Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262264
19 letteratura illum • IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jmur lura f'Belt il- Lussemburgu permezz tal-ġabra ta' stejjer qosra t'Alfred Sant Ċpar. Mir- rakkonti divertenti ta' ċertu Dinu dlonk jgħaddi għat-tifsiriet psikoloġiċi serji tan-narrattivi ta' Sant, sakemm għodwa minnhom isib ruħu mgeżwer ġo gverta kbira u ħoxna ta' ċpar. Il-linja li tofroq il-ħolm mir- realtà tiddennes mhux ftit filwaqt illi tidħollu – f'tebqa t'għajn – stedina xejn mistennija biex imur ifittex iż-żmien mitluf. Għar-ripar fiċ-ċpar... bien sûre... n-nom divertimenti it li xejn jagħmel ġieħ lir-rakkonti tiegħu. Forsi jixraq iżjed għall-istejjer mistħajla tad-Dinu. Hu x'inhu, divertenti jew mhux, bil-ġabra Ċpar Alfred Sant reġa' kompla jsaħħaħ il-qagħda tiegħu fostna bħala wieħed mill-aqwa kittieba tagħna. U dan mhux biss bis-saħħa tal-ħakma soda tiegħu fuq l-ilsien Malti, iżda wkoll permezz tal-immaġinazzjoni tassew għammiela u tat-tekniki letterarji li spiss baqa' jħaddem b'tant astuzja u ħila matul dawn l-aħħar tnejn u ħamsin sena. Għar-ripar fiċ-ċpar Sewwasew bħali, iċ-ċpar ma tantx idejqu lil Alfred Sant. Donnu anke hu jsib ripar fiċ-ċpar. Difatti f 'artiklu qasir illi tella' fis-sit web personali tiegħu daqs sena wara li dehret din il-ġabra kiteb hekk: "Stramb kif qed jispiċċa s-sajf fi Strasburgu fejn kont din il-ġimgħa għal-laqgħat plenarji tal-Parlament Ewropew. Dis-sena qaluli għamlet ħafna xita matul ix-xhur ta' Lulju u Awwissu. Issa, it-temp qaleb għal bnazzi u sħana pjaċevoli, mhux waħda tifgak bl-umdità kif għadu qed jiġri f 'Settembru fostna. Biss, ix-xemx tidher tard filgħodu, kwazi jkun wasal nofsinhar. Sa dak il-ħin, u speċjalment lejn id- disgħa, il-belt tkun maqbuda fi gverta kbira u ħoxna ta' ċpar. Il- katidral tarah jintilef f 'dil-gverta u anki l-ġnub tat-toroq minn fejn isuquk bilkemm jingħarfu. Mhux kulħadd iħobbhom dawn l-effetti. Lili jogħġbuni. Il-belt donnha tisbieħ bihom, aktar u aktar għax ma jgħabbukx bid-dwejjaq tar-riħ isfel. [...]" Forsi din stqarrija tgħinna nimu aħjar il-leitmotiv ta' din il-ġabra. Anke l-karattri li ħoloq fin-nisġa kumplessa ta' dawn l-għaxar narrattivi jinsabu "maqbuda fi gverta kbira u ħoxna ta' ċpar". Bosta minnhom it li xejn ikollhom ħjiel dwar xi jridu tassew, xi ġralhom tabilħaqq, fejn sejrin sewwasew. Forsi b'mod xi it simili għall-esperiment letterarju tiegħu Bħal f 'Dizzjunarju (2011), dan il-leitmotiv jirrappreżenta l-mod imdennes kif in-nies għandhom ħabta – fil-livell psikoloġiku – jiakru jew ifissru l-ġrajjiet enigmatiċi ta' ħajjithom. Kull rakkont f 'din il-ġabra donnu mgeżwer fiċ-ċpar b'tali mod li l-qarrej jibqa' sal-aħħar maqbud fl-istess dilemmi u inċertezzi li jkiddu lill-karattri ewlenin. It-temp ċlampu, il-viżibbiltà baxxa: min fettillu jħoll l-iskorfini tar-roti tal-bażwer li kraxxja fuq mara anzjana u qatilha? (Sens Ċiviku). X'kienu qed jagħmlu dawk is-seba' rġiel f 'dak ir- restorant waqt li fil-belt kienet qed tinġema' dimostrazzjoni liema bħalha? (Fir-Restorant) X'mar jagħmel Carabott fil-Bajja l-Bajda? (Ġrajja Gotika). Tgħid hemm xi nasba moħbija xi mkien wara l-proposta taċ-ċelebrazzjonijiet tat-tmenin anniversarju mit- twaqqif tal-Każin tal-Kjari? (It- Tmenin