Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 Festa se tiċċelebra lill-Belt Valletta għal tliet xhur sħaħ Biex il-Belt Valletta tirkupra malajr kemm jista' jkun mid-daqqa li qalgħet bil-COVID-19, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħabbret pjan li se jagħti spinta immedjata lill-ħajja fil-kapitali. L-ILLUM titkellem ma' Jason Micallef... MINN YENDRICK CIOFFI Il-ħajja tista' tgħid li ġiet lura għan-normal iżda huwa fatt magħruf li l-Belt Valletta għadha ma ħaditx ruħ minn wara l-pandemija. Biex malajr kemm jista' jkun il-Belt terġa' timtela' bil-ħajja, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) ħabbret programm ta' attivitajiet li l-għan tiegħu huwa li jattira kemm jista' jkun nies lejn il-Kapitali. "Għalija kienet ovvja li l-Belt kienet se tkun l-aktar milquta mill- aspetti kollha għax il-miżuri kienu jfissru li l-qalb kulturali tal-Belt kienet se tieqaf ħesrem. Anke wara li l-Gvern irilaxxa l-miżuri, kien hemm sinjal li jekk mhux se nagħtu attenzjoni partikolari lill-Belt, il- Kapitali kienet se taqa' lura u ddum aktar ma tirpilja minn postijiet oħra," insista iċ-Chairperson tal- VCA, Jason Micallef, f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM. Kien għalhekk li nħasset il-ħtieġa li jkun hemm pjan li jagħti spinta lill-aspett ekonomiku, kulturali u soċjali lill-Belt. "Ridna ngħinu lis-settur privat li investa fil-Belt Valletta, lill-Gvern li investa bi kbir fi spazji pubbliċi u mużewijiet u anke nattiraw lin-nies lejn il- Belt u jdawru r-rota taċ-ċentru kummerċjali tagħha," saħaq Micallef. Fakkar kif sa it tax-xhur ilu, il- Belt Valletta kienet saret l-għażla naturali tal-Maltin biex jiddevertu, jieklu u jixtru. "Il-COVID ta daqqa lill-Belt. Imma konnha proattivi waqt li kien hawn il-miżuri. Tkellimt mal-Prim Ministru u kien kuntent ħafna u għeni bi kbir. Ħejjejna pjan ta' €750,000 għall-Belt Valletta" spjega Micallef waqt li insista li dan qed isir ma' diversi awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern u anke għaqdiet kulturali u soċjali tal-Belt. Hekk għat-tliet xhur li ġejjin, mill-1 ta' Lulju, se jidħol fis-seħħ pjan ta' stimolu għall-Belt Valletta. X'jinkludi l-pjan? Fost dawn, it-trasport bil-baħar lejn il-Belt Valletta se jkun b'xejn mis-6pm sa nofsilejl għax-xahrejn li ġejjin, il-mużewijiet kollha tal-Gvern se jkunu miuħa bla ħlas matul Lulju, l-istess se jiġri fil-mużewijiet li jaqgħu taħt il- Fondazzjoni Wirt Artna u matul il-ġimgħa se jkun hemm medja ta' tliet attivitajiet organizzati mill- VCA. Dan apparti li għat-tliet xhur tas-sajf, il-ħlas biex wieħed jidħol u jipparkja l-Belt (CVA) se jkun maħfur u għall-istess perjodu r-ristoranti u l-barijiet mhux se jħallsu għall-permessi tal-imwejjed u s-siġġijiet. Fi kliemu, il-komunità kummerċjali kollha tal-Belt Valletta u anke dawk fis-settur turistiku laqgħu tajjeb immens dan il-pjan. Il-Belt Valletta hija sabiħa minnha nnifisha iżda mlibbsa hija ħafna aktar. X'hemm isbaħ mil- libsa tal-festa? Apparti l-attivitajiet, għat-tliet xhur li ġejjin, l-erba' festi tal-Belt Valletta ngħaqdu u se jkunu qed jalternaw biex il-Belt Valletta tilbes il-libsa tal-festa. "Mhux qed ngħidu se nagħmlu l-festa tradizzjonali. Iżda l-Belt se tkun imżejna bil-fustumi, il-liedna, il-bandalori u l-pavaljuni. Dak il- kulur, din il-libsa, se tkun iżżejjen il-Belt għal tliet xhur sħaħ," spjega Micallef. 