Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349
21 editorjal illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa Konrad Mizzi - b'mod xejn dekoruż - tneħħa minn Deputat Laburista, ġimgħa biss wara li Chris Car- dona implikat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia (hu jiċħad) tneħħa minn Deputat Mexxej. X'inhu jiġri? Bdiet dieħla r-re- sponsabilita politika bis-serjetà f 'pajjiżna? Jew Abela ma kellux għażla oħra politika għajr li jneħħi lil Mizzi u lil Cardona? Malta m'għadux - jekk qatt kien - pajjiż li jgħix ġo bozza. Illum, bil-midja soċjali u siti bħal Facebook u Twitter, apparti l-portals kollha tal-aħbarijiet, il-messaġġ sar jasal fi it ħin. Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ċappas lil Malta b'żebgħa sewda u tefa' l-attenzjoni kollha fuq pajjiżna u dawk in-nuqqasijiet kollha fis-sistema li tħallew minn Gvernijiet sussegwenti - inkluż dawk Nazzjonalisti - bħall-fatt li l-Prim Ministru għandu wisq poter. Dawn in-nuqqasijiet li intirtu minn Gvern għall-ieħor ġew amplifikati taħt id-dawl osservatorju ta' min la jinteressah mill-Labour u lanqas minn Nazzjonalisti. Huwa intuli li noqgħodu ngħidu li aħna vittmi għax aħna żgħar u aktar inulti li noqgħodu ngħidu li qed jgħiru għalina - l-attenzjoni intefgħet fuq Malta għaliex ġiet assasinata persuna li apparti li kienet ġurnalista - u allura diġà gravi - kienet ukoll l-akbar avversrju medjatiku u l-eqqel xewka tal-Gvern permezz ta' stejjer li kienu qed jikxfu u heddew li jkomplu jikxfu għanqbuta ta' interessi miljunarji. "Lagħbet man-nar" kien hawn min qal biex forsi jiġġustifika assasinju, ladarba f 'dan il-pajjiż nisrani kollox niġġustifikaw għall-partit. Fil-fatt huwa l-pajjiż illum li qed jilgħab man-nar u aktar riklami ħżiena mhux biss qed ikomplu jitfgħu dawl ikrah fuq Malta imma issa saħansitra qed jibdew jheddu l-prospetti ekonomiċi tal-pajjiż. Jekk il-Moneyval titfana f 'listi griżi se titpinġa mistoqsija ma' pajjiżna u kull investitur li jkun imħajjar jiġi jinvesti se jara illi aħna pajjiż tal-'insomma' tal-'aħjar toqgħod attent' u pajjiż ta' 'skont min taf mhux kemm taf '. Issa m'għadhiex sempliċiment xi ħaġa "ta' bejnietna", issa m'għadhiex xi ħaġa li "narawha aħna u tindaħlux". Issa l-allegazzjonijiet, id- dellijiet, il-kumpaniji fil-Panama, 17 Black, il-flus li għaddew fiha, il-Wind Farm f 'Montenegro, il-mobiles f 'qiegħ il-baħar, l-overdoses u l-implikazzjonijiet ta' eks Ministru fil-Qorti - kollox marbut mal-assasinju ta' ġurnalista li kienet se tikxef dan kollu - saru allegazzjonijiet jew fatti li qed jaslu f 'kull rokna tad-dinja, li qed ikunu investigati minn awtoritajiet u kummissjonijiet Ewropej u li qed tagħti immaġini żbaljata ta' gżira miblugħa mill- camorra. Malta jixraqilha aħjar. Għalhekk id-deċiżjoni tal-Prim Ministru kienet waħda li tagħmel sens. Għaliex il- pajjiż ma setax jibqa' jitħammeġ u lanqas il- Partit Laburista ma setax jibqa' jitħammeġ u forsi Robert Abela mhux lest li jara l-legat tiegħu jiċċapas u jitħammeġ b'dan il-mod minn xibka ta' interessi viljakki. U nafu li hemm ħafna ma fehemux u nimu. Nimu għaliex meta bdew ħerġin dawn il-fatti dwar il-kumpaniji fil-Panama, biċċa, biċċa, minflok sar dak li suppost isir, jekk xejn fuq il-fatt li l-intenzjoni ta' Hearnville u Tillgate kienet li jaqilgħu flus li ma riedux illi jidhru, Konrad Mizzi u Keith Schembri rabtu l-fortuni tagħhom ma' dawk tal-partit. Bit- tama, li jekk jgħerqu huma jegħreq il-partit u Joseph Muscat magħħhom, baqgħu - speċjalment Keith Schembri - jgħidu li dan gideb u tixwix, ma jwieġbux il-mistoqsijiet il-Qorti u jgħidulna li kumpanija miuħa f 'isimhom ma kienu jafu xejn dwarha. Messha ma kinitx tajba d-deċiżjoni tal- Prim Ministru! Kien ovvju li xi darba id-dawl se jintefa' fuqna u fuq sistema li għalqet għajnejha għall-ħażin u dak il-mument jinsab fil-qrib. X'ippretendejtu? Li Abela jmur b'bagalja ta' ħaddieħor? Wasal iż-żmien li nneħħu l-għamad f 'dan il-pajjiż, il-misħut għamad li ma jħalliniex nirraġunaw u t-tajjeb ngħidulu tajjeb u l-ħażin ngħidulu ħażin. Għamel kemm għamel ġid Konrad Mizzi u ħaddem kemm ħaddem nies, u qeda kemm qeda persuni - kien jaf illi meta se jiffirma (jew forsi jħalli lil ħaddieħor jiffirma għalih, min jaf?) biex kumpanija fil-Panama tkun tiegħu u speċjalment meta beda jara kemm qed toħloq deni dik l-istess kumpanija, kien fil-verità qed jiffirma t-tmiem politiku tiegħu. Il-PM għandu jitħalla jmexxi mingħajr xkiel, mazzriet, delljiet u dubji ma' Ministri li mhumiex xkiel, mazzriet u li m'għandhomx dellijiet u dibji. L-irġulija kienet titlob li min jaf li b'għemilu kien qed jagħmel il-ħsara lill- partit u lill-pajjiż iwarrab minn jeddu. L-istess jgħodd għall-PN u Adrian Delia. Imma f 'ġenerazzjoni superfiċjali fejn il-flus kollox, l-irġulija hija rarità. Anzi jekk tkun raġel iwaħħluhulek, a la Malti pur. Mela iva sewwa għamel il-PM. Anzi ngħidulu prosit li kellu l-kuraġġ ikun l-ewwel Prim Ministru fl-istorja moderna li ħa azzjoni, azzjoni li Eddie Fenech Adami qatt ma ħa - meta kiejn akkużat li kien qed jiltaqa' ma' kriminal, li Lawrence Gonzi qatt ma ħa meta fuq ras Austin Gatt kien hemm l-allegazzjonijiet dwar x-xiri taż-żejt u li lanqas Joseph Muscat ma ħa. Min għandu akkużi sejrissimi kontrieh joqgħod fil-ġenb u jnaddaf ismu. Mhux jibqa' u jippretendi li hu ikbar mill-partit u li l-partit irid jinżel għalkupptejh u jgħidlu grazzi. Imma l-kontra. Ħadd mhu akbar mill-pajjiż u ħadd mhu akbar mill-partit. Sewwa għamilt Robert!