Anniversarju). Liem misteru forsi qed taħbi Klara minn Joyce? (Joyce u Klara). U kif u biex tassew miet it-teologu Tumas t'Akwinu? (Fossa Nuova). Ħolma ġo ħolma Din tal-aħħar hija bla dubju l-aqwa storja tal-ġabra. Ma trid xejn biex hija l-aqwa storja li qatt kiteb Sant. Madankollu ngħid għalija ebda waħda minnhom ma laqtitni daqs Ċpar, l-iżjed għax tittratta proprju t-temp mgħajjeb li sikwit rajtu jaqa' – bħall-ħaqq fuq ir-residenti kollha – fuq il- pajjiżi Benelux, fosthom Brussell. Litteralment, din id-darba, kollox jiżvolġi f 'toroq u fi pjazzez imċajpra waqt li Paula tipprova tissielet kontra d-diqa u d-dwejjaq li ħakmuha wara li tilfet impjieg li tant kien għal qalbha. Nistqarr li frisk lura Malta, jien u naqra din l-istorja, it-tmien snin tiegħi fil-Lussemburgu għaddew minn quddiem għajnejja bħal ħolma ġo ħolma kemxejn imċajpra li m'iniex fis-sew qattx għext, sewsew bħall-ħrejjef divertenti tad-Dinu. Iżda mbagħad, anke daqs tliet ġimgħat ilu meta qrajtha mill-ġdid għall-enneżima darba, bqajt mistgħaġeb kif kull dettall mistħajjel mill-pinna ta' Sant seħħlu jqanqal fija tant u tant tiiriet – bħalkieku jiena stess fl- imgħoddi kont – filfatt u fiċ-ċpar – uħud mit-tizji fittizji li jsawru din in-narrattiva daqstant familjari: Paula, Alex, Mauro, saħansitra l-istatista Monterro... mhux l-inqas Julie li – oħroġ il-għaġeb – kważi ma tgħid xejn għajr "oui, oui, bien sûre". Imbagħad l-eżami u dak l-addiju ħelu għand id-Dinu... Għat-tfittxija taż-żmien mitluf "It-tiir tal-ħwejjeġ mgħoddija mhux bilfors huwa t-tiir tal- ħwejjeġ kif kienu tabilħaqq," kiteb Marcel Proust fir-rumanz ċelebri tiegħu À la recherche du temps perdu (Għat-Tfittxija taż-Żmien Mitluf ). Dan kien l-aħħar ħsieb li għadda minn moħħi qabel irqadt. Minn banda minnu: mir- rakkont Ċpar kont għext biss id-dettalji, f 'pajjiż ieħor, fi bnadi differenti, ma' nies oħra. Iżda xi tliet ġimgħat ilu, f 'dik l-għaxija li qrajtu l-aħħar, billejl ħlomt b'Belt il-Lussemburgu kif niakar illi kienet tassew – fiċ-ċpar għad illi biċ-ċar. Xħin stenbaħt l-għada filgħodu għal mument wieħed anke jien għoddni ħassejtni mgeżwer ġo "gverta kbira u ħoxna ta' ċpar", proprju fl-appartament li kelli f 'Côte d'Eich. Ma skantajtx wisq. Hekk jew b'hekk kont ili x-xhur inberren, minn żmien għal żmien, li għandu mnejn wasal iż-żmien li mmur lura. Is-subkonxju għandu ħafna mill-istejjer tad-Dinu: mal-lejl anke mill-iċken tentufa jkewwes storja – il-linja rqiqa li tofroq il- ħolm mir-realtà tisfa' mdensa qatigħ. Biex forsi ma tafx kif inlaħlaħ iċ-ċpar tan-ngħas aħt il- Facebook: intbaħt f 'tebqa t'għajn li proprju tard fil-jum ta' qabel, ċertu tali – ħadd għajr it-traduttur Malti tar-rumanz Għat-Tfittxija taż-Żmien Mitluf Paul Zahra – kien bagħat javżani li ħarġet sejħa ġdida għat-tradutturi. Time's up? "Mhux kulħadd iħobbhom dawn l-effetti. Lili jogħġbuni..." Nofsni mniegħes dlonk akart fir-rakkont illi qrajt qabel għajni marret bija. "Iċ-ċpar", din id- darba f 'għajnejja, "kien għadu nieżel karg, ileqq fid-dawl safrani tal-fanali mixgħula fil-vjal, bħal duħħan jitqanfed f 'mewġ ma' kullimkien". Hekk tiaħ l-istorja ta' Sant. Forsi xi darba, mhux wisq 'il bogħod, għad nerġa' nimraħ mill-ġdid lil hinn mid-dar, għar- ripar fiċ-ċpar. Għat-tfittxija taż- żmien mitluf. Oui, bien sûre...