Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb It-tifkiriet muniti muniti "Ħajti bdejtha kif mingħajr dubju għad intemmha: qalb il-kotba. Fl-uffiċċju tan-nannu kien hemm minnhom kullimkien. Tfarfarhom kien mimnugħ għajr biss darba fis-sena, qabel jidħol Ottubru. Lanqas biss kont naf naqra li diġà ma kontx inweġġaħhom 'il dal- ħaġriet iddrizzati: weqfin jew mxenglin, mħaxknin bħal briksiet fuq l-ixkafef tal- librerija jonkella spazjati f 'mogħdijiet tal-menħir. Kont inħoss li ġid familtna kien jiddependi minnhom." Hekk stqarr il-filosofu u kittieb Jean- Paul Sartre fl-awtobijografija tiegħu Les Mots (Il-Kliem). Din il-kwotazzjoni kont qlibtha għall-Malti daqs għaxar snin ilu, sewwasew f 'dika l-fażi meta r-riċerki dwar Sartre kienu għadhom jokkupawli l-biċċa l-kbira tal-ħin liberu tiegħi. Maż-żmien għoddni nsejtha. Madankollu din reġgħet tfaċċat f 'moħħi bosta drabi tul dawn l-aħħar ġimgħat. Għadni m'iniex fiż-żgur l-għaliex. Qabelxejn forsi għax matul iż- żmien li domna maqfulin id-dar bosta persuni – kaġun ta' raġunijiet psikoloġiċi li nsibhom interessanti ħafna – ħafna persuni ħassu l-ħtieġa stramba li jaqsmu ma' sħabhom fuq il-midja soċjali listi b'kotba li b'xi mod jew ieħor ħallew impatt qawwi fuqhom. Inzerta li fl-istess mentri għadd kemxejn kbir ta' qarrejja ta' din il- paġna bagħtu jistaqsuni rigward il-listi tiegħi, fosthom ta' dawk l-għaxar kotba bil-Malti li setgħu sawru l-formazzjoni letterarja tiegħi tul is-snin. In-nasba tal-letteratura Ngħid is-sew minn banda dan l-eżerċizzju fl-awtobijografija letterarja (jekk nistgħu nsejħulu hekk) xtaqt nevitah: ħafna drabi, l-iżjed matul l-ewwel ġimgħat tal-pandemija, it li xejn kont f 'burdata li noqgħod inqalleb fl-arkivji tal-memorja bħalkieku ħajti kważi waslet fi tmiemha. Ħarsa retrospettiva bħal din kont diġà wettaqtha darba bl-għeruq u x-xniexel – tul bosta ġimgħat daqs tmien snin ilu – meta dehrli li ħajti tassew kienet mhedda. Frankament din id-darba fil- biċċa l-kbira ma ħassejt xejn minn dan u għaldaqstant ippreferejt nevita kemm jista' jkun din il-battikata żejda. Dan għax naf illi f 'ċirkustanzi bħal dawn kull ktieb ifisser fażi, u kull fażi tqanqal ħafna tiiriet, u mit-tiiriet imbagħad – m'hemmx xi ngħidu – ngħaddu għan-nostalġiji u għal dak l-għali bla fejda kollu li dawn spiss ikollhom ħabta jġibu magħhom. Inzerta wkoll li ma nemminx li dad- drawwiet – aktarx marrada – jistgħu jkunu wisq utli f 'sitwazzjonijiet ta' ħajja jew mewt. Terġa', jgħid x'jgħid kulħadd, difaċċ ċerti perikli estremi – sew jekk reali u sew jekk mistħajla – ngħid għalija it li xejn nara potenzjal fejjieqi ewlieni fil-letteratura. Jew inkella, ħalli npoġġiha hekk: l-esperjenza għallmitni li l-letteratura għandha s-setgħa li taħji daqskemm għandha l-qawwa li toqtol. Nasba din. Sartre fir-rumanz tiegħu La Nausée (In-Nawżja) jwissina biex noqogħdu b'seba' għajnejn mil-letteratura.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020