Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253531

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 • illum Wara l-Coronavirus imiss lit-tama Dun Anġ seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth Dun Anġ Seychell F il-gazzetta Ingliża Guardi- an Weekly ta' l-24 t'April, Rebecca Solnit, kittieba ta' l-istorja, attivista u awtriċi ta' diversi kotba, kitbet artiklu jismu HOPE IN A TIME OF CRISIS. Tant għoġobni li qed inġib ġabra qasira tiegħu. Qed ingħixu qalb il-biża' u l-iżolament, iżda qed nitgħallmu li nistgħu naslu għal tibdil profond. Jista' jkun li meta ngħaddu minn tsunami, nibdew nimu x'qawwa hemm fil-kommunita u x'nistgħu jirnexxielna nagħmlu flimkien. Ninsabu fi kriżi. Medikament meta pazjent jasal f 'salib it-toroq jew jibda t-triq tal-fejqan jew dik tal-mewt. Ahna ninsabu f 'salib it-toroq. Ħriġna minn dik li konna nsejħu l-ħajja normali u qed naraw kollox jinqaleb. Id-dmir ewlieni tagħna hu li nimu l-mument preżenti, naraw dan x'jitlob minna u x'jista' jagħmilha possibli li dan isehh. Dak li llum hu dgħajjef qed jitkisser taħt pressjoni ġdida, dak li hu b'saħħtu qed iżomm sħiħ u dak li kien moħbi qed jitla' fil-wiċċ. Il-bidla mhux biss saret possibli, imma tista' ġġorna magħħa. Ahna ninbidlu mal-bidla fil-prijoritajjiet tagħna, l-idea tal-mewt iġġiegħlna naħsbu f 'ħajjitna u nintebħu iżjed kemm hi prezzjuża l-ħajja. Anke min "aħna" jinbidel għax naqsmu dir-realta' ġdida ma' min il-bieraħ kien għadu barrani f 'ħajjitna. Insibu rwieħna naddattaw lilna nfusna għat-tibdiliet soċjali u ekonomiċi profondi, qed nistudjaw il-lezzjonijiet li d-diżastri jgħallmuna u naddattaw ruħna ghal dinja mhix mistennija. X'jgħallimna d-diżastru Jgħallimna li kollox għandu rabta ma' kollox. F'waqtiet ta' tibdil immens inħarsu izjed ċar lejn is- sistemi politiċi, ekonomiċi, soċjali, ekoloġiċi li hawn madwarna. Il-bidla turina x'hawn sod, x'hawn dgħajjef, x'inhu importanti u x'mhux. Dawk li l-aktar jibbenefikaw mid-diżastru huma dawk li sikwit aktar ħsiebhom biex jippreservaw mill-ġdid il-qagħda ta' qabel, milli jħarsu l-ħajja tal-bnedmin. Fi kriżi s-setgħana sikwit jippruvaw jaħtfu izjed poter, kif seħħ did-darba fejn il-għonja fittxew iżjed għana u ħasbu biex jissospendu jeddjiet kostituzzjonali. Meta fit-18 t'April 1906 terremot enormi laqat il-belt ta' San Francisco fl-Amerika, il-militar Amerikan, konvint li n-nies ordinarji kienu theddida u għajn ta' diżordni, is-sindku tal belt ħareg proklama 'sparaw biex toqtlu' kontra min imur jieħu xi ħaġa mill- bini mwaqqa u s-suldati ħasbu li bhekk kienu qed iżommu l-ordni. 99 sena wara, meta seħħ l-uragan KATRINA fil-belt ta' New Olleans il-pulizija u l-viġilantes għamlu l-istess -sparaw għas-suwed biex jiddefendu l-proprjeta u l-awtorita' tagħhom infushom. Fl-Amerika, fl-Ingilterra u fil-Brażil u ħafna pajjiżi oħra, il- mexxejja ma waslux biex jintebħu li waqt li l-pandemija se ġġib kraxx ekonomiku, se toħloq ukoll opportunita' lis-setgħa awtoritarja fil-Filippini, fl-Ungerija, f 'Iżrael u fl-Amerika. Dan fakkarna li l-akbar problemi għadhom dawk politici u hekk ukoll is-soluzzjonijiet tagħhom. L-akbar bidla seħħet fl-ispazju L-akbar bidla seħħet fl-ispazju. Bqajna d-dar, dawk li għandhom. Irtirajna mill-iskejjel, mill-fabbriki, mill-konferenzi, mill-vaganzi, mill-gym, mill-parties, mill-bars. mill-każini, mill-knejjes, moskej, sinagogi.... u l-ħajja ta' kuljum ma baqgħetx bieżla! Il-filosfa mistika Franciża Simone Veil darba hekk kitbet lil ħabiba tagħha tal-bogħod: "Ejjew inħobbu dal-bogħod li hu marbut ħaġa waħda mal-ħbiberija, billi dawk li ma jħobbux lil xulxin mhumiex separati". Irtirajna minn xulxin biex inħarsu lejn xulxin. U n-nies sabu kif igħinu lil min hu vulnerabbli, minkejja li neħtieġu nibqgħu fiżikament imbegħda. U Rebecca Solnit tispiċċa hekk: "It-tama toffrilna ċ-ċareżża qalb l-inċertezzi ġejjiena, għax fihom ikun hemm konflitti ta min jidħol fihom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020