Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni Sentiment pożittiv ħafna għas-sena akkademika li jmiss IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol M atul il-ġimgħa li għadha kif għaddiet madwar l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi saru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena, dawk li huma magħrufin bħala l-End of School Celebrations. Qed isiru b'differ- enza, għaliex din is-sena, li kienet sena skolastika verament bla precedent, dawn l-attivitajiet varji gew organizzati onlajn, b'mod virtwali. Jien hadt sehem f 'uhud minnhom. Kollha nafu kif għaddejna dawn il-ġimgħat sħaħ, minħabba l-effetti tal-pandemija tal- COVID-19. Bħala Ministeru u Dipartiment tal-Edukazzjoni rajna d-dħul ta' miżuri, prattiċi u wkoll sistemi li għenu mhux it biex jitħarsu kemm l-istudenti u wkoll l-edukaturi tagħna. Imma forsi l-aktar li messet lill-uliedna l-istudenti u lill- edukaturi kienet it-tkomplija tal-edukazzjoni tagħhom permezz tal-mezzi elettroniċi. U kellhom ikunu wkoll dawn il-mezzi li permezz tagħhom qed isiru dawn l-attivitajiet ħelwin immens. Iċ-ċelebrazzjonijiet kienu sbieħ ħafna, din is-sena aktar mis-soltu. Għax qed isiru f 'atmosfera virtwali, meta s-soltu jkun hemm l-element aktar uman bejn l-edukaturi u l-istudenti tagħhom. Din is-sena l-firda tal-kuntatt uman damet ġimgħat sħaħ, minħabba li l-egħluq tal- iskejjel wasslet biex l-edukazzjoni ssir onlajn, bin-nuqqas tal- kuntatt fi klassi, imma min naħa l-oħra l-edukaturi daħlu b'mod virtwali fid-djar tal-istudenti u l-istudenti daħlu fid-djar tal- edukaturi tagħhom. Jiena nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja mill-qalb lill-edukaturi kollha tal-impenn kbir matul dawn il- ġimgħat, lill-istudenti u wkoll lill- ġenituri u l-kustodji ta' uliedna, għas-saġrifiċċji imma bil-wisq aktar l-impenn li wrew. Vera kienet sena mhux bħall- oħrajn, imma li huwa żgur huwa li qed tintemm sena skolastika li m'hi se tintesa' qatt! L-iktar ħaġa li laqtitni f 'uħud mil-laqgħat virtwali li attendejt mat-tfal u l-edukaturi tagħna, hu s-sens pożittiv ħafna favur il-uħ tas-sena skolastika li jmiss f 'Settembru. It-tfal u l-edukaturi t-tnejn jinsabu mimlija ottimiżmu u pożittivi favur il-uħ tal-iskejjel, fejn l-edukazzjoni tmur lura ghan- normalità. Kulħadd qed iħares b'mod sabiħ ħafna lejn Settembru li ġej meta se nerġgħu niħu l-bibien tagħna tal-iskejjel għan- normalità li tant qed nieħdu gost nerġgħu ngħixu flimkien. Kburi hafna b'dan is-sens sabih ta' ottimizmu u pozittivita' li zgur ma ġiex b'kumbinazzjoni. +++ Ix-xogħol baqa' għaddej u kien imiss li nniedi l-prospett għas-sena akkademika li jmiss tal-Giovanni Curmi Higher Secondary. Minn qalbi lqajt l-istedina li għamilli l-Kap tal-iskola għat-tnedija ta' dan il-prospett. It-tagħlim post-Sekondarju għandu l-iskop primarju biex jagħti aċċess lill-istudenti tagħna u jħejjihom għad-dinja tax- xogħol. Aħna bħala Gvern dejjem konna kommessi li ngħinu kemm nistgħu lill-istudenti jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u ntuhom l-għodda neċessarja biex ikunu kapaċi jaħsbu b'mod indipendenti. L-edizzjoni li qed tinħareġ din is-sena hija kemxejn differenti mis-snin preċedenti billi tirrifletti ċ-ċirkostanzi partikolari li s-sena skolastika li qed tispicca ghaddiet minnhom. Fil-prospett hemm lista tal- korsijiet kollha offruti, nkluż il-programmi ta' edukazzjoni non-formali, li qed jiksbu suċċess minn sena għall-oħra. Fil-prospett hemm ukoll dettalji dwar ir-rekwiżiti meħtieġa biex wieħed jibda xi wieħed mill- korsijiet offruti mill-iskola. Fil-konferenza tal-aħbarijiet li organizzajna