom ġie ġġenerat introjtu qrib it-€32 miljun. Is-sena li għaddiet, ġie rreġistrat tnaqqis notevoli fis-sottomissjonijiet ta' applikazzjonijiet ta regolarizzazzjoni. In-numri naqsu għal 3,337 applikazzjoni, tnaqqis ta' kważi 37% fuq is-sena ta' qabel. Il-PA kienet kuraġġuża biżżejjed biex tinvesti dawn il-flus lura fil-komunità. Fil-fatt, l-Awtorità investiet €23 miljun fl-iskema popolari Irrestawra Darek u Marsamxett Balcony Grant Scheme. Il- biċċa l-kbira tal-flus li kien fadal marru fid-Development Planning Fund għal proġetti ta' titjib urban fil-komunità. Madankollu, li tapplika għal permess tal-ippjanar, qabel ma twettaq kwalunkwe xogħol ta' żvilupp, jibqa' l-iktar mod effiċjenti biex tiżgura li l-flus tiegħek, il- ħin u s-serħan tal-moħħ ikunu siguri!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020