'Ċert li dan pjan li se jirnexxi' Fi kliem Micallef, l-Aġenzija temmen li dan il-pakkett kollu se jkun qed jagħti "spinta immedjata" lill-Belt Valletta. "Pożittivi ħafna ... nemmnu li dan il-pjan se jirnexxi." Ta' min isemmi li apparti l-istimolu lin-negozji fil-Belt, dan il-pakkett se jkun qed jgħin ukoll diversi għaqdiet Beltin li anke huma kienu affettwati ħażin minħabba l-pandemija, fosthom dawk li jorganizzaw il-festi. "Nemmnu fil-komunità tal-Belt u nemmnu li għandna nagħtu inċentivi u ngħinu finanzjarjament lill-għaqdiet tal-Belt b'mod partikolari dawk li jorganizzaw il- festi. Għalhekk dan huwa pjan li jgħin ukoll lill-Beltin u lill-għaqdiet tagħhom li wkoll qalgħu d-daqqa tagħhom. Nemmnu fl-involviment tan-nies tal-Belt għal dan il-pjan għall-Belt Valletta," insista Micallef. '20,000 turist sal-20 ta' Lulju ... il- maġġoranza se jidħlu l-Belt' Imma għax iddendel erba' pavaljuni se jiġu n-nies? Jemmnu li dan il-pjan se jaħdem anke meta wieħed mhux jistenna influss qawwi ta' turisti? Micallef insista li n-nies se jirritornaw il-Belt għax hemm pakkett ħolistiku mit-Tnejn sal-Ħadd. "Nemmnu li rridu nagħmlu dan l-isforz biex inqarrbu l-kultura lejn in-nies anke permezz ta' mużewijiet li ma tantx ilhom miuħa, fosthom Muża. Nemmnu li permezz ta' dan il-pjan se ngħinu biex dan il- mużew ikun aktar popolari. Dan il-pjan jolqot xi ħaġa għall-gost ta' kulħadd. Din il-ġimgħa kellna c-Cinema City. Huwa suċċess kbir. Kellna mal-500 ruħ kull ġurnata," insista Micallef. Kien hawn liċ-Chairperson tal- VCA saħaq li mill-indikazzjonijiet li waslu għandu waqt laqgħat mal-MTA, qed ikun imbassar li fl- ewwel 20 ġurnata ta' Lulju sa jaslu Malta mal-20,000 turist bl-ajru. "L-istatistika turi li 82% tat-turisti li jiġu Malta jidħlu l-Belt. Aħna rridu nkunu lesti li meta jiaħ l-Ajruport u jaslu l-ewwel cruiseliners f 'Awwissu anke t-turisti jgawdu mill-attivitajiet li se jkollna fil-Belt." B'rabta ma' dan, Micallef saħaq li it it qed jiżdiedu wkoll il- bookings fl-akkomodazzjonijiet turistiċi fil-Belt. "Xejn ma jsir b'kumbinazzjoni. L-aħbar tagħna nltaqgħet tajjeb ħafna mill-pubbliku. Mill-esperjenza naf li kull meta organizzajna attività, in-nies ġew. Il-Belt hija ġojjell u kumplimentari magħha hija l-organizzazzjoni tajba tal- attivitajiet. Ċert li dan pjan li se jirnexxi," insista. Apparti l-attivitajiet tal-VCA, Micallef fakkar li hemm attivitajiet oħra li se jkunu organizzati minn Pjazza Teatru Rjal, Festivals Malta, Teatru Manoel u oħrajn. Bla dubju, l-akbar attività li se tkun qed tittella' f 'dawn ix-xhur, hija l-Valletta Pageant of e Seas, spettakklu fil- Port il-Kbir nhar is-16 ta' Awwissu. Staqsejna lil Micallef jekk jaqbilx dwar il-proposta tas-Sindku Alfred Zammit li jkun hemm ġurnata late- night shopping fil-Belt. "Jiena nappella lil tal-ħwienet biex jagħmlu hekk. Anke l-attivitajiet tagħna jibdew u jispiċċaw tard. Filwaqt li niem l-ispejjeż tagħhom, naħseb li huwa fl-interess tal-ħwienet li jiħu," temm Micallef.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020