Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253531

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M inn 45 pajjiż, l-adoloxxenti Maltin bejn 11 u 15-il sena kienu l-aktar dipendenti fuq il-midja soċjali, skont l-Or- ganizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Dan huwa probabilment rifless ukoll f 'etaijiet akbar. Il-midja soċjali hija importanti u kruċjali biex nikkomumikaw, imma mhux biss. Il-midja soċjali - primarjament siti bħal Facebook u Twitter qed isiru vejjikolu għal kull min għandu messaġġ x'jgħaddi jew inkella biex jgħaqqad nies b'gosti simili jew inkella biex jgħaqqad minoranzi flimkien u joħloq fihom sens ta' komunità, sens illi waħdehom mhumiex. Il-midja soċjali kienet u għadha arma li waslet għal rivoluzzjonijiet politiċi u soċjali madwar id-dinja, hekk kif idea jew ħsieb sar dejjem aktar popolari. Kull fejn sebaħ il-jum tad-demokrazija f 'dittaturi bħall-Eġittu u t-Tuneżija - viċin tagħna - il-popli tawha għall-midja soċjali wkoll biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jgħidu xi jħobbu u ma jħobbux u sabiex fuqha jirriflettu s-soċjetà li jgħixu fiha. Il-midja soċjali qed tkun l-aktar pjattaforma demokratika - kważi - għax kważi kulħadd jista' jagħti l-opinjoni tiegħu u jinfluwenza l-opinjoni ta' ħaddieħor, mhux biss min huwa intelletwali u jkun għamel riċerki, imma prattikament kulħadd. U minn hawn jibda l-għawġ. L-effett tal-midja soċjali jista' jkun detrimentali kif fil-fatt rajna waqt il- pandemja hekk kif miżinformazzjoni jew saħansitra gideb isib art fertili fejn jimraħ u jitwemmen. Dan jista' faċilment joħloq isteriżmu u diżordni. Minflok revoluzzjoni allura, tista' toħloq anarkija. Kif sfortunatament qed naraw iżżejjed ukoll, il-keyboard tagħti lil ħafna nies sens falz ta' sigurtà, li jħossu illi fin- nuqqas fiżiku tal-parti l-oħra jistgħu jkunu vixxerali, jistgħu jivvintaw u joffendu għax jafu li keyboard mhux se ttik xi daqqa ta' ponn. Dan is-sens ta' sigurtà huwa mill-aktar falz għaliex l-effett tat-tgħajjira hija ġeneralment l-istess, b'differenza illi tista' tgħidha mingħajr (mingħalik) ma tbati konsegwenzi. L-effetti tal-midja soċjali toħloq madwarek bużżieqa u inti tibda taħseb li dik il-bużżieqa hija r-realtà kompleta mhux parzjali. Jinħoloq dak li bl-Ingliż jissejjaħ echo-chamber u allura post fejn inti tisma' l-istess ilħna jirbumbjaw. Tibda taħseb illi d-dinja hija Facebook u dak l-echo chamber jirrapreżenta dak li jaħseb kulħadd. Imma qed tinsa li eluf kbar ma jużawx Facebook u eluf akbar oħrajn ma jħobbux juru x'jaħsbu jew x'qegħdin jagħmlu fuq il-mezz soċjali. Qisek qiegħed fuq tal-linja u kulħadd jibda jkanta l-innu tat-tim tal-futbol ta' Manchester u tibda temmen illi allura kulħadd mal-Manchester iżomm. U nafu li din mhix realtà! L-użu tal-midja soċjali tista' wkoll tiggrava problemi ta' saħħa mentali, meta mill-ġdid tkun fil-bużżieqa u taħseb li kulħadd għandu ħajja speattakolari, kulħadd jinsab fi żwieġ ħieni, kulħadd jiflaħ iħallas għall-kapriċċi ... il-midja soċjali mhux qed turik il-ġlied u l-ansjetà ta' wara l-purtiera u l-istress li joħloq xogħol fuq xogħol biex ikunu jistgħu jinxtraw il-kapiċċi. U malajr taħseb li dak li qed tara fuq il-palk virtwali hija r-realtà. Għalhekk il-mdja soċjali hija ħarba mir-realtà u għalhekk meta l-użu tal- midja soċjali jsir vizzju - li mingħajru ma toqgħodx - ikun jeħtieġ l-istess duwa li jeħtieġ kwalunkwe vizzju ieħor, għaliex ir-riperkussjonijiet jafu jkunu ħżiena daqs, jekk mhux agħar, minn vizzji oħra. Għalhekk iċ-ċifra tal-WHO dwar Malta hija inkwetanti u mhux it! Midja soċjali: Id-dipendenza żejda hija vizzju daqs kwalunkwe ieħor

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020