Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250964

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 • illum ĠEMMA bl-ewwel parti tal-ktieb dwar l-iscams u l-frodi kummerċjali Fl-20 ta' Mejju, it-tim ĠEMMA nieda l-ewwel parti tal-ktieb elettroniku fuq l-iscams u l-frodi bil-għan li jżid l-għarfien u l-kuxjenza tiegħek dwar l-iscams u l-frodi potenzjali. B'hekk inti tkun tista' tieħu l-azzjoni meħtieġa biex ma tħallix lil min jiskemmjak bil-possibbiltà li ssofri telf finanzjarju. Dan Il-Ktieb iż-Żgħir l-Iswed hu miktub b'mod mexxej li jiffaċilita l-qari. It-tim ĠEMMA inkluda fih l-10 kmandamenti li jkopru l-biċċa l-kbira tal- iscams u l-frodi varji li wieħed jista' jiltaqa' magħhom; uħud tradizzjonali, bħal telefonati bi skop partikolari, kif ukoll oħrajn ispirati mit-teknoloġija, riżultat tal-użu aktar frekwenti tal-internet, li qed jirriżultaw f 'hacking u serq ta' informazzjoni. Is-Sur David Spiteri Gingell, il-mexxej tat-tim ĠEMMA, esprima l-importanza li jinkitbu sensiela ta' kotba elettroniċi dwar l-iscams u l-frodi. Dan il-kunċett tnieda għall- ewwel darba fl-2012 mill- Kummissjoni Awstraljana għall- Kompetizzjoni u l-Konsumatur u wara dan il-kunċett ġie rreplikat mill-Pulizija Metropolitana fir- Renju Unit u l-Kummissjoni għall-Kapaċità Finanzjarja fi New Zealand. Huwa stqarr li Il-Ktieb iż- Żgħir l-Iswed huwa immirat għal persuni li għandhom 16-il sena jew aktar, l-età li persuna jkollha aċċess għal karta ta' kreditu għall-ewwel darba. Il-ktieb elettroniku jagħti pariri utli u prattiċi dwar kif persuna għandha tipproteġi lilha nnifisha, bħal kif tipproteġi l-identità tagħha, tħallas online permezz ta' servizz ta' ħlas sigur, kif ukoll fejn għandha tirrapporta persuna f 'każ ta' suspett ta' frodi. Ingħatat attenzjoni speċjali biex jintużaw termini mhux tekniċi u lingwaġġ tal-IT mhux tekniku żżejjed sabiex il-ktieb jinftiehem mill-persuna medja. It-tim ĠEMMA, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, jaqa' taħt il-kompetenza tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Is-Sur Mark Musù, is- Segretarju Permanenti, stqarr li dan il-ktieb elettroniku li ĠEMMA se tniedi huwa mezz ieħor adottat minn ĠEMMA biex jiżdied l-għarfien edukattiv dwar l-immaniġġjar tal-flus. Il-Ktieb iż-Żgħir l-Iswed dwar l-Iscams u l-Frodi hu l-ewwel f 'serje ta' kotba elettroniċi oħra li ĠEMMA se tniedi, u dan jista' jitniżżel b'xejn mis-sit elektroniku ta' ĠEMMA billi taċċessa: https://gemma. gov.mt/ebook1. Ir-reġistrazzjoni mhix obbligator- ja. ĠEMMA se t o r g a n i z z a webinar fuq dan il-ktieb e l e t t r o n i - ku fit-30 ta' Ġunju, 2020. Id-dettalji se jitħabbru meta tkun qed toqrob il-ġurnata.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020