Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250964

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 opinjoni IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 • illum Owen Bonnici Aktar appoġġ lill-istudenti, edukaturi u ġenituri OWEN BONNICI HUWA L-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL S a mill-bidunett li faqqgħet il-pan- demija COVID-19 il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mall-ewwel ħaseb u ra kif jagħmel biex ikun ta' appoġġ u sostenn għall-is- tudenti kollha ta' kull età u ta' kull sena skolastika, mill-kinder sal-livelli terzjarji. Dan għamlu b'koordinazzjoni sħiħa ma' dawk kollha nvoluti fis-sistema edukattiva tagħna u wkoll mal-imsieħba li jaħdmu jew huma marbuta ma' dan is-settur. Kien ta' pjaċir għaliha għalhekk, li din il-ġimgħa flimkien ma' rappreżentanza ta' akkademiċi tal-Fakultà tal-Edukazzjoni fl- Università ta' Malta, mmexxija mid-Dekan Dr Colin Calleja, nedejna programm ta' outreach li għandu l-għan li jagħti appoġġ b'mod iktar wiesgħa u mifrux lill-istudenti, edukaturi u ġenituri. Dan il-programm ta' outreach jinvolvi wkoll website: lovetoteach.info. Sit elettroniku li huwa aġġornat ta' spiss, u huwa magħmul minn erba' sezzjonijiet differenti: waħda għal studenti li jaqgħu taħt il-kategoriji junior u senior, oħra għall-ġenituri, sezzjoni għall-edukaturi u mexxejja edukattivi, u r-raba' sezzjoni hija għal studenti f 'edukazzjoni ogħla, adulti u l-edukaturi tagħhom. Is-sezzjoni għall-juniors u s-seniors tipprovdi riżorsi interattivi kif ukoll attivitajiet edukattivi awtentiċi għall-istudenti żgħar, filwaqt li s-sezzjoni għall-ġenituri, apparti li toffri riżorsi, toffri wkoll webinars u podcasts għal dawk il-ġenituri li għal dawn l-aħħar ġimgħat għandhom ir-rwol ta' edukaturi għal uliedhom. Umbgħad, is-sezzjoni għall-edukaturi toffrilhom ukoll riżorsi u webinars. Parti minn din is-sezzjoni wieħed jista' jsib serje ta' webinars bl-isem 'Connect to Learning' li tipprovdi żvilupp kontinwu u professjonali lill-edukaturi sabiex iżidu l-ħiliet u l-ideat tagħhom ħalli jtejbu l-prattiċi. Dan is-serje diġà attirat bosta professjonisti edukattivi u qed isir spazju popolari mal- edukaturi Maltin. Dawk li jattendu u joffru l-ideat tagħhom f 'dawn il-webinars se jingħatalhom ċertifikat ta' parteċipazzjoni li jkun maħruġ mill-Fakultà fi tmiem is-serje. L-aħħar sezzjoni toffri riżorsi aġġornati żviluppati minn awturi lokali kif ukoll barranin u anki appoġġ f 'forom ta' webinars u korsijiet qosra lil studenti, adulti u l-edukaturi tagħhom, speċjalment dawk li għandhom x'jaqsmu mat-tagħlim onlajn. Mill-ġdid, nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil kull min kien involut. Tassew kburi bix-xogħol li dejjem taw l-edukaturi tagħna għall-ġid tal-istudenti pero ninsab tassew grat lejn id-dedikazzjoni li baqgħet tintwera minn kulħadd wara l-għeluq temporanju tal-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi. Tajjeb li ngħid li l-Fakultà tal-Edukazzjoni llum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala waħda mill-aqwa 400 fakultà tal-edukazzjoni fid- dinja. Irrid insemmi wkoll li dan is-sit joffri wkoll serje ta' webinars bl-isem vEDUti fejn il-Professur Carmel Borg jilqa' awturi prominenti. Fil-fatt fl-ewwel intervista tiegħu tkellem mal-Professur John Baldacchino mill-Università ta' Wisconsin. Fir-realtà li qed ngħixu fiha, ppreżentata mis-sitwazzjoni