Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 • illum L-MUMN bi twissijiet iebsa kontra l-ftuħ tal-ajruport u titlob lill-Prim Ministru jikkunsidra sew ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) fi stqarrija appellat lill- Gvern biex jinsa kull tip ta' sajf din is-sena u sostniet illi bosta membri tagħha qed jersqu għandha rrabjati għall-istqarrijiet tal-Ministru Julia Farrugia Portelli dwar il-possibilità tal-uħ tal-ajruport għas-sajf, jisħqu li din hija miżura "purament politika li jista' jkollha riperkussjonijiet kbar." "Huwa fl-interess tal-ħaddiema tas-saħħa u dawk kollha li jinsabu fuq quddiem f 'din il-ġlieda li l-Prim Ministru jikkunsidra sew kull tip ta' turiżmu f 'dan l-istadju bikri," tgħid l-istqarrija li ssejjaħ il-uħ mill-ġdid tal- ajruport bħala "żball kbir". L-MUMN fakkret lill-Prim Ministru illi it eluf ta' turisti li se jaslu hawn mhumiex se jsolvu l-problema ta' ekonomija dgħajfa, "imma jkunu biss katalist għat-tieni mewġa ta' Coronavirus f 'Malta." L-unjin fakkret lill-PM illi saru diversi appelli anke mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) illi l-uħ tal-ajruporti mhijiex miżura bbażata fuq ix-xjenza imma biss fuq il-politika u pressjoni pubblika. Il-unjin fakkret fis-sagrifiċċju li kienu u għadhom qed jagħmlu diversi nies, speċjalment l-anzjani u qalet illi dan kollu jista' jintilef jekk jinfetaħ l-ajruport. "Qabel jiaħ kwalunkwe tip ta' turiżmu jeħtieġ li jsiru aktar miżuri u jsiru aktar testijiet - bl-ikbar sfidi jibqgħu attivitajiet tal-massa bħal tiġijiet, parties barijiet, discos u aktar. "M'għandniex neħduha for granted," tgħid l-MUMN li mbagħad tistaqsi lill-Prim Ministru: "lest titfa' l-ħajjiet f 'riskju?" L-Unjin tal-infermiera tgħid li jkun żball kbir li jinfetaħ l-ajruport dan is-sajf u tinsisti li dan ikun ifisser biss it-tieni mewġa ta' Covid-19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020