Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

31 films illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 Carmel Bonnici L-immaġinazzjoni fertili ta' Jules Verne fiċ-ċinema ... it-tieni parti Il-personalita' ta' Jules Verne kienet waħda kumplessa. Bażikament kien raġel mistħi għalkemm kien jidher fuq tiegħu jiċċajta u anki jittanta, mhux b'mod goff, lil ħaddieħor. L-hena tiegħu kienet meta kien ikun fl-istudjo jikteb jew meta kien ibaħħar fil-Kanal Ingliż ġo dgħajsa tas-sajd b'kabina. Fl-1886 hu kien vittma ta' sparatura li ħallietu b'diżabilità. Ir-raġel li sparalu kien neputih li kien isofri mill-mard tal-moħħ. Minħabba dan l-inċident Verne waqa' f 'dipressjoni. Għalkemm serva fil-Kunsill tal- Belt ta' Amiens, sentejn wara li kien appuntat għadda x-xjuħija tiegħu rtirat. Fl-1892 kien kważi għama ghal kollox u miet fl-24 ta' Marzu 1905 f 'Amiens ta' 77 sena. L-aqwa produzzjonijiet ċinematografiċi minn fuq il-volumi tiegħu, huma dawn: 20,000 Leagues Under e Sea (1954); Michael Strogoff (L-Istati Uniti semmewh A Soldier And e Lady (1937 u Michael Strogoff (1958); Around e World In 80 Days (1956); From e Earth To e Moon (1958); Journey To e Centre Of e Earth (1959 u 2008); Five Weeks In A Balloon (1962) ; Mysterious Island (1961); Master Of e World (1961); In Searċh Of e Castaways (U.S.A. semmewh e Children Of Captain Grant) (1962); Rocket To e Moon (1965); e Light At e Edge Of e World (1971) u e Southern Star (1969), barra diversi oħrajn minn pajjiżi differenti, speċjalment dawk tal- blokk Sovjetiku, dawk għat-TV u avventuri oħra tal-Kaptan Nemo. Fost l-aħjar minn dawn kienu 20,000 Leagues Under e Sea u Around e World In 80 Days li fiċ- ċerimonja tal-Oscars rebaħ ħames premjijiet u qalibha bil-kbir lil e Ten Commandments (imma mhux fid-dħul tal-flus). Xi it informazzjoni għall- aqwa films addattati minn fuq ix- xogħlijiet ta' dan l-awtur rinomat, hi din:- 20,000 Leagues Under e Sea tal-1954, tad-direttur Richard Fleischer, kien wieħed mill-aktar li għamel suċċess għall-kumpanija Disney sas-snin sebgħin meta reġa' ħareġ. Il-Kaptan Nemo (James Mason) juża s-sottomarin tiegħu e Nautilus li jaħdem permezz tal-qawwa atomika biex jgħarraq lill-vapuri. F'inċident minn dawn, dawk li jsalvaw ikunu Ned Land (Kirk Douglas) li jaqbad il-balieni bil- foxna (harpoon), il-Professur tax- xjenza Aronmax (Paul Lucas) u l-assistent tiegħu Conseil (Peter Lorre), li jsibu ruħhom mistednin mhux milqugħa tal-kaptan infami misterjuż. Nemo jurihom is- sbuħija li hemm fil-qiegħ tal-oċean u anki jagħmel ħabib ma' Ned meta jsalvah minn qarnita gġanteska. Dan il-film rebaħ Oscar għall- Aqwa Effetti Speċjali. Around e World In 80 Days (1956) mimli b'44 atturi b'ħafna minnhom jagħmlu dehra verament qasira, huwa twil mat-tliet siegħat. Ġentlom ta' żmien ir-Reġina Vittorja, Phileas Fogg (David Niven jilgħab il-parti b'mod impekkabbli) jirbaħ imħatra li kapaċi jdur id-dinja fi żmien 80 ġurnata. Waqt il-vjaġġi avventurużi tiegħu, jakkumpanjah is-seur tiegħu Passpertout (il- kummidjant Messikan Cantiflas, popolarissimu f 'pajjiżu, Spanja u fl-Amerika Latina). Waqt li l-Ispettur Fix (Robert Newton) isus warajh b'suspett. Fl-Indja huma jeħilsu lill-Prinċipessa Auoda (Shirley MaċLaine), milli tinħaraq fuq munzell ħatab skont drawwa pġartikolari dak iż-żmien. Dan il- film huwa rebbieħ ta' ħames Oscars. Journey To e Centre Of e Earth (1959) ma kienx biss fih l-effetti speċjali imma anki kellu mumenti umoristiċi. Fl-Universita' ta' Edinburgh, l-Iskozja lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, l-istudent Alc McEwen (Pat Boone) iġib ċappa lava lill-Professur Oliver Lindenbrook (James Mason). Meta jħollħa bin- nar ġo fiha jsib mappa taċ-ċentru tad-dinja. Il-vjaġġ li jagħmlu jkun wieħed affaxxinanti u eċitanti, fejn jiltaqgħu ma' mostri, għerien tal-kristall, fungi kbar immens u anki baħar sotterran. Film tassew divertenti. Ftit żmien wara l-Gwerra Ċivili Amerikana, xjentist (Joseph CVotten) jannunzja li vvinta sors ta' enerġija msejħa Power X. Biha hu jiddisinja missila li kapaċi ġġorr nies lejn il-qamar. Flimkien mal- għadu tiegħu (George Sanders), it- tifla ta' dan (Debra Paget), li telgħet bil-moħbi u wieħed tal-ekwipaġġ (Don Dubbins), jiġu sparati lejn il-qamar. From e Earth To e Moon (1959) hu mimli sekwenzi ta' eċitament. F'nofs is-seklu 19, tliet irġiel tal-gvern (wieħed minnhom Charles Bronson) qed jinvestigaw l-iżbruffar minn ħofra ta' muntanja f 'Pennsylvania, minn fuq ballun kbir tal-arja. Meta l-vettura tagħhom tkun attakkata jinqabdu priġunieri fuq e Albatross, bastiment li jtir fl-arja. Is-sid hu Rober (Vinċent Price) li jrid jeqred il-materjal kollu li jikkawża l-gwerer ħalli hu jsir il-kap ta' dinja fil-paċi. Huma, finalment jaħbtu għall-bastiment Albatross li qegħdin fuqu f 'dan il-film Master Of e World (1961) u jeqirduh. Il- kaptan jinżel miegħu. Ix-xogħlijiet ta' Jules Verne, tant mimlija avventuri fantastiċi, żgur li se jibqgħu jinħadmu minn kullimkien, kemm għaċ-ċinema u kemm għat-TV biex ikomplu jferrħu l-generazzjonijiet ta' warajna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020