tal-COVID-19, għamilna u se nkomplu nagħmlu dak kollu li huwa possibbli biex nagħtu l-appoġġ li hemm bżonn lil dawk kollha marbuta mas-settur edukattiv, fuq quddiemnett lill-istudent, lill-edukatur u wkoll lill-ġenituri u l-kustodji tal-istudenti tagħna. + + + L-appoġġ qed nagħtuh f 'forom u b'miżuri differenti. Imma wkoll qed inkomplu ndaħħlu l-imħabba lejn l-aspetti varji tal- edukazzjoni. U aspett importanti mmens huwa l-qari. Ma nixba qatt nikteb dwar l-importanza tal-qari – u mhux fit-tfal tagħna biss! Kien għalhekk li ħadt gost li flimkien mall-kollega tiegħi l-Ministru Michael Falzon ipparteċipajt f 'attività li fiha komplejt nenfasizza l-importanza tal-qari. Li għamilna kien li bdejna billi tajna aktar minn mija u għaxar ktieb lid-Dar tat-Tfal ta' San Ġużepp ta' Santa Venera, biex nibdew ngħammru d-djar residenzjali tat-tfal b'għażla sabiħa ta' kotba tal-qari bil-Malti u bl-Ingliż permezz tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Dan se jsir bil-għan li dawn id-djar ikabbru jew jarmaw librerija ta' kotba għat- tfal u għaż-żgħażagħ li jagħmlu użu mis- servizzi tagħhom. Din l-inizjattiva bl-isem 'Il-kotba huma l-ikbar ħbieb tiegħek' se tkun offruta lil 18-il dar residenzjali u minnha se jgawdu 'l fuq minn 200 tifel u tifla, żagħżugħ u żagħżugħa. Id-djar se jingħataw għażla ta' kotba bil-Malti u bl-Ingliż, attraenti u tal-aqwa kwalità, ta' ġeneri differenti, kemm fattwali kif ukoll fittizji. Aħna bħala gvern dejjem konna kommessi li nenfasizzaw fuq l-importanza li t-tfal u żgħażagħ jinnamraw mal-qari, aktar u aktar f 'dan iż-żmien ta' sfida. Il-qari jeħodna f 'dinjiet fantastiċi mimlija avventuri u ħolm, waqt li jservina bħala bażi b'saħħitha fil- kamp edukattiv. 'Il-kotba huma l-ikbar ħbieb tiegħek' hija inizjattiva oħra tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol, li flimkien mal- Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ngħaqdet għal għan komuni biex titkompla tixxerred l-imħabba lejn il-kotba u tħeġġeġ il-qari fost it-tfal u ż-żgħażagħ. L-Aġenzija diġà qassmet 100 ktieb lil kull klassi mill-ewwel sas-sitt sena tal-iskejjel primarji tal-istat, forniet librerija mobbli fis- swali Rainbow, Wonderland u Disneyland tal-Isptar Mater Dei u ma' diversi kunsilli lokali armat 12-il librerija f 'ġonna pubbliċi. Irrid infaħħar id-diversi inizjattivi li qed tieħu l-Agenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu anki f 'dan il-perjodu, fosthom diversi programmi fuq it-televiżjoni li wkoll huma marbuta mal-importanza tal-qari, apparti programme oħra li jgħinu lill-ġenituri. Wieħed minn dawn huwa kors qasir onlajn għall-ġenituri 'Il-Kitba żżommna Magħqudin'. Ieħor huwa dak tat-Taqsima tal- Politika Lingwistika tal-Aġenzija li qiegħda ttella' sensiela ta' filmati informattivi qosra għall-ġenituri/kustodji u wliedhom, dwar il-benefiċċji tal-bilingwiżmu – dawn it-tnejn huma fuq il-paġna ta' fejsbuk. Ninsab kburi li b'koordinazzjoni u wkoll bi pjan, il-Ministeru u wkoll id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jinsab għaddej b'din il- ħidma. Se nkomplu nimplimentaw aktar miżuri f 'dan il-qasam, kif għidt fl-ewwel ġranet tiegħi fit-tmun ta' dan il-Ministeru. Aħna rridu li kull student jirnexxi. Irridu li kull student jieħu gost jitgħallem u fl-aħħar mill-aħħar jieħu gost f 'dan il-vjaġġ eċitanti li huwa l-qasam tal-edukazzjoni.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020