sostnejt li wara l-uħ tac-child care centres u l-uħ ta' Skola Sajf minn nhar l-erbgħa li ġej, kollox jinsab lest biex niħu f 'Settembru li ġej l-istituzzjonijiet edukattivi tagħna. +++ Din il-ġimgħa kelli wkoll tliet okkażjonijiet interessanti. Ġejt ippreżentat bil-ktieb 'L-Elf Mistoqsijia ta' Dino Ricciolino Dwar il-Virus Corona', pubblikazzjoni li saret bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u li huwa mmirat għal tfal bejn it- tliet snin u l-għaxar snin. Minħabba l-pandemija COVID-19, ħafna familji madwar id-dinja, speċjalment it-tfal, raw id-dinja tagħhom tinbidel mil-lejl għan-nhar. L-għan ta' dan il-ktieb ċkejken huwa li jispjega b'mod ċar u ħafif, imma xjentifikament korrett, il-ħafna mistoqsijiet li jkollhom it-tfal. L-għarfien huwa l-ewwel pass biex wieħed jiem l-affarijiet li jkunu qed jiġru, għalhekk b'dan il-ktieb it-tfal qed jinghataw għodda bżonnjuża biex jaffaċċjaw ir-realtà imma wkoll iżidu fis-sens ta' responsabbiltà biex jipproteġu lilhom infushom u lil qrabathom. Din il- pubblikazzjoni hija wkoll ta' għajnuna lill-familji biex iwieġbu l-mistoqsjiet b'mod ċar. Ħadt gost bid-deċiżjoni li jkun ktieb bilingwi, bil-Malti u kif ukoll bl-Ingliż. Dan biex nilħqu t-tfal kollha f 'Malta u Għawdex. Se nagħtu wkoll l-ebook bil-Malti u bl-Ingliż b'xejn lill-istudenti. Umbgħad kelli wkoll okkażjoni flimkien mal-Professur Alan Deidun għan-nom tal-Università ta' Malta, li matulha presedejna ċerimonja ta' għoti ta' premjijiet lil studenti li ħadu sehem f 'attivitajiet edukattivi ambjentali favur il-ħarsien tal-oċeani. Aħna bħala gvern ninsabu kommessi li inżidu l-għarfien tal-istudenti tagħna permezz tal-edukazzjoni dwar il-pjaneta tagħna u kif l-azzjonijiet ta' kuljum tagħna jħallu impatt fuqha. L-għan ewlieni tal- avveniment huwa li jispira lill-istudenti dwar l-oċeani u li tnissel kuxjenza fi ħdanhom dwar l-importanza għall-bnedmin li nibżgħu ghall-oċeani. Dan sar billi jimpenjahom fi proġetti hands-on, inkluż l-użu mill- ġdid ta' materjal mormi biex jipproduċu xogħlijiet ta' arti jew artifatti utli, kif kien il-każ fl-edizzjonijiet preċedenti ta' dan l- avveniment. Ir-restrizzjonijiet tal-pandemija COVID-19 ta' din is-sena rriżultaw fl-għeluq tal- iskejjel, u għalhekk il-Konsorzju Nazzjonali tal-Litteriżmu dwar l-Oċejani organizza avveniment simili permezz ta' mezzi teknoloġiċi rimoti, billi nieda kwiżż għall-istudenti lokali kollha tal-iskola primarja u sekondarja. Nirringrazzja lill-iskejjel kollha li ħadu sehem billi taw din l-opportunità lill-istudenti tagħhom u għenu jqajmu iżjed għarfien dwar dan is-suġġett bejniethom. Kelli wkoll grupp ieħor ta' studenti li ħadt gost niltaqa' magħhom dil-ġimgħa. Grupp ta' studenti mill-Iskola Sekondarja ta' Ħad-Dingli u mill-Iskola Medja tar-Rabat tal- Kulleġġ San Nikola kklassifikaw fost l-aqwa erba' timijiet fil- proġett Climate Detectives organizzat mill-European Space Agency. ltqajt mal-kapijiet tal- iskola, mal-prinċipal tal-Kulleġġ u mal-għalliema u mal-istudenti li kienu involuti fil-proġett u fraħtilhom għas-suċċess tagħhom. Dawn l-istudenti kienu kapaċi jqajmu kuxjenza dwar it-tibdil fil-klima billi ħolqu materjal li jippromwovi l-użu tad-dawl naturali, l-użu għaqli tal-elettriku u tal-ilma, il-valur tal-iskart bħala riżorsa, is-separazzjoni tal-iskart, tħawwil ta' siġar indiġeni madwar l-iskola u fil-komunitajiet li jgħixu fihom. Jiena ninkoraġġixxi li iżjed skejjel bħal dawn jisimgħu lill-istudenti u jgħinuhom fejn huwa possibbli għax bl-ideat tagħhom kapaċi nġibu bidliet għall-ġid ta' uliedna u ta' ulied uliedna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020